Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Rużar Briffa"

201 bytes imneħħija ,  10 snin ilu
l-ebda taqsira
 
 
Dawn il-versi jalludu għall-protesta li kienet saret fl-Empire Stadium mis-sapporters Maltin fit-2 ta’ Marzu, 1945 qabel ma bdiet il-logħba ta’ ħbiberija bejn Malta u t-tim Jugoslav, ''Hadjuk ta' Split'' (''Hrvatski nogometni klub Hajduk Split''), li dik il-ħabta kien magħruf mad-dinja kollha. L-King’s Own Band daqqew kemm l-innu nazzjonali Jugoslav u kemm il-God Save the King, mingħajr ma daqqew l-[[Innu Malti]]. Il-folla maqrusa fil-laħam il-ħaj qamet bil-wieqfa u bdiet tkanta spontanjament il-versi ta’ [[Dun Karm Psaila|Dun Karm]] fuq mużika ta’ Dr [[Robert Sammut]]. Dan il-waqt emozzjonanti ferm li kien baqa’ fuq fomm kulħadd għal ġimgħat sħaħ, tpenġa permezz tal-kelma minn Rużar Briffa fil-poeżija t’hawn fuq. Alavolja il-loghba tal-futbol tilfuha l-Maltin il-Poeta xorta wahda jara dik il-gurnata bhala rebha ghal Maltin minhabba fil-fatt li l-Maltin qabzu u ddefendu d-drittijiet u l-identita taghhom Maltija
 
==Lil Ommi==
Utent anonimu