Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Gżejjer Faroe"

2 377 bytes miżjuda ,  6 snin ilu
l-ebda taqsira
(Paġna ġdida: ==Il-Gżejjer tal-Faroe== Il-gżejjer tal-Faroe huma grupp ta' gżejjer u arċipelagu li qegħdin taħt is-sovranità tar-renju Daniż, huma jinsabu bejn il-baħar Norveġiż u l-...)
 
Matul is-snin, il-poplu tal-Faroe ħa kontroll tal-kwistjonijiet domestiċi. Dawk l-oqsma li baqgħu kkonsidrati bħala r-responsabbilità tad-Danimarka huma: id-difiża militari, il-pulizija, il-gustizzja u l-ministeru tal-affarijiet barranin. Il-gżejjer tal-Faroe għandhom ukoll, ir-rappreżentanti tagħhom fil-kunsill Nordiku, bħala membri tad-delegazzjoni Daniża. Il-gżejjer kienu assoċjati u ntaxxati min-Norveġja, mill-unjoni kalmarja u mid-Danimarka-Norveġja sal-1814, meta n-Norveġja kienet unita mal-Iżvezja. L-Iskandinavja kienet għaddejja minn taqlib politiku, segwit mis-sitt koalizzjoni fil-gwerer Napoleoniċi, meta t-trattat ta' Kiel iggarantixxa l-kontroll fuq il-Faroe, fuq l-Iżlanda u l-Grinlandja mid-Danimarka,fl-1814. Il-monopolju Daniż intemm fl-1856.
 
==Annimali==
 
L-annimali domestiċi tal-gżejjer tal-Faroe huma r-riżultat tal-1,200 sena ta' tgħammir iżolanti. Bħala riżultat, ħafna mill-annimali domestiċi li jinsabu fuq il-gżejjer huma uniċi, għalhekk ma ssibhomx fi bnadi oħra fid-dinja. It-tgħammir domestiku ta' dawn il-gżejjer jinkludi: Il-poni, il-baqra, in-nagħaġ, il-wiżż u l-papra, li għandhom dehra pjuttost differenti mill-kumplament tal-ispeċi l-oħra preżenti fid-dinja.
 
=== -> Il-Mammiferi===
 
Ftit huma l-ispeċijiet ta' Mammiferi terrestjali, li jgħixu fis-salvaġġ tal-gżejjer tal-Faroe, fil-fatt il-Mammiferi ġew introdotti mill-bniedem. Tlieta mill-ispeċijiet ta' din il-gżira jinsabu f'kompetizzjoni bejniethom, dawn huma l-fenek tal-muntanji(Lepus timidus), il-ġurdien kannella(Rattus norvegicus) u l-ġurdien tad-dar(Mus musculus domesticus). Minbarra dawn l-ispeċijiet elenkati, darba waħda kien hemm ir-razza tan-nagħġa domestika, li jsejħula l-Faroes (meħuda mill-emblema ta' dan in-nazzjon), varjetà ta' nagħaġ salvaġġ li rnexxielu jissopravivi fuq Little Dimun sa nofs is-seklu dsatax.
 
L-arkubaleni griżi huma komuni madwar ix-xtut tal-gżejjer tal-Faroe. Bosta speċi ta' ċetaċej jgħixu fl-ilmijiet ta' madwar il-gżejjer. Magħrufin l-aktar bħala l-baleni piloti tal-pinen twal (Long-finned Pilot Whales) (Globicephala melaena), għadhom jiġu kkaċjati min-nies tal-gżira sal-lum il-ġurnata skont it-tradizzjoni twila tal-lokal. Kultant il-Baleni qattiela (killer whales) jżuru l-fjordi tal-gżejjer tal-Foeriżi, però dan huwa avveniment rarissimu.
==Kultura==
 
 
Il-klima ta' dawn il-gżejjer hija kkaratterizzata bħala waħda Sotto-Artika, skont il-klassifikazzjoni tal-klima Köppen. Il-karattru ġenerali tal-klima tal-gżejjer huwa influwenzat mill-qawwa sħuna tal-oċean Atlantiku, li tipproduċi l-kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana Dan, flimkien mal-moviment kontinwu ta' kwalunkwe sors ta' arja sħuna, jassigura l-moderazzjoni tax-xtiewi (b'temperatura medja ta' 3.0 sa 4.0 gradi jew 37 sa 39°F), filwaqt li s-sjuf huma bierda (b'temperatura medja ta' 9.5 sa 10.5 °C jew 49 sa 51°F. Matul is-sena, il-gżejjer ikunu bir-riħ, bis-sħab u kesħin, b'madwar 260 jum ta' xita annwali. Il-gżejjer jinsabu fil-passaġġ ta' dippressjonijiet, li jiċċaqilqu lejn il-Grigal, u għalhekk dan ifisser li rwiefen qawwija u xita qalila huma possibbli f'kull żmien matul is-sena. Ġranet bix-xemx huma rari iżda jingħad li l-ġranet imċajpra u mdallma huma komuni. L-Urugan 'Faith' ħabat għall-gżejjer tal-Faroe fil-5 ta' Settembru tal-1966, b'irwiefen li jsostnu madwar il-100 mil kull siegħa(mph), u minn hemm faqqgħet maltempata li waqqfet il-ħidma tas-sistema tropikali. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meteoroloġika tal-gżejjer tal-Faroe bdiet fl-1867.
 
==Festi Pubbliċi==
 
{{Ara wkoll| Il-festi pubbliċi tad-Danimarka}}
<div style="-moz-column-count:3; column-count:3;">
*[[L-Ewwel tas-sena]], 1 ta' Jannar.
*[[Maundy il-Ħamis]]
*[[Il-Ġimgħa l-kbira]]
*[[L-Għid il-kbir]]
*[[L-Għid ta' nhar it-Tnejn]]
*[[Jum il-bandiera]], 25 ta' April.
*General/Great Prayer Day ([[Store Bededag|Dýri biðidagur]]), 4th Friday after Easter.
*[[Jum l-aċċessjoni]]
*[[Jum il-kostituzzjoni]], 5 ta' Ġunju (Vaganza ta' nofs jum).
*[[Ólavsøka|Lejlet Sant.Olav]], 28 ta' Lulju (Vaganza ta' nofs jum).
*[[Ólavsøka|Jum Sant.Olav]], 29 ta' Lulju (Jum nazzjonali).
*[[Lejlet il-Milied]], 24 ta' Diċembru.
*[[Il-Milied]], 25 ta' Diċembru.
*[[Jum il-Boksing]], 26 ta' Diċembru.
*[[Lejlet l-ewwel tas-sena]], 31 ta' Diċembru (Vaganza ta' nofs jum).
</div>
271

modifiki