Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Margaritu ta' Brindisi"

Meta Enriku VI assedja 'l [[Napli]] fis-sajf tal-1191, Margaritu mar jiġri jiddefendi l-belt, attakka l-frejgati Piżanin u ħeles il-port. Sadattant f'Salerno Costanza ttieħdet priġuniera u nġiebet Messina. Forsi kien f'din l-okkażżjoni ta' suċċess kbir li Tankredi ħatar 'l Margaritu l-ewwel [[konti ta' Malta]] (1192). It-titlu tal-konteja ta' Malta kien iġib miegħu ġid enormi u sehem inportanti, daqs tal-portijiet ta' Brindisi u Messina, fl-infrastruttura tat-tħejjija tal-frejgati tar-re, l-ankraġġ u l-impieg tal-baħrin.
 
Imma meta miet Tankredi (20 ta' Frar 1194) sar iżjed faċli għal Enriku VI biex jikseb il-konkwista tar-renju. [[Markuvaldu ta' Annweiler]], f'ras il-flotta ta' frejgati Piżanin, Ġenoviżi, u Ingliżi, l-ewwel ġiegħel 'l Napli u Messina jċedu u mbagħad assedja 'l Palermo, li Margaritu ddefenda bl-aħrax sal-20 ta' Novembru. Fil-patti tar-reża, Margaritu kiseb li konkwistaturi ma jgħamlux ħerba minn Palermo u li jiġi rispettati l-ħajjiet Sibilla ta' Acerra, l-armla ta' Tankredi, u uliedha. Però, erbagħt ijem wara l-inkurunazzjoni ta' Enriku VI (fil-Milied tal-1194), Sibilla u uliedha ma' nobbli oħra tal-qorti Normanna (li fosthom kien hemm Margaritu), ġew akkużati b'rewwixta kontra Enriku, intefgħu il-ħabs u intbagħtuntbagħtu l-Ġermanja.
 
Xi storiċi jsostnu li Margaritu miet il-Ġermania fl-1197, wara li ġie mgħama u emaskulat. Oħrajn isostnu li ta' min jemminha l-istorja fil-Kronaka ta' Ruġġier ta' Hoveden, li skontha fis-sena 1200, Margaritu, kważi għama, qiegħed ruħu fis-servizz tar-re ta' Franza, Filippu II, u waqt li kien sejjer Brindisi fejn kien ġabar flotta, miet Ruma maqtul minn seftur tiegħu.
Utent anonimu