Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Franġisku"

3 704 bytes miżjuda ,  sena ilu
 
Fit-18 ta' Ottubru, Papa Franġisku iddikjara qaddisin lil Louis Martin u Marie-Azélie Guérin (1823–1894 u 1831–1877, rispettivament), il-ġenituri ta' Santa Tereża ta' Lisieux. 
 
=== Fl-2016 ===
Fit-12 ta' Frar, Papa Franġisku u l-Patrijarka Kirill ta' Moska iffirmaw dikjarazzjoni ekumenika f'Kuba, f'laqgħa storika bla ebda preċedent.
 
Fis-16 ta' Frar, Papa Franġisku ikkritika indirettament lil Donald Trump meta qal li "Persuna li ħsiebha biss biex tibni l-ħitan, ikunu fejn ikunu, u mhux biex tibni l-pontijiet, mhijiex Nisranija. Dan mhuwiex il-Vanġelu."
 
Fit-8 ta' April, ħareġ l-eżortazzjoni appostolika ''Amoris Laetitia'' (Il-Ferħ tal-Imħabba) wara s-Sinodu li kien sar dwar il-Familja.
 
Fit-12 ta' Mejju, qabel li titwaqqaf kummissjoni biex tistudja jekk in-nisa jistgħux isiru djakni. Fit-2 ta' Awwissu nħatret il-Kummissjoni.
 
Fid-29 ta' Mejju, qal li mhux ir-refuġjati huma periklu, imma r-refuġjati qegħdin fil-periklu.
 
Fl-4 ta' Ġunju, daħħal proċeduri ġodda biex isqfijiet li ma jitrattawx sew każijiet ta' abbużi sesswali jitkeċċew.
 
Fl-14 ta' Ġunju, qal lill-qassisin li jekk mhumiex lesti jilqgħu lil kulħadd jistgħu jagħlqu l-parroċċi.
 
Fil-11 ta' Awwissu, kiel mar-rifuġjati Sirjani fil-Vatikan li ġabhom miegħu mill-Greċja. Tlett ijiem wara, ta ġurnata baħar u pizza lil numru ta' nies bla dar f'Ruma.
 
Fl-4 ta' Settembru, iddikjara qaddisa lil Madre Tereża ta' Kalkutta.
 
Fl-14 ta' Novembru, erba' Kardinali konservattivi urew in-nuqqas ta' qbil tagħhom fil-miftuħ mal-Papa rigward id-dokument li ħareġ fuq il-familja.
 
=== Fl-2017 ===
Fil-5 ta' Frar, dehru posters f’Ruma li jikkritikaw lil Papa Franġisku għal mod kif jitratta lill-konservattivi fi ħdan il-Knisja Kattolika.
 
Fit-23 ta' Frar, il-Papa qal li aħjar tkun ateu milli Nisrani ipokrita.
 
Fl-20 ta' Marzu, talab maħfra għall-ħtijiet tal-Knisja fil-ġenoċidju tar-Ruwanda tal-1994.
 
Fit-30 ta' Marzu, il-Vatikan talab lill-President Amerikan jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu rigward il-bidla fil-klima.
 
Fid-29 ta' April, il-Papa qal li għandu jidħol it-tielet pajjiż, bħan-Norveġja, fid-disputa bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq biex tkun evitata gwerra nukleari devastanti.
 
Fl-24 ta' Mejju, il-Papa appella lill-President Trump biex iġib il-paċi, f’laqgħa miegħu fil-Vatikan.
 
Fil-11 ta' Ottubru, qal li l-piena tal-mewt hija kontra l-Vanġelu.
 
Fil-15 ta' Ottubru, iddikjara 35 qaddis ġdid fosthom 3 itfal indiġeni maqtula fil-Messiku tas-seklu 16 meqjusa l-ewwel martri tad-Dinja l-Ġdida.
 
Fis-27 ta' Ottubru, il-ġurnal ''The Guardian'' jgħid li hemm numru ta’ kardinali konservattivi li jobogħdu lil Papa Franġisku.
 
Fil-21 ta' Diċembru, Papa Franġisku f’diskors iebes lill-Kurja Rumana qal li r-riforma hija waħda diffiċli ħafna u li fil-Kurja, barra persuni qaddisin, hemm it-tradituri u min japprofitta ruħu.
 
== Vjaġġi appostoliċi ==
Fl-24 ta' Ġunju, huwa żar l-Armenja fejn ikkundanna l-Ġenoċidju Armen mit-Torok li seħħ mill-1915 sal-1917.
 
Fis-27 ta' Lulju, beda żjara ta' ħamest ijiem fil-Polonja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016. Isir it-tielet Papa li jżur il-kamp ta' konċentrament ta' Auschwitz fejn in-Nażisti kienu qatlu miljun ruħ, ħafna minnhom Lhud.
 
Fl-1 ta' Ottubru l-Ortodossi ma aċċettawx stedina biex jieħdu sehem f'quddiesa mal-Papa fil-Ġorġja. L-għada, żar moskea f'Ażerbajġan, pajjiż kważi kollu Iżlamiku, u appella lill-mexxejja tar-reliġjonijiet ma jużawx l-isem ta' Alla biex jiġġustifikaw il-fundamentaliżmu.
 
Fl-4 ta' Ottubru, għamel żjara mhux mistennija f'Amatrice, iż-żona fl-Italja milquta mit-terremot ftit ġimgħat qabel.
 
=== Vjaġġi tal-2017 ===
Fit-28 ta' April, żar l-Eġittu bħala “messaġġier tal-paċi”, u ltaqa’ mal-mexxejja Musulmani u tal-Ortodossi Kopti.
 
Fit-12 ta' Mejju, żar il-Portugall fiċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentinarju tad-dehriet tal-Madonna f’Fatima u jiddikjara qaddisin lill-aħwa Franġiku u Ġjaċinta Marto.
 
Fis-6 ta' Settembru, għamel vjaġġ fil-Kolumbja u iddikjara beati isqof u saċerdot maqtula.
 
== Malta ==
Fil-21 ta' Marzu 2014, il-President [[George Abela]] kellu udjenza privata mal-Papa, qabel ma Abela temm il-presidenza tiegħu. Huwa stiednu jagħmel żjara f'Malta, u l-Papa kkunsidra l-possibiltà.
 
Fit-22 ta' Settembru 2014, il-President [[Marie Louise Coleiro Preca]] kellha udjenza privata mal-Papa, u reġgħet stidnitu jagħmel żjara f'Malta. HuwaFis-17 maħsubta' liDiċembru jiġi2016 Maltażaritu flgħat-2016tieni darba.
 
== Ħajja personali ==
481

modifiki