Fede Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 22:
 
F'ħafna mill-pitturi tan-natura mejta li pinġiet, qegħdet fjuri friski jew frott ieħor fuq il-mejda biex tipprovdi l-kuntrast u l-iskala. Fix-xogħol ta' Fede jidhru influwenzi ta' pitturi bħall-"Qoffa bil-Frott" ta' [[Caravaggio]]. Imma xaqilbet lejn l-istil iżjed kontrollat tal-perjodu tal-[[Kontroriforma]], u ma waslitx għall-kompożizzjonijiet u forom lussużi li kienu jużaw ħafna mill-kontemporanji tagħha li kienu qegħdin jaħdmu f'dan il-ġeneru; minflok ippreferiet li tuża stil sempliċi bħal dak li jidher fil-pitturi tan-natura mejta ta' [[Francisco de Zurbarán]] ftit aktar tard.
 
Il-pitturi ta' Fede huma mimlija dettalji, perfettament ibbilanċjati u għat-trattament tad-dwal, dellijiet u tessuti ma kien iħabbatha ħadd magħha f'dik l-eopoka. Kellha ħila partikularment kbira fil-ħolqien ta' spazji li jistiednu fil-pitturi tagħha, kompożizzjonijiet ekwilibrati u mhux iffullati. Qisek tista' tmiss il-frott, taqbadhom u toħroġhom mill-pittura mingħajr ma tiddisturba l-bqija tax-xogħol. Kontra ta' qabilhom li kienu artifiċjużi, l-arranġamenti tagħhom huma grazzjużi, naturali u poetiċi.
 
It-trattament estetiku tan-natura mejta ta' Fede Galizia ma jerġagħx jidher sa nofs is-seklu 16 u d-direzzjoni moderna li ħa dal-ġeneru kienet iffurmata prinċipalment mix-xogħlijiet tagħha. Ħafna mill-pitturi tan-natura mejta li naraw illum huma influwenzati mill-ideat oriġinali tagħha. Ma nafux kemm hemm pitturi ta' Fede; ħafna pitturi li jistgħu ikunu tagħha ġew attribwiti lill-ekwivalenti maskili tagħha [[Panfilo Nuvolone]], li ħa ħafna mill-ispirazzjoni tiegħu mingħandha. Setgħet ispirat lill-Bergamiż [[Francesco Codino]] u l-pittriċi [[Barokk|Barokka]] tan-natura mejta, [[Giovanna Garzoni]].