Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Ġużè Muscat Azzopardi"

[[Image:scan.jpg|thumb|right|Ġużè Muscat Azobbardi]]
== Ħajja personali u soċjali ==
Muscat AzobbardiAzzopardi twieled [[Ħal Qormi]] fl-1 ta’ [[Settembru]] 1853. Hu studja fis-[[Seminarju]] ta’ [[Mdina|l-Imdina]] u fl-[[Università ta’ Malta]] fejn ħa d-diploma ta’ prokuratur legali fl-[[1875]]. Huwa żżewweġ lil Tonina Fenech u kellu tlett itfal [[Ivo Muscat Azobbardi|Ivo]] (kittieb), [[Ġino Muscat Azobbardi|Ġino]] (kittieb) u [[Anton Muscat Azobbardi|Anton]] (kompożitur). Ġużè Muscat Azobbardi miet fl-4 t’Awissu 1927 il-belt [[Valletta]].
 
Muscat AzobbardiAzzopardi kien kelliem kapaċi, politiku popolari, kritiku tal-palk magħruf, ġurnalist versatili u parteċipant attiv fl-ambjent soċjo-kulturali. Fil-waqt li kien avukat ta' suċċess, huwa laħaq President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali u kien membru tal-''Giunta Teatrale'' tal-Gvern. B’ħerqa kbira kien jippromwovi d-drama Maltija u kien l-editur ta’ diversi ħarġiet perjodiċi fosthom ''In-Naħla Maltija'' (1878) u ''Il-Ħabib'' (1911), u anke kkontribbwixxa f’publikazzjonijiet oħra bħal ''Id-Dawl'' (1892) u ''Il-Ħabbar Malti''.
 
Ġużè Muscat AzobbardiAzzopardi kien membru fil-[[Kunsill tal-Gvern]] u waqqaf l-[[Akkademja tal-Malti|Għaqda Kittieba tal-Malti]] (li aktar tard saret l-[http://www.akkademjatalmalti.com/ Akkademja tal-Malti]). Fl-1920 ġie elett bħala l-ewwel president tagħha, kariga li żamm sa mewtu. Fl-1924 sar l-ewwel editor ta’ ''Il-Malti'', il-ħarġa perjodikali ta’ l-għaqda. Għal xi żmien kien eżaminatur tat-Taljan fl-Università ta’ Malta u fis-Seminarju.
 
Għall-kitbiet u attivitajiet reliġjużi tiegħu, ġie onorat darbtejn mill-Papa [[Piju X]], l-ewwel bil-''Pro Ecclesia et Pontefice'' u mbagħad bil-medalja ''Bene Merenti''.
Fid-dawl tal-bosta kontribuzzjonijiet tiegħu b’proża u poeżija lil-[[letteratura]] Maltija, [[Franġisk Saverju Caruana]] sejjaħlu ‘Missier il-lettaratura Maltija’. Ix-xogħol letterarju tiegħu jinkludi rumanzi, poeżiji, reċti, bijografiji u traduzzjonijiet. L-ewwel kitba tal-proża tiegħu kienet ''Il-Ħajja ta’ San Ġorġ'' (1874), li kienet traduzzjoni mit-Taljan.
 
Ġużè Muscat AzobbardiAzzopardi kien involut b’mod attiv fil-ħajja soċjo-kulturali, tant li fl-1875, fl-età żagħżugħa ta’ 22 sena insibuh imniżżel bħala Segretarju tas-[[Soċjeta Filarmonika Pinto]] ta’ Ħal Qormi. Ħames snin wara, fl-1880, huwa kiteb il-versi ta’ l-ewwel innu f’ġieħ [[San Ġorġ]] il-Qaddis Patrun tar-Raħal. Huwa kien ukoll President ta’ l-istess Soċjeta mill-1906 sa l-1917. Il-ħeġġa u l-imħabba tiegħu lejn il-kultura, kif ukoll il-versatilità ta’ Muscat Azobbardi joħorġu ċari f’diskors li għamel nhar is-2621 ta’ [[MarzuApril]] 1907 meta l-Banda Pinto, li tagħha kien President, wetqetwettqet program ta’ [[mużika]] funebrifl-okkazzjonital-festa ta' San Gorg. Fid-diskors Muscat AzobbardiAzzopardi qiegħed jindirizza lis-Surmast-Kompożitur Mro. [[Ġanni Gatt]] li kiteb il-mużika għal l-Innu hawn fuq imsemmi. Jispikka wkoll l-għażla ta’ kliem mirqum li juża Muscat AzobbardiAzzopardi f’dan id-diskors li deher fil-gazzetta ''Malta'' tat-22 t’April 1907:
 
''"Surmast, jien qiegħed noffrilek dawn il-[[fjuri]] mhux għax jien Qormi, għax int ħabib tiegħi jew għax int alliev ta’ Vassallo, dak li qiegħed iżid ikabbar dejjem il-ġieħ ta’ Malta Artistika; lanqas għax jien il-President ta’ din il-Banda popolari Qormija jew għax jien rappreżentant ta’ din il-Belt Pinto tagħna fil-[[Kunsill Popolari]] u wisq inqas għax jien l-awtur ta’ dawn il-[[versi]] ta’ l-Innu; le, iżda, biss noffrihomlok f’ismi, f’isem il-Banda u f’isem il-Qormin kollha dilettanti tas-sabiħa arti tal-mużika għal dak il-kbir ġenju tiegħek li bih għaraft tlibbes dawn il-versi tiegħi b’mużika tant sabiħa, ħelwa u deskrittiva tinħass ħierġa ħafifa ħafifa minn dak il-ġenju li l-Providenza għoġobha tagħnik bih."''
 
 
== Muscat Azobbardi bħala rumanzier ==
Utent anonimu