Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Ronaldo"

44 bytes imneħħija ,  10 snin ilu
m
robot Removing: hi:रोनाल्डो; kosmetiċi bidliet
m (robot Adding: hi:रोनाल्डो)
m (robot Removing: hi:रोनाल्डो; kosmetiċi bidliet)
|klabb kurrenti = [[Sport Club Corinthians Paulista|Corinthians]]
|numru = 9
|snin_ġovanili = 1990–19911990–1991
1991–19931991–1993
|klabbs_ġovanili = Social Ramos Clube
[[São Cristóvão de Futebol e Regatas|São Cristóvão]]
|snin_professjonali =1993–19941993–1994
1994–19961994–1996
1996–19971996–1997
1997–20021997–2002
2002–20072002–2007
2007–20082007–2008
2009–2009–
|klabbs_professjonali = [[Cruzeiro Esporte Clube|Cruzeiro]]
[[PSV Eindhoven]]
[[FC Barcelona|Barcelona]]
[[FC Internazionale Milano|Internazionale]]
[[Real Madrid CF|Real Madrid]]
[[AC Milan|Milan]]
[[Sport Club Corinthians Paulista|Corinthians]]
|gowls_professjonali = {{0}}32 (34)
{{0}}46 (42)
{{0}}37 (34)
{{0}}68 (49)
127 (83)
{{0}}20 {{0}}(9)
{{0}}{{0}}2 {{0}}(0)
|snin_nazzjonali = 1994–1994–
|tim_nazzjonali = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil|Brażil]]
|gowls_nazzjonali = {{0}}97 (62)<ref>104 (67) jekk jiġu nklużi wkoll il-partiti ta' ħbiberija mhux uffiċjali li lagħab mat-tim nazzjonali tal-kbar tal-Brażil.</ref>
|aġġornament = 13:54, 17 Ġunju 2009 (UTC)

'''Ronaldo Luis Nazário de Lima''', magħruf fl-[[Ewropa]] bħala sempliċiment '''Ronaldo'''<ref>Ronaldo hu l-isem li bih Luís Nazário de Lima hu magħruf fl-[[Ewropa]]. Fil-Brażil hu hu magħruf b'mod familjari bħala ''Ronaldinho''. Il-plejer magħruf fl-Ewropa bħala Ronaldinho ([[Ronaldinho|Ronaldo de Assis Moreira]]), fil-Brażil hu magħruf bħala ''Ronaldinho Gaùcho''.</ref> ([[Rio de Janeiro]], [[22 ta' Settembru]] [[1976]]) huwa plejer professjonista tal-[[futbol]] [[Brażil|Brażiljan]]jan li jilgħab fl-irwol ta' [[attakkant]] mat-tim Brażiljan ta' [[Sport Club Corinthians Paulista|Corinthians]].

Wara li beda l-karriera professjonistika mat-tim Brażiljan ta' [[Cruzeiro Esporte Clube|Cruzeiro]], Ronaldo sfonda fl-Ewropa meta ttrasferixxa mat-tim ta' [[PSV Eindhoven]] fl-1994, u wara sentejn fl-[[Olanda]] hu beda juri l-potenzjal tiegħu ma' klabbs ta' kalibru bħal [[FC Barcelona|Barcelona]], [[FC Internazionale Milano|Inter]], u [[Real Madrid CF|Real Madrid]] qabel ma ngħaqad ma' AC Milan.
Ronaldo rebaħ għal tliet darbiet l-unur tal-[[Plejer tas-Sena tal-FIFA]] fl-1996, fl-1997 u fl-2002, u hu biss wieħed minn fost tnejn li rebħu dan l-unur għat-tliet, bil-plejer l-ieħor ikun il-[[Franza|Franċiż]] [[Zinedine Zidane]]. Hu rebaħ ukoll żewġ unuri tal-Ballun tad-Deheb fl-1997 u fl-2002. Ronaldo kien imlaqqam bħala "Il-Fenomenu" (bil-[[Lingwa Portugiża|Portugiż]]: ''O Fenômeno''; bl-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]]: ''El Fenómeno''). Il-leġġendarju [[Pelé]] semmieh fil-[[FIFA 100|lista tal-aqwa 125 futbolers]] ħajjin f'[[Marzu]] tal-[[2004]], waqt li r-rivista Franċiża ''[[France Football]]'' fl-[[2007]] semmietu fl-aqwa formazzjoni (l-aqwa ħdax) ta' kull żmien.

== Karriera mal-klabbs ==
=== Cruzeiro u l-bidu tal-karriera ===

Ronaldo twieled f'[[Bento Ribeiro]], villaġġ fqir fl-akkwati ta' [[Rio de Janeiro]]. Bħal ħafna minn ħbiebu, hu beda jilgħab il-futbol qalb it-toroq. Id-data tat-twelid attwali ta' Ronaldo hi t-18 ta' Settembru, madanakollu missieru ma rreġistrax iċ-ċertifikat tat-twelid qabel it-22 ta' Settembru, u b'hekk matul is-snin eżistew ċerti diskrepanzi fuq id-data attwali tat-twelid. L-ewwel klabb tiegħu kien Tennis Club Valgueire. Wara, hu lagħab ma' Social Ramos u [[São Cristóvão]]. L-abilitajiet tal-futbol ta' Ronaldo ġew rikonoxxuti meta kellu erbatax-il sena, meta minn rakkomandazzjoni mir-rebbieħ tat-[[Tazza tad-Dinja tal-FIFA|Tazza tad-Dinja]] [[Jairzinho]], [[Cruzeiro Esporte Clube]] kisbu lil Ronaldo meta kellu età biex jirċievi kuntratt professjonali. Minkejja li ma tantx kien użat fil-kampjonat nazzjonali, xorta kellu ċ-ċans li juri t-talent tiegħu, fejn f'14-il logħba sab ix-xibka għal 12-il darba, waqt li fil-[[Kampjonat Mineiro|Kampjonat tal-Istat ta' Mineiro]] hu rnexxielu jiskorja 22 gowl fi 18-il logħba, fejn fost dawn il-gowls kien hemm it-tliet gowls li skorja fid-derby kontra r-rivali [[Clube Atlético Mineiro|Atlético Mineiro]], partita li spiċċat f'rebħa għal Cruzeiro (bl-iskor ta' 3–1) ispirita mit-talent ta' Ronaldo. Cruzeiro rebħu l-Kampjonat Mineiro fl-1994 u Ronaldo kien l-aqwa skorer. Hu kien ukoll l-aqwa skorer fis-[[Supercopa Sudamericana]] fl-1993. F'49 apparenza uffiċjali hu skorja total ta' 45 gowl.

=== PSV ===

Wara li attira l-għajn ta' [[Piet de Visser]], hu ġie trasferit għal [[Dollaru Amerikan|$]]6 miljun fil-klabb [[Olanda|Olandiż]] ta' [[PSV Eindhoven]], fejn skorja 42 gowl f'46 logħba tal-kampjonat u laħaq kwota ta' 55 gowl f'57 preżenza uffiċjali. Ma' PSV hu rebaħ it-[[Tazza Olandiża]] fl-1996 u spiċċa l-aqwa skorer tal-[[Eredivisie]] fl-1995.

=== Barcelona ===
[[Stampa:PSG-Barcelone 1997.png|250px|thumb|right|Ronaldo jiskorja minn penalty il-gowl li ddeċieda l-konfront bejn Barcelona u PSG, biex b'hekk it-tim Spanjol rebaħ it-Tazza tat-Tazez Ewropej 1996–97]]
Wara dawn il-prestazzjonijiet, hu attira l-attenzjoni tal-klabb [[Spanja|Spanjol]] ta' [[FC Barcelona|Barcelona]]. Huwa lagħab ma' Barcelona fl-istaġun 1996–97, fejn skorja 47 gowl f'49 logħba (jinkludu apparenzi fit-[[Tazza tar-Re]], fis-[[Supertazza Spanjola]] u anki fit-[[Tazza tat-Tazez Ewropej]]) fejn iggwida lit-tim għat-trijonf tal-klabb Katalan fit-Tazza tat-Tazez Ewropej fejn issiġilla l-istaġun brillanti permezz tal-gowl rebbieħ fil-finali. Ronaldo wasal biex rebaħ ukoll it-Tazza tar-Re u s-Supertazza Spanjola. Fl-1997 rebaħ l-unur tal-aqwa skorer fil-[[La Liga]] u sal-2008, Ronaldo hu l-aħħar plejer li skorja iktar minn 30 gowl fi staġun wieħed fil-Kampjonat massimu Spanjol.

=== Internazionale ===

[[Massimo Moratti]], li kien ilu josserva lil dan il-plejer Brażiljan, fis-sajf tal-1997 irnexxielu jakkwista lil Ronaldo għat-tim tal-[[FC Internazionale Milano|Inter]]. Il-plejer wasal Milan fil-25 ta' Lulju 1997, fejn ġie milqugħ minn numru kbir ta' benjamini entużjasti. Fl-istaġun 1997–98 l-Inter wasal sat-tieni post fil-kampjonat nazzjonali, imma rnexxielu jirbaħ it-Tazza UEFA. Fuq livell personali Ronaldo skorja 25 gowl fil-kampjonat li ma kinux biżżejjed biex jirbaħ il-klassifika tal-aqwa skorers (mirbuħa minn [[Oliver Bierhoff|Bierhoff]] b'27 gowl), però xorta jibqgħu bħala r-rekord ta' gowls skurjati minn debutant assolut fis-[[Serie A]], u fuq kollox f'dak l-istaġun hu rebaħ l-ewwel [[Ballun tad-Deheb]].
Fil-verità, Ronaldo irkupra u irritorna fil-grawnd lejn tmiem l-2001, imma l-effetti sussegwenti tal-uġigħ li Ronaldo kien sofra wasslu biex [[Héctor Cúper|Cúper]] beda jużah b'ċerta kawtela. Kien biss fil-parti finali tal-kampjonat, bl-Inter quddiem ir-[[AS Roma|Roma]] u l-[[Juventus FC|Juventus]], li Ronaldo beda jiġi skjerat aktar sikwit fejn ħafna drabi rriżulta bħala wieħed deċiżiv. Minkejja r-ritorn mill-aqwa li għamel lura lejn l-istil felin li kien magħruf bih, l-[[Stadio Olimpico|Istadju Olimpiku]] ta' Ruma kien għal Ronaldo it-teatru tad-delużjoni, fortunatament għalih kienet biss sportiva: fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat, nhar il-5 ta' Mejju 2002, l-Inter tilef 4–2 kontra l-Lazio u rat kemm lil Juventus u anki lir-Roma jissuperawha fil-klassifika, fejn tal-ewwel kiseb it-titlu nazzjonali. Ronaldo għalaq il-partita fost ħafna dmugħ: kienet l-aħħar dehra fil-kampjonat bil-flokk tal-Inter. Lejn tmiem l-2002 hu kien ingħata l-unur tal-[[Plejer tas-Sena tal-FIFA]] għat-tielet darba.

=== Real Madrid ===
[[Stampa:Ronaldo em campo.jpg|180px|right|thumb|Ronaldo bil-flokk ta' Real Madrid]]
F'Lulju tal-2002, immedjatament wara t-tmiem tal-kampanja rebbieħa tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]], wara nuqqas ta' qbil mal-kowċ Cúper, Ronaldo staqsa biex jiġi ċedut. Wara tratattiva li damet ix-xahar ta' Awwissu kollu u mmexxiha fost il-għagħa tal-istampa u l-benjamini, il-plejer Brażiljan ġie akkwistat minn [[Real Madrid CF|Real Madrid]] għal somma ta' madwar [[Ewro|€]]39 miljun.
F'erba' staġuni u nofs ma' Real Madrid, Ronaldo ġabar total ta' 177 partita uffiċjali b'104 gowls u t-tieni titlu [[Pichichi]] fl-2004.

=== AC Milan ===

Fit-18 ta' Jannar 2007 ġie rappurtat li Ronaldo kien laħaq qbil ma' [[AC Milan]] għat-trasferiment tiegħu għal madwar $7.5 miljun.<ref>{{Ċita web|url=http://www.uefa.com/competitions/ucl/news/kind=1/newsid=501832.html|titlu=Ronaldo unveiled by Rossoneri|data=30-01-2007|publikatur=UEFA.com|lingwa=Ingliż}}</ref> Ronaldo spiċċa sfurzat biex iħallas il-perjodu li kien għad fadallu fil-kuntratt li kien qed iżommu ma' Real Madrid, minħabba li dawn tal-aħħar ma ridux iħalluh jitlaq, waqt li Milan ma aċċettawx li jħallsu dik is-somma. Fil-25 ta' Jannar Ronaldo telaq minn Madrid għal Milan biex jara lit-tim ta' Milan waqt partita kontra [[AS Roma]]. Fuq is-sit elettroniku tal-klabb saru xi stqarrijiet li Ronaldo kien għamel xi testijiet mediċi u li kienet se ssir laqgħa mad-diriġenti ta' Real Madrid biex jiffinalizzaw it-trasferiment għal Milan. Fis-26 ta' Jannar, Ronaldo mexa għat-tim ta' Milan fejn għamel testijiet mediċi ġewwa Milanello u sat-30 ta' Jannar it-trasferiment kien komplut u ngħata n-numru 99. Għamel id-debutt tiegħu bħala sostitut nhar il-11 ta' Frar 2007, fir-rebħa ta' Milan kontra [[AS Livorno Calcio|Livorno]] 2-1. Fil-partita ta' wara kontra [[AC Siena|Siena]], Ronaldo skorja darbtejn u assista t-tielet gowl fl-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax, partita eċitanti li spiċċat 4–3. Fl-ewwel staġun mal-Milan, Ronaldo skorja 7 gowls f'14-il apparenza.
Fit-13 ta' Frar 2008, Ronaldo sofra minn uġigħ f'irkubbtejh waqt il-partita li Milan spiċċaw pari ta' 1–1 kontra [[AS Livorno Calcio|Livorno]], u b'hekk kien meħud l-isptar. Milan ikkonfermaw li Ronaldo weġġa' l-ligament tal-irkoppa. Din kienet it-tielet darba li Ronaldo sofra dan l-uġigħ, bid-darbtejn l-oħra jkunu fl-1998 u fis-sena 2000. Fit-30 ta' Ġunju skada l-kuntratt ta' Ronaldo mal-Milan, li ddeċidiet li ma terġax iġġeddu għall-istaġun segwenti.

=== Corinthians ===

Fit-2 ta' Settembru 2008, Ronaldo beda l-aħħar tarġa għall-irkuprar mill-kirurġija tal-irkoppa fi [[Clube de Regatas do Flamengo|Flamengo]]. Minkejja li d-diretturi tal-klabb fetħu l-bieb għal Ronaldo biex jingħaqad magħhom wara li jkun irkupra, nhar id-[[9 ta' Diċembru]] Ronaldo iffirma kuntratt ta' sena mar-rivali tal-kampjonat, [[Sport Club Corinthians Paulista|Corinthians]].<ref>{{Ċita web|url=http://www.independent.co.uk/sport/football/news-and-comment/ronaldo-agrees-to-join-corinthians-1058987.html |titlu=Ronaldo agrees to join Corinthians |lingwa=Ingliż}}</ref> It-tħabbira ta' dan it-trasferiment irċiviet pubbliċità kbira fl-istampa Brażiljana fuq kif iffavorixxa lil Corinthians quddiem Flamengo, minħabba li kien l-istess Ronaldo li pubblikament iddikjara l-imħabba li kellu lejn Flamengo. Ronaldo kien uffiċjalment ippreżentat f'Diċembru tal-2008. skorja 17 il-gol fi 25 loghba

== Internazzjonali ==
[[Stampa:Ronaldo versus Ronaldinho – Real Madrid versus F.C. Barcelona.jpg|thumb|300px|right|Tpinġija li turi lil Ronaldo u [[Ronaldinho]] bil-flokk ta' Real Madrid u Barcelona]]
Id-debutt mat-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil|tim nazzjonali]] imur lura lejn l-[[1994]] f'logħba ta' ħbiberija kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina|Arġentina]]. Hu mar fit-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1994|Tazza tad-Dinja 1994]] fl-[[Stati Uniti|Istati Uniti]] bħala żagħżugħ ta' sbatax-il sena. Hu sar magħruf bħala '''Ronaldinho''', fejn [[Ronaldo Rodrigues de Jesus]], sieħbu li kien miegħu fl-iskwadra tal-kampjonat, kien ukoll imsejjaħ Ronaldo (u mlaqqam Ronaldão biex ikun aktar distingwit). Plejer Brażiljan ieħor, [[Ronaldinho|Ronaldo de Assis Moreira]], li hu aktar magħruf bħala [[Ronaldinho]], sar msejjaħ Ronaldinho ''[[Rio Grande do Sul|Gaúcho]]'' meta ngħaqad mat-tim nazzjonali Brażiljan fl-1999.
Fit-tim nazzjonali rnexxielu jagħmel 97 apparenza u jiskorja 62 gowl, fejn hu t-tieni l-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Brażiljan, 15-il gowl 'il bogħod mir-rekord ta' [[Pelé]].

== Ħajja personali ==

Ronaldo twieled f'[[Bento Ribeiro]], post viċin ta' [[Rio de Janeiro]], fil-[[Brażil]]. Bħal ħafna minn ħbiebu, huwa beda jilgħab il-futbol fit-toroq. Id-data attwali tat-twelid ta' Ronaldo hi t-[[18 ta' Settembru]] [[1976]], però missieru ma rreġistrax ismu sat-[[22 ta' Settembru]] [[1976]], u b'hekk ċerta konfużjoni nqalgħet minħabba d-data tat-twelid.
Fl-[[2005]], Ronaldo sar ko-propjetaru tal-[[A1 Team Brazil]], flimkien mal-leġġenda tal-isports tal-muturi Brażiljana [[Emerson Fittipaldi]]. It-tim jieħu sehem fl-[[A1 Grand Prix]], b'[[Nelson Angelo Piquet|Nelson Piquet, Jr.]], [[Tony Kanaan]] u João Paulo Oliveira bħala sewwieqa għad-debutt tal-ewwel staġun.

== Unuri ==

=== Nazzjonal ===

* [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]]
* [[Logħob Olimpiku]]: 1996 (tielet post)

=== Klabb ===

{{flagicon|Brażil}} '''Cruzeiro'''
* [[Super Cup Ewropeja]]: 2007

=== Individwali ===

* [[Plejer tas-Sena tal-FIFA]]: 1996 (l-iżgħar rebbieħ), 1997, 2002
* [[Unur tal-GoldenFoot]] - 2006

== Referenzi ==
{{referenzi}}

== Ħoloq esterni ==
{{commons|Ronaldo}}
{{wikiquote|Ronaldo}}
* [http://www.ronaldo.com/ Sit uffiċjali]
* [http://www.fifa.com/worldfootball/statisticsandrecords/players/player=92699/ Ronaldo] fuq [[FIFA]].com

{{Ballun tad-Deheb}}
[[gl:Ronaldo]]
[[he:רונאלדו]]
[[hi:रोनाल्डो]]
[[hr:Ronaldo Luís Nazário de Lima]]
[[hu:Ronaldo]]
11 976

modifiki