Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Franġisku"

529 bytes miżjuda ,  6 snin ilu
l-ebda taqsira
m
'''Franġisku''', imwieled bħala '''Jorge Mario Bergoglio''' (bil-[[Lingwa Latina|Latin]]: ''Franciscus''; [[Buenos Aires]], [[17 ta' Diċembru]] [[1936]]) huwa l-266 [[isqof]] ta' [[Ruma]] u l-papa attwali tal-[[Knisja Kattolika]], elett nhar it-13 ta' Marzu 2013. Franġisku huwa l-ewwel Papa [[Ġiżwita]], l-ewwel wieħed mhux mill-Ewropa wara iktar minn millennju, u l-ewwel wieħed mill-kontinent Amerikan. Mill-1998 sal-elezzjoni tiegħu bħala Papa, huwa kien Arċisqof ta' [[Buenos Aires]], fl-[[Arġentina]], u kien inħatar kardinal fl-2001.
 
Bin ħaddiem tal-ferrovija, Mario José, li emigra minn Asti l-Italja ta' għoxrin sena biex ifittex ħajja aħjar u biex jeħles mill-[[Faxxiżmu]], u Regina María mwielda Sívori, mara tad-dar, Ġorġ Marija Bergoglio huwa wieħed minn ħames ulied. Meta kien żgħir kien imur inaddaf ġo fabbrika biex jgħin lill-familja.
 
== Studju ==
 
L-ewwel skola li kien jattendi kienet ''Wilfrid Barón de los Santos Ángeles'', skola Sależjana f'Ramos Mejía, Buenos Aires. Attenda s-sekondarja teknika ''Escuela Nacional de Educación Técnica N° 27 Hipólito Yrigoyen'' u ġab id-diploma ta' tekniku kimiku. Għal xi snin ħadem bħala inġinier kimiku fis-sezzjoni tal-ikel fil-Laboratorju Hickethier-Bachmann.
Studja l-kimika f'żgħożitu u għamel żmien jaħdem bħala inġinier kimiku. Kien ikellem tfajla li kien sar jafha mill-grupp ta' ħbieb li magħhom kien imur jiżfen. Huwa ggradwa mill-Università ta' Buenos Aires u ġab Masters fil-Kimika. Iżda ta' 22 sena wara li kellhom ineħħulu pulmun minħabba infezzjoni, iddeċieda li jidħol is-seminarju f'Villa Devoto u daħal mal-Ġiżwiti, jew is-Soċjetà ta' Ġesù, fil-11 ta' Marzu 1958. Bergoglio gradwa fil-Filosofija mill-''Colegio Maximo San Josè'' f'San Miguel fejn għallem il-letteratura u l-psikoloġija fil-''Colegio de la Immaculada'' f'Santa Fe u l-''Colegio del Salvador'' fi Buenos Aries.
 
Studja l-kimika f'żgħożitu u għamel żmien jaħdem bħala inġinier kimiku. Kien ikellem tfajla li kien sar jafha mill-grupp ta' ħbieb li magħhom kien imur jiżfen. Huwa ggradwa mill-Università ta' Buenos Aires u ġab Masters fil-Kimika. Iżda ta' 22 sena wara li kellhom ineħħulu parti mill-pulmun minħabba infezzjonipnewmonja u tliet ċesti, iddeċieda li jidħol is-seminarju f'Villa Devoto u daħal mal-Ġiżwiti, jew is-Soċjetà ta' Ġesù, fil-11 ta' Marzu 1958. Bergoglio gradwa fil-Filosofija mill-''Colegio Maximo San Josè'' f'San Miguel fejn għallem il-letteratura u l-psikoloġija fil-''Colegio de la Immaculada'' f'Santa Fe u l-''Colegio del Salvador'' fi Buenos Aries.
== Saċerdot ==
 
Nhar it-13 ta' Marzu 2013, fis-7.06 p.m. miċ-ċumnija tas-Sistina ħarġet daħna bajda u siegħa wara tħabbar mil-Loġġa fi Pjazza San Pietru li l-Papa l-Ġdid kien Jorge Bergoglio, li kien l-ewwel Papa li għażel l-isem Franġisku. Għażel dan l-isem f'ġieħ [[San Franġisk t'Assisi]] u f'ġieħ l-imħabba tiegħu lejn il-foqra. Xi kwarta wara l-Papa ġdid ħareġ fil-Loġġa liebes biss il-Libsa bajda mingħajr l-abitu kotali u ebda tiżjin ieħor. Għamel ħin iċċassat lejn il-folla li laqgħetu b'entużjażmu kbir. Fl-ewwel indirizz tiegħu lill-folla huwa sellmilhom b'sempliċi "''buonasera''", u qalilhom li l-kardinali sabuh "mill-aħħar tad-dinja". Huwa talab għal u rringrazzja lill-[[Papa Benedittu XVI|Papa Emeritus Benedittu XVI]]. Qabel ta l-barka lill-poplu l-Papa l-ġdid baxxa rasu u talab hu l-barka mingħand il-poplu.
 
Nhar it-18 ta' Marzu huwa ħatar lill-qassis Malti Alfred Xuereb bħala Segretarju personali tiegħu.
 
=== Reazzjonijiet għall-Ħatra ===
== Ħajja personali ==
 
Barra l-Ispanjol, Papa Franġisku jitkellem tajjeb l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Bħal ħafna Arġentini huwa dilettant tal-futbol u t-tim favorit tiegħu huwa tim żgħir Arġentin jismu San Lorenzo de Almagro. Huwa jħobb iż-żifna tat-tango u kien jiżfinha meta kien żagħżugħ. Dilettant tal-films ta' Tita Merello u tan-neorealiżmu u tal-mużika tradizzjonali tal-Arġentina u l-Urugwaj magħrufa bħala l-milonga.Il-film favorit tiegħu huwa "Babette's Feast", film Daniż tal-1987. Iħobb il-poeżiji tal-poeta Ġermaniż Friedrich Hölderlin. Il-pittura favorita tiegħu hija ''White Crucifixion'' ta' Marc Chagall.
 
Huwa jsajjar għalih innifsu, u filgħaxija jiekol ftit li xejn, daqsxejn tè u frott.
Utent anonimu