Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Gżejjer Faroe"

2 bytes miżjuda ,  6 snin ilu
l-ebda taqsira
Il-'''Gżejjer Faroe''' ([[Lingwa Faroiża|Faroiż]]:''Føroyar'') huma grupp ta' [[gżira|gżejjer]] u [[arċipelagu]] li qegħdin taħt is-sovranità tar-[[Danimarka|Renju Daniż]], huma jinsabu bejn il-[[Baħar Norveġiż]] u l-[[Oċean Atlantiku]] tat-tramuntana, kważi nofs triq bejn in-[[Norveġja]] u l-[[Iżlanda]]. Iż-żona totali ta' dawn il-gżejjer hija, bejn wieħed u ieħor ta'1,400 kilometru kwadru, b'popolazzjoni li tammonta għal madwar 50,000 ruħ skont iċ-ċensiment li sar fl-2010. Il-Gżejjer Faroe huma awtonomi, voldieri huwa stat li jmexxi lilu nnifsu mingħajr ma jindaħallu stat ieħor fl-affarijiet interni, u dawn il-gżejjer ilhom taħt id-Danimarka sa mill-1948.
 
Matul is-snin, il-poplu Faroiż ħa kontroll tal-kwistjonijiet domestiċi. Dawk l-oqsma li baqgħu kkonsidrati bħala r-responsabbilità tad-Danimarka huma: id-[[difiża militari]], il-[[pulizija]], il-[[gustizzja]] u l-ministeru tal-affarijiet barranin. Il-Gżejjer Faroe għandhom ukoll, ir-rappreżentanti tagħhom fil-[[Kunsill Nordiku]], bħala membri tad-delegazzjoni Daniża. Il-gżejjer kienu assoċjati u ntaxxati min-Norveġja, mill-[[Unjoni ta' Kalmar]] u mid-[[Danimarka-Norveġja]] sal-1814, meta n-Norveġja kienet unitaunità mal-[[Żvezja|Iżvezja]]. L-[[Skandinavja|Iskandinavja]] kienet għaddejja minn taqlib politiku, segwit mis-[[Sitt Koalizzjoni]] fil-[[Gwerer Napoleoniċi]], meta t-[[Trattat ta' Kiel]] iggarantixxa l-kontroll fuq il-Faroe, fuq l-Iżlanda u l-[[Groenlandja]] mid-Danimarka fl-1814. Il-monopolju Daniż intemm fl-1856.
 
==Annimali==
==Kultura==
 
L-għeruq tal-kultura tal-Gżejjer Faroe huma imposti fil-kultura [[Pajjiżi Nordiċi|Nordika]]. Il-Gżejjer Faroe kienu f'iżolament totali matul bosta żminijiet mill-fażijiet tal-kultura prinċipali u mill-movimenti storiċi li ġraw fi ħdan l-Ewropa. Dan ifisser, li huma żammew parti kbira mill-kultura tradizzjonali tagħhom. Il-lingwa mitkelma hija l-[[Lingwa Faroiża|Faroiż]], waħda mill-[[lingwi Skandinavi]] insulari li huwa mnissel mill-ilsien arkajk tan-Norveġiżi, mitkellem fl-Iskandinavja matul il-[[Perjodu tal-Vikingi]], l-oħrajn ikunu: l-[[Lingwa Iżlandiża|Iżlandiż]] u l-lingwa estinta, [[Lingwa Norn|Norn]], lingwa li hija maħsuba li kienet kompletament intelliġibli mill-poplu Faroiż. Sas-seklu 15, il-lingwa Faroiża kienet tinkiteb b'ortografija li kienet simili għal dik Iżlandiża u [[Lingwa Norveġiża|Norveġiża]], però wara r-riforma tal-1538, il-mexxejja [[Danimarka|Daniżi]] eskludew din il-forma ta' kitba mill-iskejjel, mill-knejjes u mid-dokumenti uffiċjali. Għalkemm din it-tradizzjoni mitkellma salvat għal 300 sena l-lingwa ma kinitx tinkiteb. Dan ifisser li l-poeżiji u l-istejjer kienu jiġu mgħoddija oralment. Dawn ix-xogħlijiet kienu maqsuma fid-diviżjonijiet segwenti: ævintýr (Stejjer) u f'[[kvæði]] (ballids), fejn ta' sikwit, hija stabbilitastabbilità l-mużika u ż-żfin [[Medju Evu|medjevali]]. Eventwalment dawn ix-xogħlijiet letterarji nkitbu fis-seklu dsatax.
 
==Trasport==
==Klima==
 
Il-klima ta' dawn il-gżejjer hija kkaratterizzata bħala waħda Sotto-Artika, skont il-[[klassifikazzjoni tal-klima Köppen]]. Il-karattru ġenerali tal-klima tal-gżejjer huwa influwenzat mill-qawwa sħuna tal-oċean Atlantiku, li tipproduċi l-[[Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana]]. Dan, flimkien mal-moviment kontinwu ta' kwalunkwe sors ta' arja sħuna, jassigura l-moderazzjoni tax-xtiewi (b'temperatura medja ta' 3.0 sa 4.0 gradi jew 37 sa 39°F), filwaqt li s-sjuf huma bierda (b'temperatura medja ta' 9.5 sa 10.5 °C jew 49 sa 51°F. Matul is-sena, il-gżejjer ikunu bir-riħ, bis-sħab u kesħin, b'madwar 260 jum ta' xita annwali. Il-gżejjer jinsabu fil-passaġġ ta' dippressjonijiet, li jiċċaqilqu lejn il-Grigal, u għalhekk dan ifisser li rwiefen qawwija u xita qalila huma possibbli f'kull żmien matul is-sena. Ġranet bix-xemx huma rari iżda jingħad li l-ġranet imċajpra u mdallmamudlama huma komuni. L-[[Urugan Faith]] ħabat għall-Gżejjer Faroe fil-5 ta' Settembru tal-1966, b'irwiefen li jsostnu madwar il-100 mil kull siegħa(mph), u minn hemm faqqgħet maltempata li waqqfet il-ħidma tas-sistema tropikali. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meteoroloġika tal-Gżejjer Faroe bdiet fl-1867.<ref>http://rdgs.dk/djg/pdfs/101/1/06.pdf Plant production on a Faeroese farm 1813-1892, related to climatic fluctuations {{en}}</ref>
 
==Festi Pubbliċi==
271

modifiki