Konfederazzjoni Oċeanika tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Modifying: ro:Confederaţia de Fotbal din Oceania; kosmetiċi bidliet
Linja 18:
Mis-sitt konfederazzjonijiet, l-OFC hi l-iżgħar u l-inqas kompetittiva, fejn hi magħmula minn pajjiżi żgħar u ħafna drabi nazzjonijiet fqar, fejn il-logħba tal-futbol mhijiex l-iktar sport popolari. B'konsegwenza ta' dan, din l-assoċjazzjoni għandha ftit influwenza fuq il-futbol globali, kemm fil-kompetizzjonijiet li tospita kif ukoll fil-kwalità tal-plejers. Fl-[[2006]], l-ikbar u l-aktar skwadra b'suċċessi f'din il-federazzjoni, l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja|Awstralja]], ittrasferixxiet ruħha fiż-[[Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatiku|Żona Ażjatika]], biex ħalliet lil [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand|New Zealand]] bħala l-aktar prominenti fl-OFC.
 
== Storja ==
 
Il-konfederazzjoni ġiet iffurmata fl-[[1966]]. Il-membri fundaturi kienu l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja|Awstralja]], [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand|New Zealand]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Fiġi|Fiġi]]. Fl-1996, l-OFC kienet ikkonfermata bħala konfederazzjoni u ngħatat post fit-Tazza tad-Dinja. Fl-1998, il-federazzjoni ħarġet l-emblema l-ġdida u r-rivista uffiċjali ntitulata "The Wave". Fl-[[24 ta' Mejju]] [[2004]], [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kaledonja l-Ġdida|Kaledonja l-Ġdida]] saret it-tnax-il membru tal-OFC. Fl-[[1 ta' Jannar]] [[2006]], l-Awstralja nqatet mill-federazzjoni biex ingħaqdet maż-Żona Ażjatika. Minħaba f'hekk, il-proċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kien ġie modifikat, fejn ippermetta lill-aqwa tim mill-[[Oċeanja]] biex jikkompeti f'logħba eliminatorja ta' żewġ legs kontra l-ħamsa l-aqwa tim klassifikat mill-[[Asja]].
 
== Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja ==
 
L-Oċeanja bagħtet tliet darbiet rappreżentanti għat-[[Tazza tad-Dinja tal-FIFA|Tazza tad-Dinja]]: l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja|Awstralja]] fl-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1974|1974]] u l-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006|2006]], u [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand|New Zealand]] fl-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1982|1982]]. Madanakollu, l-Awstralja ma kinitx membru tal-konfederazzjoni fl-1974 wara li rtirat biex b'hekk tidħol fil-konfederazzjoni taż-Żona Ażjatika. Reġgħet ingħaqdet mal-OFC fl-1978. La l-Awstralja fl-1974 u lanqas New Zealand fl-1982 ma kkwalifikaw mill-ewwel fażi. L-Awstralja fl-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006|edizzjoni tal-2006]] fil-[[Ġermanja]] rnexxielha tikkwalfika għat-tieni fażi imma spiċċat eliminata mill-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja|Italja]]. Iż-Żona Oċeanika hi l-unika konfederazzjoni li m'għandhiex post garantit fit-Tazza tad-Dinja (raġuni prinċipali għaliex l-Awstralja ttrasferrixxiet għall-konfederazzjoni Ażjatika). Bejn l-1966 u l-1982, it-timijiet tal-OFC ingħaqdu maż-[[Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatiku|Żona Ażjatika]] għall-kwalifikazzjoni għall-kampjonat. Mill-1986, ir-rebbieħa taż-Żona Oċeanika iridu jidħlu fi play-offs interkontinentali kontra tim nazzjonali ta' konfederazzjoni oħra, biex ikunu jistħgu jakkwistaw post fit-Tazza tad-Dinja.
 
== Timijiet nazzjonali ==
=== Membri bi dritt sħiħ ===
{|
|valign="top"|
* {{fb|Fiġi}}
* {{fb|Gżejjer Cook}}
* {{fb|Gżejjer Solomon}}
* {{fb|Kaledonja l-Ġdida}}
* {{fb|Papwa Gwinea l-Ġdida}}
* {{fb|Samoa}}
|width="50"| 
|valign="top"|
* {{fb|Samoa Amerikana}}
* {{fb|Polineżja Franċiża}}
* {{fb|Tonga}}
* {{fb|Vanwatu}}
* {{fb|New Zealand}}
|}
Membri veterni li m'għadhomx:
* {{fb|Awstralja}} (fundata fl-1961, affiljata mal-OFC bejn l-1966-1972 u l-1978-2005). Bejn l-1972-1978 u mill-2006, saret parti miż-[[Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatiku|Żona Ażjatika]]
* {{fb|Tajpej Ċiniżi}} (fundata fl-1936, affiljata mal-OFC bejn l-1976-1989). Kienet fl-OFC wara li baqgħetx parti mill-[[Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatiku|AFC]] minħabba raġunijiet politiċi, biex wara rritornat.
 
=== Membri assoċjati ===
 
{|
|valign="top"|
* {{fb|Niue}}
* {{fb|Gżejjer Marjani ta' Fuq}}
* {{fb|Gżejjer Marshall}}
* {{fb|Tuvalu}}
|}
 
== Parteċipazzjoni fit-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]] ==
 
'''darbtejn'''
* {{fb|Awstralja}}<sup>1</sup>
'''darba'''
* {{fb|New Zealand}}
 
<small>1: Kwalifikazzjoni minnhom ma kinitx taħt iż-Żona Oċeanika, imma kienet membru taż-Żona Ażjatika fl-1974.</small>
 
== Ħoloq esterni ==
 
* [http://www.oceaniafootball.com/ Sit uffiċjali]
 
{{fb bidu}}
Linja 75:
{{fb tmiem}}
 
[[CategoryKategorija:Federazzjonijiet tal-futbol]]
[[CategoryKategorija:Konfederazzjoni tal-Futbol Oċeaniku| ]]
[[CategoryKategorija:Futbol fl-Oċeanja]]
 
[[ar:اتحاد أوقيانوسيا لكرة القدم]]
Linja 105:
[[pl:OFC]]
[[pt:Confederação de Futebol da Oceania]]
[[ro:Federaţia OceanieiConfederaţia de Fotbal din Oceania]]
[[ru:Конфедерация футбола Океании]]
[[simple:Oceania Football Confederation]]