Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Dante Alighieri"

616 bytes miżjuda ,  10 snin ilu
[[Stampa:Paradiso Canto 31.jpg|200px|thumb|right|''Dante u Beatrice Diguidine fil-Ġenna'' ta' [[Gustave Doré]] (1832-1883) ]]
 
Kien fl-1274 li Dante iltaqa' għall-ewwel darba ma' Beatrice. Isimha veru kien ''Bice di Folco Portinari'', iżżewġet lil ''Simone de Bardi'' u mietet fl-1290. Ftit nafu fuq l-istorja tal-imħabba tiegħu għal Beatrice, issublimata fil-''Vita Nuova'' (miktuba bejn l-1292 u l-1294) li fiha ddeskriva l-ewwel laqgħa ma' Beatrice, li dak iż-żmien kellha biss disa' snin. Qabel it-tieni laqa' għaddew disa' snin oħra (spjega iżjed tard it-tifsira simbolika tan-numru disa', in-numru ta' Beatrice). Fil-''Vita Nuova'' Dante ddeskriva l-imħabba tiegħu u d-disperazzjoni li ħass meta mietet Beatrice. Irrakkonta l-kriżi profonda li qabditu, il-ġiri tiegħu 'l hemm u 'l hawn u l-avventura tiegħu ma' "sinjura nobbli" (bla dubju allegorija għall-filosofija), u fl-aħhar l-indima tiegħu. Għalkemm il-''Vita Nuova'' hi x'aktarx ispirata mill-ħajja personali ta' Dante, bosta kritiċi għandhom dubju fuq l-eżistenza vera ta' Beatrice, jaraw fiha figura allegorika (xi wħud għadhom tal-fehma sallum li fil-''Kummiedja Divina'', [[Virġilju]] jirrapreżenta r-raġuni naturali, u Beatrice t-[[teoloġija]]).
 
==Noti u referenzi==
Utent anonimu