Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Gżejjer Faroe"

m
Robot: af:Faroëreilande is a featured article; kosmetiċi bidliet
m (Robot: af:Faroëreilande is a featured article; kosmetiċi bidliet)
|titlu_kap1 = [[Monarkija tal-Gżejjer Faroe|Monarka]]
|titlu_kap2 = [[Lista ta' Kummissarji Għolja Daniżi fil-Gżejjer Faroe|Kummissarju Għoli]]
|titlu_kap3 = [[Prim Ministru tal-Gżejjer Faroe | Prim Ministru]]
|isem_kap1 = [[Margrethe II tad-Danimarka|Margrethe II]]
|isem_kap2 = [[Dan M. Knudsen]]
Matul is-snin, il-poplu Faroiż ħa kontroll tal-kwistjonijiet domestiċi. Dawk l-oqsma li baqgħu kkonsidrati bħala r-responsabbilità tad-Danimarka huma: id-[[difiża militari]], il-[[pulizija]], il-[[gustizzja]] u l-ministeru tal-affarijiet barranin. Il-Gżejjer Faroe għandhom ukoll, ir-rappreżentanti tagħhom fil-[[Kunsill Nordiku]], bħala membri tad-delegazzjoni Daniża. Il-gżejjer kienu assoċjati u ntaxxati min-Norveġja, mill-[[Unjoni ta' Kalmar]] u mid-[[Danimarka-Norveġja]] sal-1814, meta n-Norveġja kienet unità mal-[[Żvezja|Iżvezja]]. L-[[Skandinavja|Iskandinavja]] kienet għaddejja minn taqlib politiku, segwit mis-[[Sitt Koalizzjoni]] fil-[[Gwerer Napoleoniċi]], meta t-[[Trattat ta' Kiel]] iggarantixxa l-kontroll fuq il-Faroe, fuq l-Iżlanda u l-[[Groenlandja]] mid-Danimarka fl-1814. Il-monopolju Daniż intemm fl-1856.
 
== Annimali ==
 
L-annimali domestiċi tal-Gżejjer Faroe huma r-riżultat tal-1,200 sena ta' tgħammir iżolanti. Bħala riżultat, ħafna mill-annimali domestiċi li jinsabu fuq il-gżejjer huma uniċi, għalhekk ma ssibhomx fi bnadi oħra fid-dinja. It-tgħammir domestiku ta' dawn il-gżejjer jinkludi: Il-[[poni Faroiż]], il-[[baqra Faroiża]], in-[[nagħġa Faroiża]], il-[[wiżż Faroiż]] u l-papra Faroiża, li għandhom dehra pjuttost differenti mill-kumplament tal-ispeċi l-oħra preżenti fid-dinja.
Is-[[Siġilli griżi]] (Halichoerus grypus) huma komuni madwar ix-xtut tal-Gżejjer Faroe. Bosta speċi ta' [[ċetaċej]] jgħixu fl-ilmijiet ta' madwar il-gżejjer. Magħrufin l-aktar bħala l-[[Baleni piloti tal-pinen twal]] (Globicephala melaena), għadhom jiġu kkaċjati min-nies tal-gżira sal-lum il-ġurnata skont it-tradizzjoni twila tal-lokal. Kultant il-[[Baleni qattiela]] (Orcinus orca) jżuru l-[[fjordi]] tal-gżejjer tal-Faroe, però dan huwa avveniment rarissimu.<ref>[http://earthfirst.com/pilot-whales-brutally-slaughtered-annually-in-the-faroe-islands/] ''Earth First website''</ref>
 
== Kultura ==
 
L-għeruq tal-kultura tal-Gżejjer Faroe huma imposti fil-kultura [[Pajjiżi Nordiċi|Nordika]]. Il-Gżejjer Faroe kienu f'iżolament totali matul bosta żminijiet mill-fażijiet tal-kultura prinċipali u mill-movimenti storiċi li ġraw fi ħdan l-Ewropa. Dan ifisser, li huma żammew parti kbira mill-kultura tradizzjonali tagħhom. Il-lingwa mitkelma hija l-[[Lingwa Faroiża|Faroiż]], waħda mill-[[lingwi Skandinavi]] insulari li huwa mnissel mill-ilsien arkajk tan-Norveġiżi, mitkellem fl-Iskandinavja matul il-[[Perjodu tal-Vikingi]], l-oħrajn ikunu: l-[[Lingwa Iżlandiża|Iżlandiż]] u l-lingwa estinta, [[Lingwa Norn|Norn]], lingwa li hija maħsuba li kienet kompletament intelliġibli mill-poplu Faroiż. Sas-seklu 15, il-lingwa Faroiża kienet tinkiteb b'ortografija li kienet simili għal dik Iżlandiża u [[Lingwa Norveġiża|Norveġiża]], però wara r-riforma tal-1538, il-mexxejja [[Danimarka|Daniżi]] eskludew din il-forma ta' kitba mill-iskejjel, mill-knejjes u mid-dokumenti uffiċjali. Għalkemm din it-tradizzjoni mitkellma salvat għal 300 sena l-lingwa ma kinitx tinkiteb. Dan ifisser li l-poeżiji u l-istejjer kienu jiġu mgħoddija oralment. Dawn ix-xogħlijiet kienu maqsuma fid-diviżjonijiet segwenti: ævintýr (Stejjer) u f'[[kvæði]] (ballids), fejn ta' sikwit, hija stabbilità l-mużika u ż-żfin [[Medju Evu|medjevali]]. Eventwalment dawn ix-xogħlijiet letterarji nkitbu fis-seklu dsatax.
 
== Trasport ==
 
Minħabba l-art ġeblija u d-daqs relattivament żgħir tal-Gżejjer Faroe, is-sistema tat-trasport ma kinitx estensiva bħalma kienet f'postijiet oħra fid-dinja. Però issa, is-sitwazzjoni nbidlet u l-[[infrastruttura]] ġiet żviluppata estensivament sabiex tkun tista' taqdi 'l poplu Faroiż bl-aħjar mod possibbli. Xi 80% tal-popolazzjoni tal-gżejjer hija konnessa permezz ta' [[Lista ta 'mini tal-Gżejjer Faroe|mini li jgħaddu minn ġol-muntanji u minn bejn il-gżejjer]], permezz ta' diversi pontijiet u trejqiet li jgħaqqdu l-gżejjer il-kbar mat-tlett igżejjer kbar tal-Grigal flimkien, filwaqt li jgħaqqdu ż-zewġt igżejjer il-kbar l-oħra tan-nofsinhar taż-żona prinċipali b'[[vapur|vapuri]]i ġodda. Dawn il-gżejjer jipposjedu toroq eċċellenti li jwassluk lejn kull villaġġ mibni fuq din il-gżira, però dawn it-toroq ma jwasslux lejn is-sebat igżejjer żgħar, li fuq sitta minnhom hemm villaġġ wieħed.
 
[[FileStampa:Faroes030417-nasa(2).jpg|thumb|Il-mappa tal-Gżejjer Faroe]]
 
== Ġeografija ==
 
Il-Gżejjer Faroe jifformaw arċipelagu li jikkonsisti minn tmintax-il gżira maġġuri, madwar 655 kilometru 'l bogħod mill-kosta tal-[[Ewropa ta' Fuq]], bejn il-[[Baħar Norveġiż]] u l-[[Oċean Atlantiku|Oċean Atlantiku tat-Tramuntana]], xi nofs triq bejn l-[[Iżlanda]] u n-[[Norveġja]], bl-eqreb ġirien ikunu l-[[Gżejjer Skoċċiżi tat-Tramuntana]] u tal-[[Gżejjer Skoċċiżi tal-Punent|Punent]]. Il-ko-ordinati tal-Gżejjer Faroe huma {{coord|62|00|N|06|47|W|}}. Il-Gżejjer ikopru żona ta' 1,399 kilometru u m'għandhom l-ebda lagi jew xmajjar maġġuri.<ref name="CIA Factbook"/> Il-kosta hija ta' 1,170 kilometru u l-unika gżira sinifikanti, li hija diżbitata hija [[Lítla Dímun]]. Il-gżejjer huma robusti u ġeblija ma' xi qċaċet baxxi; il-kosti huma fil-maġġor parti tagħhom irdum. L-ogħla punt ġeografiku ta' din il-gżira huwa [[Slættaratindur]], li jinsab madwar 882 metru (2,894 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar.
 
=== Id-Distanzi tal-eqreb Pajjiżi u Gżejjer ===
* [[Rona tat-Tramuntana]], Skozja (Diżabitata): {260 kilometru}
* [[Shetland]] ([[Foula]]) (Skozja): {285 kilometru}
* [[Orkney]] ([[Westray]]) (Skozja): {300 kilometru}
* L-art prinċipali-[[Skozja]]: {320 kilometru}
* [[Iżlanda]]: {450 kilomtru}
* [[Irlanda]]: {670 kilometru}
* [[Norveġja]]: {670 kilometru}
* [[Danimarka]]: {990 kilometru}
 
[[FileStampa:Faroe Islands, Eysturoy, Funningsfjørður (fjord) in October.jpg|thumb|Il-Gżejjer Faroe, f'Eysturoy, Funningsfjørður (fjord) f' Ottubru]]
 
== Klima ==
 
Il-klima ta' dawn il-gżejjer hija kkaratterizzata bħala waħda Sotto-Artika, skont il-[[klassifikazzjoni tal-klima Köppen]]. Il-karattru ġenerali tal-klima tal-gżejjer huwa influwenzat mill-qawwa sħuna tal-oċean Atlantiku, li tipproduċi l-[[Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana]]. Dan, flimkien mal-moviment kontinwu ta' kwalunkwe sors ta' arja sħuna, jassigura l-moderazzjoni tax-xtiewi (b'temperatura medja ta' 3.0 sa 4.0 gradi jew 37 sa 39&nbsp;°F), filwaqt li s-sjuf huma bierda (b'temperatura medja ta' 9.5 sa 10.5 &nbsp;°C jew 49 sa 51&nbsp;°F. Matul is-sena, il-gżejjer ikunu bir-riħ, bis-sħab u kesħin, b'madwar 260 jum ta' xita annwali. Il-gżejjer jinsabu fil-passaġġ ta' dippressjonijiet, li jiċċaqilqu lejn il-Grigal, u għalhekk dan ifisser li rwiefen qawwija u xita qalila huma possibbli f'kull żmien matul is-sena. Ġranet bix-xemx huma rari iżda jingħad li l-ġranet imċajpra u mudlama huma komuni. L-[[Urugan Faith]] ħabat għall-Gżejjer Faroe fil-5 ta' Settembru tal-1966, b'irwiefen li jsostnu madwar il-100 mil kull siegħa(mph), u minn hemm faqqgħet maltempata li waqqfet il-ħidma tas-sistema tropikali. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meteoroloġika tal-Gżejjer Faroe bdiet fl-1867.<ref>http://rdgs.dk/djg/pdfs/101/1/06.pdf Plant production on a Faeroese farm 1813-1892, related to climatic fluctuations {{en}}</ref>
 
== Festi Pubbliċi ==
 
<div style="-moz-column-count:3; column-count:3;">
* [[L-Ewwel tas-sena]], 1 ta' Jannar.
* [[Maundy il-Ħamis]]
* [[Il-Ġimgħa l-kbira]]
* [[L-Għid il-kbir]]
* [[L-Għid ta' nhar it-Tnejn]]
* [[Jum il-bandiera]], 25 ta' April.
* [[Jum l-aċċessjoni]]
* [[Jum il-kostituzzjoni]], 5 ta' Ġunju (Vaganza ta' nofs jum).
* [[Ólavsøka|Lejlet Sant.Olav]], 28 ta' Lulju (Vaganza ta' nofs jum).
* [[Ólavsøka|Jum Sant.Olav]], 29 ta' Lulju (Jum nazzjonali).
* [[Lejlet il-Milied]], 24 ta' Diċembru.
* [[Milied|Il-Milied]], 25 ta' Diċembru.
* [[Jum il-Boksing]], 26 ta' Diċembru.
* [[Lejlet l-ewwel tas-sena]], 31 ta' Diċembru (Vaganza ta' nofs jum).
</div>
 
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
 
 
; Gvern
* [http://www.tinganes.fo/Default.asp?I=1 Uffiċċju tal-Prim Ministru] (sit uffiċjali).
* [http://www.flb.fo/ Librerija Nazzjonali tal-Gżejjer Faroe]
 
; Informazzjoni ġenerali
* [http://ucblibraries.colorado.edu/govpubs/for/faroeislands.htm Gżejjer Faroe] fuq ''UCB Libraries GovPubs''.
 
; Turiżmu
* [http://www.visitfaroeislands.com/ Żur il-Gżejjer Faroe] (sit tat-turisti uffiċjali).
* [http://www.faroeislands.com Gwida turistika tal-Gżejjer Faroe]
* [http://www.faroeislandsphoto.com Ritratti mill-Gżejjer Faroe minn diversi fotografiċi]
* [http://replevin.smugmug.com/gallery/1698539 Gallerija ta' ritratti tal-Gżejjer Faroe]
* [http://Nlh.fo/ Dar Nordika] (sit uffiċjali).
* [http://phototravels.net/faroe-islands/ Ritratti tal-Gżejjer Faroe]
 
; Oħrajn
* [http://www.vifanord.de/index.php?id=1&L=1&rd=243343734 vifanord], librerija diġitali li tipprovdi informazzjoni xjentifika dwar il-pajjiżi u żoni Nordiċi u Baltiċi.
* [http://www.foraminifera.eu/faroe.html Faroe Foraminifera], gallerija ta' ritratti (bid-deskrizzjonijiet) ta' 56 kampjuni tal-fawna tal-baħar fond mill-Gżejjer Faroe.
 
{{Kunsill Nordiku}}
[[Kategorija:Gżejjer Faroe]]
[[Kategorija:Pajjiżi gżejjer]]
 
{{Link FA|af}}
11 976

modifiki