Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Margaritu ta' Brindisi"

l-ebda taqsira
 
Fil-ħarifa tal-1187, ir-re Guliermu II bagħtu l-Art Imqaddsa wara li [[Saladin]] kien irrikonkwista [[Ġerusalemm]]. Margaritu, b'60 frejgata u 200 kavalier, għases ix-xtajtatiet tal-[[Palestina]] il-ħin kollu u ma ħalliex lil Saladin li jokkupa l-portijiet oħra tal-kruċjati. Fl-aħhar fl-Lulju tal-1188 niżel [[Tripli]], u ġiegħel lil Saladin li jirtira, u keċċa s-saraċini anki minn Marqab, Latakja u [[Tiru]].
 
Meta miet Guliermu (Novembru tal-1189) Margaritu mar lura Sqallija u appoġġa bil-qawwa lil Tankredi fil-ġlieda għat-tron. Xorta waħda, is-sena ta' wara kellu jħalli
l-port ta' [[Messina]] minħabba l-attakk minn [[Rikkardu Qalb ta' Ljun]] li għamel ħerba mill-belt (4 ta' Ottobru 1190). Margaritu dejjem iddifenda l-interessi ta' Tankredi fuq kollox fil-konfronti tiegħu mar-re tal-Germanja [[Enriku VI]], li kien iżżewweġ iz-zija ta' Tankredi, [[Costanza d'Altavilla]] u dehrlu li kellu dritt għar-renju ta' Sqallija.
 
[[ca:Margaritone de Bríndisi]]
Utent anonimu