Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Gżejjer Faroe"

1 137 bytes miżjuda ,  6 snin ilu
l-ebda taqsira
==Kultura==
 
L-għeruq tal-kultura tal-gżejjer tal-Faroe għandha l-għeruq tagħha imposti fil-kultura Nordika. Il-gżejjer tal-Faroe kienu f'iżolament totali matul bosta żminijiet mill-fażijiet tal-kultura prinċipali u mill-movimenti storiċi li ġraw fi ħdan l-Ewropa. Dan ifisser, li huma żammew parti kbira mill-kultura tradizzjonali tagħhom. L-ilsien mitkellem huwa l-Farsi, wieħed mill-ilsna Skandinivi insulari li huwa mnissel mill-ilsien arkajk tan-NorsiNorveġiżi, mitkellem fl-Iskandinavja matul il-perjodu tal-Vikingi, l-oħrajn ikunu: l-Iżlandiż u l-ilsien estint, Nom, lsien li huwa maħsub li kien kompletament intelliġibli mill-poplu Faroiż. Sas-seklu 15, l-ilsien Faroiż kien jinkiteb b'ortografija li kienet simili għal dik Iżlandiża u Norveġiża, però wara r-riforma tal-1538, il-mexxejja Daniżi eskludew din il-forma ta' kitba mill-iskejjel, mill-knejjes u mid-dokumenti uffiċjali. Għalkemm din it-tradizzjoni mitkellma salvat għal 300 sena l-lingwa ma kinitx tinkiteb. Dan ifisser li l-poeżiji u l-istejjer kienu jiġu mgħoddija oralment. Dawn ix-xogħolijiet kienu maqsuma fid-diviżjonijiet segwenti: ævintýr (Stejjer) u f'kvæði (ballids), fejn ta' sikwit, hija stabbilita l-mużika u ż-żfin tal-medju-evu. Eventwalment dawn ix-xogħolijiet letterarji nkitbu fis-seklu dsatax.
 
==Trasport==
 
Minħabba l-art ġeblija u d-daqs relattivament żgħira tal-gżejjer tal-Faroe, is-sistema tat-trasport ma kinitx estensiva bħalma kienet f'postijiet oħra fid-dinja. Però issa, is-sitwazzjoni nbidlet u l-infrastruttura ġiet żviluppata estensivament sabiex tkun tista' taqdi 'l poplu Faroiżi bl-aħjar mod possibbli. Xi 80% tal-popolazzjoni tal-gżejjer hija konnessa permezz ta' mini li jgħaddu minn ġol-muntanji u minn bejn il-gżejjer, permezz ta' diversi pontijiet u trejqiet li jgħaqqdu l-gżejjer il-kbar mat-tlett igżejjer kbar tal-Grigal flimkien, filwaqt li jgħaqqdu ż-zewġt igżejjer il-kbar l-oħra tan-nofsinhar taż-żona prinċipali b'vapuri ġodda. Dawn il-gżejjer jipposjedu toroq eċċellenti li jwassluk lejn kull villaġġ mibni fuq din il-gżira, però dawn it-toroq ma jwasslux lejn is-sebat igżejjer żgħar, li fuq sitta minnhom hemm villaġġ wieħed.
 
[[File:Faroes030417-nasa(2).jpg|thumb|Il-mappa tal-gżejjer tal-Faroe]]
==Ġeografija==
 
*[[Danimarka]]: {990 kilometru}
 
[[File:Faroe Islands, Eysturoy, Funningsfjørður (fjord) in October.jpg|thumb|Il-gżejjer tal-Faroe, f'Eysturoy, Funningsfjørður (fjord) f' Ottubru]]
==Klima==
 
271

modifiki