Fede Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 17:
Fede Galizia pinġiet ritratti, minjaturi u titulari għall-knejjes, imma l-parti l-iżjed importanti tax-xogħol tagħha, li tatha fama xierqa fl-istorja tal-arti, hija n-natura mejta. Però l-pitturi tagħha ma kienux apprezzati daqs kemm jixirqilhom sa tard fis-seklu 20, meta fl-1963 u l-1989 saru studji li taw attenzjoni speċjali lix-xogħol tagħha. Dawn salvawha milli tintnesa għal kollox.
 
Fede Galizia turi stil li ġej mill-[[manjeriżmu]] Lombard tat-tard fis-seklu 16, li kellu ċentru f'[[Mantua]], imma kien magħruf internazzjonalment, speċjalment fi [[Franza]]. Il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede huma fost l-ewwel eżempji ta' dan il-ġeneru ġdid li fih in-nisa, in parti għaliex kienu esklużi minn forom oħra ta' pittura, kellhom jispikkaw.
 
Il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede huma ddettaljati ferm ħafna u differenti sewwa mix-xogħlijiet ta' missierha, tuża iżjed dettalji u kuluri jlelxu. Il-parti l-kbira tax-xogħlijiet tagħha juru koffa jew skutella mimlija frott tal-istess tip, bħal ħawħ jew lanġas, bi fit frott xi mdaqqiet maqsum imferrex ħdejn l-iskutella.
 
==Noti u referenzi==