Gwerra Anglo-Żanżibarjana: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 19:
 
Il-'''Gwerra Anglo-Żanżibarjana''' kienet miġġielda bejn ir-[[renju Unit]] u [[Żanżibar]] fis-[[27 t'Awissu]] [[1896]]. B'ħin kumplessiv ta' biss 45 minuta, din il-gwerra għandha r-rekord ta' l-iqsar [[gwerra]] fl-istorja.
 
Il-gwerra faqqgħet wara li s-[[Sultan ta' Żanżibar|Sultan]] [[Hamad bin Thuwaini ta' Żanżibar|Hamad bin Thuwaini]], li bil-qalb kollha kien qiegħed jikkoopera ma' l-amministrazzjoni kolonjali tal-Brittanja, miet fil-[[25 t'Awissu]], u n-neptui tiegħu, [[Khalid bin Barghash ta' Żanżibar|Khalid bin Bargash]], ħataf il-poter b'[[kolp ta' stat]]. Il-Britanniċi kienu jappoġġjaw kandidat ieħor, [[Hamud bin Muhammed ta' Żanżibar|Hamud bin Muhammed]], għax kien jemmnu li setgħu jaħdmu u jmorru tajjeb miegħu, u b'hekk taw [[ultimatum]] lil Bargash biex jabdika. Bargash irrifjuta u minflok għaqqad armata ta' madwar 2,800 ruħ flimkien mal-jott armat tas-Sultan, l-[[HHS Glasgow|H.H.S. ''Glasgow'']] li kien ankrat fil-port. Filwaqt li t-truppo ta' Bargash bdew jiffortifikaw il-palazz, il-[[Marina Rjali]] ġabret ħames vapuri tal-gwerra fil-port qudddiem il-palazz (tliet krużers moderni, l-[[Edgar class cruiser|Edgar class]] [[krużer armat]] [[HMS St George|HMS ''St George'']], il-[[Pearl class cruiser|Pearl class]] [[krużer protett]] [[HMS Philomel|HMS ''Philomel'']], l-[[Archer class cruiser]] [[HMS Racoon|HMS ''Racoon'']], u żewġ [[gunboat]]s [[HMS Thrush|HMS ''Thrush'']]; [[HMS Sparrow|HMS ''Sparrow'']]). Il-Britanniċi wkoll kellhom gruppi ta' [[Marini Rjali]] biex jagħtu s-support lill-armata regolari "lealista" ta' Żanżibar, li kienet tammonta għal 900 ruħ f' żewġ [[battaljun]]i mmexxija mill-Ġeneral Lloyd Mathews, li għamel żmien bħala [[logutenen]] tal-[[Marina Rjali]].
 
Avolja is-Sultan fl-aħħar iddeċieda li jinneggoza l-paċi permezz tar-rappreżentant ta' l-[[Stati Uniti|Istati Uniti]] li kien hemm fuq il-gżira, il-vapuri tal-Marina Rjali fetħu n-nar fuq il-palazz fid-9am tas-[[27 t'Awissu]], hekk kif għalaq l-ultimatum. Il-''Glasgow'' ġie mgħarraq fi ftit ħin, u l-palazz waqa'. Kif ra hekk, Bargash irtira malajr lejn il-konsulat [[Imperu Ġermaniż|Ġermaniż]] fejn ingħata [[asylum]]. Il-bumbardament waqaf wara 45 minuta.
 
Il-Britanniċi ordnaw lill-Ġemaniżi biex jagħtuhom f'idejhom lis-Sultan, iżda dan irnexxielu jaħrab bil-baħar fit-[[2 t'Ottubru]]. Huwa baqa' jgħix f'eżilju f'[[Dar es Salaam]] sakemm inqabad mill-Britanniċi fl-1916. Wara ingħata l-permess biex jgħix f'[[Mombasa]], fejn eventwalment miet fl-1925.
 
==Ara wkoll==
* [[Il-Gwerra tat-Tliet Mija u Ħamsa u Tletin Sena]]: probabbilment l-itwal gwerra fl-istorja.
 
 
==Links esterni==