Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Gana"

1 644 bytes miżjuda ,  6 snin ilu
l-ebda taqsira
m (Bot: Migrating 185 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q117)
[[Stampa:Flag of Ghana.svg|thumb|200px|Bandiera tal-Gana]]
{{stub|Ġeografija}}
[[Stampa:Ghana on the globe (Cape Verde centered).svg|thumb|200px|Lokalità tal-Gana fuq il-mappa tad-dinja]]
Il-'''Gana''' huwa nazzjon fl-[[Afrika]].
Il-'''Gana''', magħrufa uffiċjalment bħala r-'''Repubblika tal-Gana''', huwa [[stat sovran]] li jinsab fil-[[Golf tal-Ginea]] u l-[[Oċean Atlantiku]] fl-[[Afrika tal-Punent]]. Il-pajjiżi konfini tagħha huma l-[[Kosta tal-Avorju]] fuq il-Punent, [[Burkina Faso]] fit-Tramuntana, it-[[Togo]] fuq il-Lvant u l-Golf tal-Ginea u l-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar.
 
Qabel ma ġiet kolonizzata, fil-Gana kienu jgħixu numru ta' popli fil-biċċa mir-renji [[Akan]]. Stati mhux Akani maħluqa mill-poplu Dagomba kienu jeżistu wkoll. Qabel il-kuntatt mal-Ewropej, il-kummerċ bejn l-Akani u stati oħra Afrikani stagħnew grazzi għar-rikezza tad-deheb tal-Akani. Il-kummerċ mal-istati Ewropej beda mal-kuntatt mal-[[Imperu Portugiż|Portugiżi]] fis-seklu 15. Fl-1874, il-Brittanja kisbet il-kontroll fuq diversi partijiet tal-pajjiż fejn assenjathom l-istatus ta' ''[[Kosta tad-Deheb|Gold Coast]]''. Din kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit fl-1957, biex sar l-ewwel pajjiż [[Afrika]]n li għamel dan.
 
Il-Gana hija t-tieni l-ikbar produttur tal-[[kakaw]], u waħda mill-ikbar produtturi tad-[[deheb]] fid-dinja. Fit-territorju tagħha hemm ukoll il-[[Lag Volta]], l-ikbar lag artifiċjali fid-dinja.
 
== Etimoloġija tal-isem ==
 
It-terminu Gana ifisser "Re Gwerrier" u kien it-titlu mogħti lir-rejiet tal-[[Imperu tal-Gana]], għalkemm dan l-imperu kien iktar fit-Tramuntana minn fejn illum hemm il-pajjiż tal-Gana.
 
== Ħoloq esterni ==
 
* [http://www.ghana.gov.gh/ Sit uffiċjali]
* [http://www.parliament.gh/ Parlament tal-Gana]
 
{{Pajjiżi tal-Commonwealth}}