Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Gżejjer Faroe"

==Klima==
 
Il-klima ta' dawn il-gżejjer hija kkaratterizzata bħala waħda Sotto-Artika, skont il-klassifikazzjoni tal-klima Köppen. Il-karattru ġenerali tal-klima tal-gżejjer huwa influwenzat mill-qawwa sħuna tal-oċean Atlantiku, li tipproduċi l-kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana. Dan, flimkien mal-moviment kontinwu ta' kwalunkwe sors ta' arja sħuna, jassigura l-moderazzjoni tax-xtiewi (b'temperatura medja ta' 3.0 sa 4.0 gradi jew 37 sa 39°F), filwaqt li s-sjuf huma bierda (b'temperatura medja ta' 9.5 sa 10.5 °C jew 49 sa 51°F. Matul is-sena, il-gżejjer ikunu bir-riħ, bis-sħab u kesħin, b'madwar 260 jum ta' xita annwali. Il-gżejjer jinsabu fil-passaġġ ta' dippressjonijiet, li jiċċaqilqu lejn il-Grigal, u għalhekk dan ifisser li rwiefen qawwija u xita qalila huma possibbli f'kull żmien matul is-sena. Ġranet bix-xemx huma rari iżda jingħad li l-ġranet imċajpra u mdallma huma komuni. L-Urugan 'Faith' ħabat għall-Gżejjer Faroe fil-5 ta' Settembru tal-1966, b'irwiefen li jsostnu madwar il-100 mil kull siegħa(mph), u minn hemm faqqgħet maltempata li waqqfet il-ħidma tas-sistema tropikali. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meteoroloġika tal-Gżejjer Faroe bdiet fl-1867.
 
==Festi Pubbliċi==
271

modifiki