Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Dante Alighieri"

10 bytes imneħħija ,  10 snin ilu
l-ebda taqsira
[[Stampa:Portrait de Dante.jpg|180px|left|thumb|Ritratt ta' Dante minn [[Sandro Botticelli]]]]
 
Meta Dante kellu 12-il sena, fl-1277, ġie miftiehem iż-żwieġ tiegħu ma' Gemma, bint ''Messer'' Manetto Donati, u wara żżewwiġha. Iż-żwiġijiet miftehmin f'dan l-etajiet baxxi kienu jiġru sikwit u għalihom kienet issir ċerimonja importanti li teħtieġ kuntratti uffiċjali ffirmati quddiem in-nutar. Dante kellu tliet ulied ma' Gemma: Jacopo, Pietro u Antonia. Antonia daħlet soru bl-isem ta' Sor Beatrice Diguidine. Ieħor jismu, Giovanni, kien jgħid li kien bin Dante u akkompanjah fl-eżilju imma m'hemm l-ebda prova li kien ibnu.
 
Ftit nafu fuq l-edukazzjoni ta' Dante; wieħed jista' jippreżumi li studja d-dar.Għadda xi żmien [[Bolonja]] u ġo [[Firenze]] tgħallem fl-iskola Franġiskana ta' [[Santa Croce]], taħt Remiġju dei Girolami tal-iskola Dumnikana ta' [[Santa Maria Novella]] u taħt [[Brunetto Latini]]. Iltaqa' ma' poeti u beda ħbiberija soda ma' [[Guido Cavalcanti]]. Kważi ċert li studja l-poeżija Toskana, fil-mument meta l-iskola poetika Sqallija, grupp kulturali minn [[Sqallija]], beda jsir magħruf fit-[[Toskana]]. Minħabba l-interessi tiegħu wasal biex jiskopri il-[[menestrelli]], il-poeti [Provenza|Provenzali]] u l-kultura Latina. Jidher ċar li kellu ammirazzjoni kbir għal Virġilju "''Inti l-imgħallem tiegħi u l-awtur tiegħi; inti dak biss li minnu ħadt l-istil sabiħ li għamilli unur.''", kiteb fil-''[[Kummiedja Divina]]'' (L-infern — Canto I).
Utent anonimu