Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Franġisku"

455 bytes miżjuda ,  7 snin ilu
Fl-1998 laħaq Arċisqof fl-Arġentina. Fil-21 ta' Frar 2001 Borgoglio nħatar Kardinal mill-[[Papa Ġwanni Pawlu II]]. Bħala kardinal, Bergoglio inħatar f'numru ta' pożizzjonijiet amministrattivi fil-Kurja Rumana u serva bħala membru f'numru ta' Kongregazzjonijiet. Lin-nies tal-Arġentina kien talabhom biex ma jmorrux Ruma biex jiċċelebraw il-ħatra tiegħu ta' Kardinal, iżda minflok jagħtu l-flus lill-fqar. F'Ruma "ffesteġġja" kważi waħdu. Il-bijografija tiegħu fis-Sala Stampa tal-Vatikan kienet l-iqsar waħda, nofs paġna kollox.
 
Bħala kardinal, Bergoglio kien magħruf għall-umiltà u l-impenn tiegħu għall-ġustizzja soċjali. Il-ħajja sempliċi hija xhieda tal-umiltà tiegħu. Huwa kien jgħix f'appartament żgħir minflok fil-Palazz tal-Isqof, kien juża t-trasport pubbliku flok il-karozza bix-xufier tiegħu, u jsajjar l-ikel tiegħu huwa stess. Fl-2001 ssorprenda lill-istaff tal-Isptar Muñiz Hospital ta' Buenos Aires, meta talabhom buqar ilma, u ħasel u bies riġlejn il-morda bl-[[AIDS]] b'sinjal ta' mħabba lejhom, u qal lill-ġurnalisti li "s-soċjetà tinsa lill-foqra u lill-morda". F'Settembru 2012, fi Buenos Aires, Bergoglio ċanfar ukoll lil dawk is-saċerdoti li rrifjutaw li jgħammdu tfal ta’ ''single-mothers'': "Ma nkunux ipokriti. Min jagħmel hekk ikun qed jifred lill-poplu t'Alla mis-salvazzjoni." Huwa ħadem biex jiżdiedu s-servizzi soċjali u l-evanġelizzazzjoni fl-inħawi foqra tal-belt.
 
Bħala Isqof ma qagħadx lura milli jitkellem fuq il-problemi ekonomiċi, soċjali u politiċi li hemm fl-Arġentina. Fl-omeliji u d-diskorsi tiegħu jisħaq li l-bnedmin huma lkoll aħwa u li l-Istat u l-Knisja għandhom jagħmlu kulma jistgħu biex kulħadd iħossu milqugħ, rispettat u aċċettat. Bergoglio qatt ma pprova jaħbi l-impatt politiku u soċjali tal-messaġġ tal-Vanġelu f'pajjiż li kien qed jipprova jqum minn kriżi ekonomika gravi.
 
== Konklavi tal-2005 ==
Utent anonimu