Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Ġużè Muscat Azzopardi"

l-ebda taqsira
''"Surmast, jien qiegħed noffrilek dawn il-[[fjuri]] mhux għax jien Qormi, għax int ħabib tiegħi jew għax int alliev ta’ Vassallo, dak li qiegħed iżid ikabbar dejjem il-ġieħ ta’ Malta Artistika; lanqas għax jien il-President ta’ din il-Banda popolari Qormija jew għax jien rappreżentant ta’ din il-Belt Pinto tagħna fil-[[Kunsill Popolari]] u wisq inqas għax jien l-awtur ta’ dawn il-[[versi]] ta’ l-Innu; le, iżda, biss noffrihomlok f’ismi, f’isem il-Banda u f’isem il-Qormin kollha dilettanti tas-sabiħa arti tal-mużika għal dak il-kbir ġenju tiegħek li bih għaraft tlibbes dawn il-versi tiegħi b’mużika tant sabiħa, ħelwa u deskrittiva tinħass ħierġa ħafifa ħafifa minn dak il-ġenju li l-Providenza għoġobha tagħnik bih."''
 
== Muscat Azzopardi bħala rumanzier. ==
Huwa spikka bħala rumanzier. Fir-rumanzi storiċi tiegħu ''Toni Bajjada'' (1878), ''Mattew Callus'' (1878), ''Vicu Mason'' (1881), ''Susanna'' (1883), ''Ċejlu Tonna'' (1886), ''Ċensu Barbara'' (1893) u ''Nazju Ellul'' (1909), l-imgħoddi jiġi użat għal l-applikazzjoni universali tiegħu. B’mod romantiku l-istorja issir indikazzjoni tal-ġejjieni u r-rumanzier iħallat valuri nazzjonalistiċi ma’ l-istorja vvintata. It-tagħqid ta’ l-istorja (li teħtieġ tiftix) u l-finzjoni (li teħtieġ immaġinazzjoni) tfittex li tgħallem u fl-istess ħin tiddeverti. Hu jimla il-proża tiegħu bl-istorja u narrazzjoni diretta hekk kif l-istejjer tiegħu huma bbażati fuq azzjoni, deskrizzjoni, eżortazzjoni u istruzzjoni espliċita. Filwaqt li l-karattri mhumiex żviluppati psikoloġikament, il-qarrej jifhem il-karattru b’dak li jagħmel u mhux minħabba xi personalità żviluppata.
 
Ħ== Muscat Azzopardi bħala poeta ==
Muscat Azzopardi kien ukoll poeta mirqum li esperimenta fil-flessibilita tal-[[Malti]] bħala mezz ta’ espressjoni poetika. Ħafna mill-poeżiji tiegħu jinstabu f’''Ġabra ta’ Poeżiji bit-Taljan u bil-Malti'' (1876), ''Ħamsin poeżija bil-Malti'' (1890) u ''Ġabra sħiħa ta’ Sunetti bi Studju fuqhom tal-Kittieb Innifsu'' (1956). Il-poeżija tiegħu ħadet ħafna elementi validi mill-ambjent ta’ madwaru u l-interpretazzjoni soċjali li ppreżentat kienet kemm il-darba t’ispirazzjoni għal poeti oħrajn. Minħabba s-sens estetiku tiegħu qatt ma nesa’ il-missjoni tiegħu ta’ edukatur letterarju u anke l-poeżija tiegħu ħafna drabi hija didattika.
 
Utent anonimu