Maja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Modifying: pt:Maias
m robot Modifying: ro:Maiaşi; kosmetiċi bidliet
Linja 1:
Il-Maja kien poplu [[Indjan-Amerikan]] li żviluppa [[ċiviltà]] meraviljuża fl-[[Amerika Ċentrali]] u fin-nofsinhar tal-[[Messiku]]. Iċ-ċiviltà tal-Maja laħqet l-aqwa tagħha madwar is-sena 250 W.K. u kompliet tiżviluppa għal aktar minnn 600 sena. Il-Maja pproduċew [[arkitettura]], [[pittura]], xogħol tal-[[fuħħar]] u [[skultura]] mill-aqwa. Għamlu avvanzi ta’ l-għaġeb fl-[[astronomija]] u fil-[[matematika]] u żviluppaw [[kalendarju]] annwali preċiż. Kien fost l-ewwel popli fl-Emisfera tal-Punent b’forma ta’ kitba avvanzata.
[[ImageStampa:piramidakukulkan.jpg|thumb|right|Piramida lil Kukulkan f’Chichen Itza]]
Il-Maja kienu jgħixu f’territorju ta’ madwar 311,000 kilometru kwadru. Illum dan it-territorju huwa maqsum bejn il-Messiku u pajjiżi oħra ta’ l-Amerika Ċentrali. Huwa magħmul mill-istati Messikani ta’ [[Campeche]], [[Yucatán]] u [[Quintana Roo]] u parti mill-istati ta’ [[Tabasco]] u [[Chiapas]]. Jinkludi ukoll [[Beliże]], il-parti l-kbira tal-[[Gwatemala]] u parti minn [[El Salvador]] u mill-[[Ħonduras]]. Il-qalba taċ-ċiviltà tal-Maja kienet fil-foresta tropikali fl-artijiet il-baxxi tat-Tramuntana tal-Gwatemala. Ħafna mill-ibliet il-kbar tal-Maja, bħal [[Piedras Negras]], [[Tikal]] u [[Uaxactún]] żviluppaw f’dan ir-reġjun.
Sa madwar is-sena 900 W.K., iċ-ċiviltà tal-Maja nbidlet f’ħafna modi. Eżempju, in-nies ta’ l-artijiet il-baxxi tan-Nofsinhar abbandunaw l-ibliet u fl-aħħar mill-aħħar ir-reġjun kollu. L-istudjużi għadhom qegħdin ifittxu għaliex is-[[soċjetà]] tal-Maja waqgħet. Huma jeżaminaw il-kitbiet li fadal u jfittxu għal xi ħjiel fost il-fdalijiet ta’ l-ibliet tal-Maja. Bidliet kbar seħħew ukoll fit-Tramuntana ta’ l-artijiet il-baxxi iżda l-Maja komplew jgħixu hawnhekk.
Illum id-dixxendenti tal-Maja jgħixu fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali. Dawn in-nies jitkellmu l-ilsna tal-Maja u baqgħu jżommu xi drawwiet reliġjużi ta’ l-antenati tagħhom.
 
== Stil ta’ ħajja ==
 
=== Reliġjon ===
Il-Maja kienu jqimu ħafna [[allat]]. [[Manuskritt]] tal-Maja jsemmi aktar minn 160 alla. Eżempju, l-Maja kienu jqimu alla tal-[[qamħirrun]]: [[Ah Mun]], alla tax-[[xita]]: [[Chac]], alla tax-[[xemx]]: [[Kinich Ahau]] u alla tal-[[qamar]]: [[Ix Chel]]. Kull alla kien jinfluwenza xi parti mill-[[ħajja]] tal-Maja. Ix Chel, eżempju, kienet l-alla tal-[[mediċina]] u t-[[tinsiġ]].
 
Ir-reliġjon kellu parti importanti fil-ħajja ta’ kuljum tal-Maja. Kull [[jum]] fis-[[sena]] tal-Maja kellu tifsira reliġjuza speċjali u [[festi]] reliġjużi f’ġieħ xi alla partikolari kienu jsiru matul is-sena. Il-Maja kienu jħarsu lejn l-allat tagħhom kemm bħala għajnuna kif ukoll bħala ħsara. Biex jieħdu l-għajnuna mingħand l-allat, il-Maja kienu [[sawm|jsumu]], [[talb|jitolbu]], joffru [[sagrifiċċju|sagrifiċċji]] u kienu jagħmlu ħafna ċerimonji reliġjużi. [[Ċerva|Ċriev]], [[kelb|klieb]] u [[dundjan|dundjani]]i kienu jiġu ssagrifikati biex jitimgħu lill-allat. Ta’ spiss il-Maja kienu joffru demmhom stess, li kienu jxerrdu fuq biċċiet tal-qxur tas-[[siġar]]. Il-Maja kienu jagħmlu s-[[sagrifiċċji umani]]. Ġieli kienu jitfgħu dawn il-vittmi f’bjar fondi jew kienu joqtluhom waqt il-[[funeral|funerali]]i ta’ mexxejja kbar.
 
Fl-ibliet il-Maja bnew [[piramida tal-Maja|piramidi]] tal-franka għoljin u fuq nett kien ikun hemm [[tempju|tempji]] żgħar. Il-[[qsssis|qassisin]] kienu jitligħu t-taraġ tal-piramidi u jagħmlu ċ-ċerimonji fit-tempji. Ħafna mill-festi reliġjużi bħal dik tas-sena l-ġdida tal-Maja u għal kull xahar tal-Maja, kienu jsiru fl-ibliet.
 
Il-Maja kellhom ċerimonji speċjali meta jidfnu l-mejtin tagħhom. Il-kadavri kienu jinżebgħu bl-[[aħmar]] u wara jgeżwruhom fi twapet tat-[[tiben]] flimkien ma’ xi oġġetti personali tagħhom. Huma kienu jindifnu taħt id-[[dar]] fejn kienu għexu. Mexxejja tal-Maja u persuni importanti oħra kienu jindifnu bl-aqwa ilbies tagħhom fil-piramidi. Is-[[seftur|sefturi]]i kienu jinqatlu u jindifnu magħhom, flimkien ma’ [[ġojjel|ġojjelli]]li u [[għodda]], biex jintużaw fid-dinja l-oħra.
 
=== Il-familja u l-ħajja soċjali ===
Il-[[familja]] tal-Maja, kienet tinkludi aktar minn [[ġenerazzjoni]] waħda: il-[[ġenituri]], l-[[ulied]] u n-nanniet, kienu jgħixu taħt saqaf wieħed. Kulħadd fid-dar kien jgħin fix-[[xogħol]]. L-irġiel u s-subien il-kbar kienu jagħmlu ħafna mix-xogħol tal-[[bidwi|bdiewa]], bħal jaqilgħu l-[[ħaxix ħażin]] mill-għelieqi u jiżirgħu l-ħxejjex. Kienu ukoll [[kaċċa|jikkaċjaw]] u [[sajd|jistadu]]. In-nisa u l-bniet il-kbar kienu jħitu l-ħwejjeġ, jippreparaw l-[[ikel]], irabbu t-tfal iż-żgħar u jġibu l-[[injam]] u l-ilma għad-dar. Il-Maja ma kellhomx [[skola|skejjel]]. It-tfal kienu jitgħallmu l-ħiliet differenti billi josservaw l-adulti u jgħinuhom.
[[ImageStampa:fdalijiet maya Guatemala.jpg|thumb|left|Fdalijiet tal-Maja fil-Gwatemala]]
Il-festi reliġjużi kienu uħud mill-iktar modi ta’ [[rikreazzjoni]] favoriti mal-Maja. Dawn il-festi kienu jsiru f’jiem speċjali matul is-sena. Waqt dawn il-festi kien ikun hemm [[żfin]] u ikel. Ukoll, il-Maja kellhom [[logħba]] qaddisa li kienet tixbah lill-[[baskitbol]] u kienet tintlagħab fi grawnds iddisinjati għal ta’ l-apposta. Dawk li jilgħabu riedu jgħaddu [[ballun]] tal-[[lastiku]] minn [[ċirku]] tal-ġebel b’[[minkeb|minkbejhom]] jew ġenbhom.
 
=== Ikel, ilbies u kenn ===
Il-bdiewa tal-Maja kienu jkabbru l-aktar [[fażola]], qamħirrun u [[qargħa]]. Il-qamħirrun kien l-ikel prinċipali tal-Maja u n-nisa kienu jippreparawh f’diversi modi. Kienu jagħmlu [[torta|torti]] ċatti tal-qamħirrun, li llum isejjħulhom [[tortilla|tortillas]]s, bħala tip ta’ [[ħobż]]. Il-Maja kienu jużaw il-qamħirrun biex jagħmlu [[xarba alkoħolika]] msejjħa ''[[balche]]'', li kienu jagħmluh ħelu bl-[[għasel]] u jħawruh bil-qoxra tas-siġra. Ħxejjex oħra mkabbra mil-Maja kienu l-[[avokado]], t-[[tadam]] u l-[[bżar aħmar]]. Il-bdiewa kienu jiżvojtaw l-għelieqi tagħhom billi jqaċċtu s-siġar b’mannari tal-ġebel. Huma kienu jaħarqu s-siġar u z-zkuk u mbagħad jużaw bsaten biex jiżirgħu ż-[[żerriegħa]] fl-irmied. Meta l-[[ħamrija]] tispiċċa min-nutrijenti, l-bdiewa kienu jiżvojtaw art oħra u jbiddlu l-post ta’ l-għelieqi tagħhom.
 
Il-klieb kienu l-uniċi annimali mansi tal-Maja imma dawn in-nies kienu jkabbru ukoll id-dundjani u n-[[naħla|naħal]] fl-għelieqi tagħhom. Il-Maja kienu jikkaċjaw iċ-ċriev, fniek, annimal qisu [[ħanżir]] imsejjaħ ''[[peccaries]]'' u annimali slavaġġ oħra. Kienu jistadu u jiġbru l-[[frott tal-baħar]] mix-[[xmara|xmajjar]] u l-[[baħar]]. Il-Maja kienu ukoll jaqtgħu l-frott u l-ħxejjex mill-[[kampanja]].
Linja 30:
Il-bdiewa tal-Maja kienu jgħixu fi [[razzett|rziezet]] jew f’irħula żgħar qrib l-għelieqi tagħhom. Kienu jibnu d-djar tagħhom minn arbli marbutin ma’ xulxin u jużaw weraq tal-[[palm]] jew ħaxix biex jagħmlu s-soqfa. L-ibliet tal-Maja kienu jservu bħala ċentri għal kampanja tal-madwar. Il-poplu kien jiltaqgħa f’dawn iċ-ċentri għall-avvenimenti importanti bħas-[[suq|swieq]] u festi reliġjużi. L-istudjużi ma jqablux jekk dawn l-ibliet kellhomx ħafna jew ftit residenti permanenti. Il-qassisin u mexxejja oħra tal-Maja setgħu għexu fl-ibliet għal żmien qasir qabel xi ċerimonji importanti u wara kienu jmorru lura fid-djar permanenti tagħhom.
 
=== Kummerċ u trasport ===
Il-Maja kienu jieħdu sehem f’xibka ta’ [[kummerċ]] li kienet tgħaqqad gruppi differenti fl-Amerika Ċentrali. Il-popli tal-Maja ta’ l-artijiet il-baxxi kienu jesportaw ħafna oġġetti fosthom [[xogħol ta’ l-idejn]], prodotti tal-foresti u l-baħar u l-ġilda tal-[[ġagwar]]. Kienu jimpurtaw il-ġada, ħġieġ vulkaniku u r-rix ta’ għasfur imsejjaħ ''[[quetzal]]'' mill-għoljiet tal-Gwatemala fejn popli oħra li jitkellmu l-Maja kienu jgħixu.
 
Il-Maja tal-Yucatán kienu jibgħatu l-[[melħ]] u qoton imżejjen bir-reqqa lejn il-Ħonduras. Minflok kienu jirċievu ż-żerriegħa tal-[[kawkaw]] li kienu jużawha biex jagħmlu ċ-[[ċikkulata]]. Il-Maja kienu jittrasportaw il-[[merkanzija]] sa postijiet bħal [[Wied ta’ Oaxaca]] fil-Messiku u l-belt ta’ [[Teotihuacán]], qrib ta’ fejn illum hemm il-[[Belt tal-Messiku]]. Kienu jġorru ħafna mill-merkanzija fuq darahom jew fuq l-ixmajjar f’kenuri mħaffrin. Il-Maja ma kellhomx ir-[[rota]] jew bhejjem għal-ġarr bħaż-[[żiemel|żwiemel]] jew [[gendus|gniedes]].
 
=== Gvern ===
 
L-istoriċi ftit li xejn jafu fuq il-[[gvern|gvernijiet]]ijiet tal-Maja. Kull belt tal-Maja kienet tiggverna l-art ta’ madwarha, u l-ibliet il-kbar seta’ kellhom xi kontrol fuq aktar bliet iżgħar. Il-mexxejja probabilment kienu jkunu kemm il-kapijiet kif ukoll il-qassisin. Xi kap suprem, li kellu setgħat reliġjużi u politiċi, seta’ mexxa kull belt. Il-Maja qatt ma ngħaqdu taħt gvern wieħed ċentrali. Imma lejn l-aħħar żminijiet tal-Maja, il-mexxejja ta’ xi bliet bħal [[Chichen Itzá]] u [[Mayapán]] kienu jikkontrollaw parti kbira mill-popolazzjoni.
 
=== Komunikazzjoni u tagħlim ===
Il-Maja żviluppaw mod ta’ kitba avvanzat li kienet tikkonsisti f’ħafna [[simbolu|simboli]]. Dawn is-simboli kienu jirrapreżentaw ġabra ta’ ħsejjes jew idea sħiħa u kienu jiffurmaw tip ta’ kitba [[ġeroglifiċi|ġeroglifika]].
 
Linja 50:
Il-Maja kienu jużaw ħxejjex u l-[[maġija]] biex ifejjqu l-mard. Iżda l-istudjużi ftit jafu dwar it-tagħrif tal-Maja tal-mediċina.
 
=== Arti u snajja ===
Il-Maja ipproduċew arkitettura, pittura, xogħol tal-fuħħar u skultura mill-aqwa. Arkitetti tas-[[sengħa]] bnew piramidi tal-franka għoljin, b’tempji żgħar fuqnett. Huma ħolqu tip ta’ [[ħnejja]] billi bnew il-ġenb ta’ żewġ ħitan dejjem aktar qrib iktar ma’ titla l-fuq. Il-vojt bejn iż-żewġ ħitan kien jiġi mgħaqqad b’sensiela ta’ ġebel ċatt. Il-Maja bnew ukoll bini kbir u baxx fejn il-kapijiet u l-qassisin probabilment kienu jgħixu qabel xi ċerimonja importanti. Ħafna mill-bini tal-Maja kellhom tiżjin ċatt imsejjaħ '''moxt tal-bejt''', li kien joħroġ mill-għola ponta tas-saqaf. Dawn il-moxtijiet tal-bjut, bħal kampnari tal-knejjes, kienu jagħtu lil bini d-dehra ta’ għoli kbir.
[[ImageStampa: mayan-pottery-chama-valley.jpg|thumb|right|Tpinġijiet fuq il-fuħħar fil-wied ta’ Chama]]
L-artisti tal-Maja kienu jżejnu l-ħitan b’[[murali]] ikkuluriti li kienu juru figuri b’daqs reali qed jieħdu sehem f’battalji u festi. L-artisti kienu jagħmlu d-dawra minn barra tal-figuri u mbagħad jimlewhom bil-kulur. Rari kienu jagħmlu ''shading'' tal-kulur. Pittura tixbah lil din tinsab fuq il-fuħħar tal-Maja.
 
Il-Maja kienu jagħmlu skulturi żgħar tat-[[tafal]] u oħrajn kbar mill-ġebel. Ħafna mill-iskulturi ż-żgħar kienu figuri ta’ rġiel u nisa. L-iskulturi l-kbar, li xi wħud minnhom kienu għoljin aktar minn 9 metri, kienu mnaqqxa b’figuri ta’ allat u persunaġġi importanti f’poża riġida.
 
== Storja ==
=== Fil-bidu ===
 
Il-qalba taċ-ċiviltà tal-Maja żviluppat f’dak li llum huwa d-dipartiment (stat) ta’ [[El Petén]], fil-Gwatemala. L-ewwel bdiewa setgħu qagħdu f’dan ir-reġjun sa mill-2500 Q.K. bit-tama li jsibu art [[fertili]] għall-ħxejjex tagħhom. Dawn in-nies kienu jgħixu f’irħula żgħar u kienu jieħdu l-ikel mill-[[foresta]] tal-madwar barra li jkabbru l-ħxejjex.
Linja 64:
Sas-sena 800 Q.K., l-artijiet il-baxxi tal-Maja kienu kollha mgħammra. F’dak iż-żmien, grupp imsejjaħ l-Indjani [[Olmeki]] kienu jgħixu fl-art fil-punent tal-Maja. Probabilment l-Olmeki kienu l-inventuri tan-numri u l-kitba fl-Amerika Ċentrali. Kellhom ukoll arti żviluppata ħafna. Iċ-ċiviltà ta’ l-Olmeki influwenzat iċ-ċiviltà tal-Maja li kienet qed tiżviluppa. Il-Maja bħal l-Olmeki bdew jibnu piramidi u jnaqqxu monumenti fil-ġebel. Barra dan, stampi ta’ l-alla ġagwar ta’ l-Olmeki beda jitfaċċa fl-arti tal-Maja.
 
=== Il-perjodu Klassiku ===
Il-perjodu Klassiku taċ-ċiviltà tal-Maja kienet bejn l-250 W.K. sas-sena 900. F’dawn is-snin il-Maja waqqfu l-aqwa bliet tagħhom u għamlu kisbiet kbar fl-arti u x-[[xjenza]]. F’dan iż-żmien il-Maja bdew id-drawwa li jtellgħu l-istele biex jfakkru l-avvenimenti importanti fil-ħajja tal-mexxejja tagħhom.
 
Matul l-ewwel 300 sena tal-perjodu Klassiku, il-belt Messikana ta’ Teotihuacán kienet iċ-ċentru t’imperu kbir. Iċ-ċiviltà ta’ Teotihuacán kellha influwenza kbira fuq l-arti u l-arkitettura tal-Maja. Il-waqgħa ta’ Teotihuacán għal ħabta tas-sena 600 affetwat lil Maja temporanjament. Dan narawh billi l-Maja waqfu xogħol ta’ bini fl-ibliet tagħhom u waqfu l-bini ta’ l-istele. Wara perjodu qasir, iċ-ċiviltà tal-Maja rkuprat u kompliet tikber għal madwar 300 sena. Imbagħad, fil-bidu tas-ena 800, il-Maja waqfu jtellgħu l-istele, f’belt wara l-oħra. Huma abbandunaw iċ-ċentri prinċipali tagħhom fl-artijiet il-baxxi tan-nofsinhar waħda wara l-oħra u finalment telqu għal kollox mir-[[reġjun]] tan-nofsinhar. L-istudjużi għadhom qed ifittxu r-raġunijiet għall-waqgħa taċ-ċiviltà tal-Maja. Xi esperti jemmnu li l-waqgħa seħħet minħabba fatturi bħal [[mard]], [[għaks]] u d-dħul ta’ gruppi oħra fir-reġjun tal-Maja. Iżda xi storiċi oħra jemmnu li l-bdiewa tal-Maja qamu kontra t-tmexxija tal-kapijiet u l-qassisin għal xi raġuni u b’hekk waslu għal waqgħa tas-soċjetà tal-Maja.
 
=== Il-Perjodu Messikan ===
 
Iċ-ċentri tal-Maja fit-tramuntana tal-Yucatán damu xi 100 sena aktar minn dawk ta’ l-artijiet il-baxxi tan-nofsinhar. Anke wara li l-Maja abbandunaw iċ-ċentri tat-tramuntana, huma komplew jgħixu f’dan ir-reġjun. Għal ħabta tas-sena 950 W.K., il-Yucatán ġie invadut mit-[[Tolteki]], poplu mill-artijiet l-għolja ċentrali tal-Messiku. It-Tolteki kienu stabilixxew imperu fil-Messiku bil-kapitali f’[[Tula]], fit-tramuntana tal-Belt tal-Messiku tal-lum. Huma ħadu l-kontrol tal-belt antika tal-Maja ta’ Chichen Itzá u ħakmu l-poplazzjoni kollha tal-Maja tat-tramuntana. It-Tolteki influwenzaw l-arti u l-arkitettura tal-Maja u daħlu l-qima lejn alla [[serp]] bir-rix msejjaħ [[Kukulcán]]. Tula waqgħet f’nofs is-seklu 12, u l-ħakma tat-Tolteki fil-Yucatán spiċċat fl-1200.
Linja 77:
Madwar is-sena 1440, xi mexxejja ta’ xi bliet tal-Maja qamu kontra l-mexxejja tal-Mayapán u għelbuhom. Il-Yucatán ġie maqsum f’ħafna stati separati li kienu ta’ spiss fi gwerer. Fil-bidu tas-seklu 16, il-[[konkwistaturi Spanjoli]] invadew it-territorju tal-Maja. Sa nofs is-seklu 16 kienu għelbu l-Maja kollha li kien fadal.
 
=== Il-wirt tal-Maja ===
Illum, ħafna min-nies tal-Messiku u l-Amerika Ċentrali jitkellmu waħda mill-kważi 20 lingwa u [[djalett|djaletti]]i li żviluppaw mill-lingwa antika tal-Maja. Xi wħud minn dawn in-nies jgħixu fl-artijiet għolja tal-Messiku u l-Gwatemala. Xi oħrajn jgħixu fil-parti ta’ fuq tal-peniżola tal-Yucatán fil-Messiku. Probabilment, il-Jukatani tal-Yucatán, huma l-aktar dixxendenti diretti tal-Maja. Ħafna mid-dixxendenti tal-Maja jaħdmu l-art kif kienu jaħdmuha l-[[antenat|antenati]]i tagħhom u għadhom iżommu xi drawwiet reliġjużi tagħhom.
 
Il-fdalijiet taċ-ċentri ċerimonjali tal-Maja huma attrazzjonijiet turistiċi. Siti fil-Messiku jinkludu l-fdalijiet f’[[Bonampak]] u [[Palenque]] f’[[Chiapas]], u Chichen Itzá fit-tramuntana tal-Yucatán. It-turisti jżuru ukoll il-fdalijiet ta’ Tikal fil-Gwatemala u dawk ta’ Copán fil-Ħonduras.
 
[[CategoryKategorija:Antropoloġija|Maja]]
[[CategoryKategorija:Storja|Maja]]
 
[[ar:مايا]]
Linja 126:
[[pt:Maias]]
[[qu:Maya hawaykawsay]]
[[ro:MayaşiMaiaşi]]
[[ru:Майя (цивилизация)]]
[[simple:Maya civilization]]