Santa Katarina ta' Lixandra: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Adding: simple:Catherine of Alexandria; kosmetiċi bidliet
Linja 2:
'''Santa Katarina ta' Lixandra''' hi qaddisa Kristjana u martri li mietet fil-bidu tas-seklu 4. Hi kienet waħda mill-qaddisin li kelmu lil Santa Ġovanna ta' l-Arka. Fil-Knisja Ortodossa hi meqjusa bħala "martri kbira", u fil-knisja [[Kattolika Rumana]], tradizjonalment jingħad li hi waħda mill-Erbatax il-Qaddeja Mqaddsa.
 
== Ħajjitha ==
 
Peress li għexet ħafna snin ilu l-istorja ta' ħajjitha tikkonsisti ħafna f'leġendi li għandhom varjazzjonijiet differenti. L-iżjed verżjoni popolari hi din: il-leġenda tgħid li Katarina kienet bint Kostantinu, il-gvernatur ta' Lixandra, fl-Eġittu. Jingħad li hi ħadet "l-aqwa edukazzjoni". Hi ddikjarat lill-ġenituri tagħha li tiżżeweġ biss jekk isib wieħed aktar għaref, sinjur, sabiħ u ġenju minnha. Omm Katarina kienet Kristjana bil-moħbi, u b'hekk bagħtitha għand eremita biex issibilha ġuvni aqwa minnha li "s-sbuħija tiegħu kienet aktar tixxgħel mir-raġġi tax-xemx, bl-għerf tiegħu jikkmanda l-kreaturi kollha, u s-sinjurizza tiegħu tinsab imdawra madwar id-dinja."
Linja 8:
Deheritilha viżjoni biex tmur titagħmed, hi saret Kristjana u ġiet meħudha l-ġenna f'viżjoni u ntaqgħat ma' Kristu fi ħdan Ommu Marija.
 
== Il-Martirju ==
 
Il-leġenda ta' Santa Katarina l-Mara Lixandrina tgħid li hi żaret l-Imperatur Ruman ta' dak iż-żmien (li seta' kien Massimjan, Massiminu t-Tieni, jew Massentju) u prova jikkonvenċijha bl-iżball li għamlet, skond hu li qed titagħlem il-Kristjaneżmu. Il-leġenda tkompli li Katarina waslet biex ikkonvertit lil martu, l-Imperatriċi Fawstina, u anki ħafna għorrief pagani li ntbgħatu mill-Imperatur biex ikelmuha, dawn kollha ħadu l-martirju wara.
Linja 18:
Is-simboli prinċipali tagħha huma r-rota mkisra, li saret magħrufa bħala r-Rota ta' Katarina; is-sejf; il-kuruna; il-velu u ċ-ċurkett ta' l-għarusa; il-ktieb; u l-Palma. U l-festa tagħha tiġi ċċelebrata fil-25 ta' Novembru.
 
== Skond l-Istoriċi ==
 
L-istoriċi jemnu li Katarina forsi mhux veru eżistit u li kienet iżjed figura ideali t'eżempju milli waħda storika. Hi xi forma li ħoloq il-filosfu pagan Hypatia ta' Lixandra fiż-żmien il-medju-evu. Skond Hypatia, jingħad li hi kienet ġiet mgħalma sew (fil-filosofija u t-teoloġija), kienet sabiħa ħafna, verġni, u mietet b'martirju 305.
Linja 28:
"Tinsab ma' Santa Margarita u Santa Barbara bħala waħda mill-Erbatax-il Qaddej fil-Ġenna, hi tisemgħa ħafna fil-pridki u l-poeżiji. Hu magħruf il-fatt li Jacques-Beningne Bossuet iddedikalha wieħed mill-aqwa paneġirki tiegħu u li Adam ta' San Vitor kitbilha poeżija magnifika f'unurha: il-'Vox Sonor Nostri Chori'; eċċ.
 
== Patruna ta': ==
 
Santa Katarina ta' Lixandra hi patruna ta' dawn in-nies u postijiet:
* Apoloġisti
* Arkivisti
* Avukati
* Bniet
* Edukaturi
* Filosfi
* Ġurati
* Għalliema
* Il-Kulleġġ Balliol
* Infermiera
* Kittieba
* Librara
* Libreriji
* Mekaniks
* Nies li waslu għall-mewt
* Nies somor
* Nies tas-Sengħa li jaħdmu bir-rota, bħal tal-fuħħar, ħajjata, eċċ.
* Nisa mhux miżewġa
* Predikaturi
* Segretarji
* Senniena
* Stenografi
* Studenti
* Taħħana
* Tal-Minjiera
* Teologi
* Tfajliet għaż-Żwieġ
* Università ta' Pariġi
* Xebbiet
* Żejtun (Żwieten)
* Żurrieq (Żrieraq)
 
[[ar:كاترينا الإسكندرانية]]
Linja 91:
[[pt:Catarina de Alexandria]]
[[ru:Екатерина Александрийская]]
[[simple:Catherine of Alexandria]]
[[sv:Katarina av Alexandria]]
[[th:แคทเธอรินแห่งอเล็กซานเดรีย]]