Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Franġisku"

1 587 bytes miżjuda ,  7 snin ilu
l-ebda taqsira
'''Franġisku''', imwieled bħala '''Jorge Mario Bergoglio''' (bil-[[Lingwa Latina|Latin]]: ''Franciscus''; [[Buenos Aires]], [[17 ta' Diċembru]] [[1936]]) huwa l-266 [[isqof]] ta' [[Ruma]] u l-papa attwali tal-[[Knisja Kattolika]], elett nhar it-13 ta' Marzu 2013. Franġisku huwa l-ewwel Papa [[Ġiżwita]], l-ewwel wieħed mhux mill-Ewropa wara iktar minn millennju, u l-ewwel wieħed mill-kontinent Amerikan. Mill-1998 sal-elezzjoni tiegħu bħala Papa, huwa kien Arċisqof ta' [[Buenos Aires]], fl-[[Arġentina]], u kien inħatar kardinal fl-2001.
 
Bin ħaddiem tal-ferrovija, Mario José, li emigra millminn Asti l-Italja ta' għoxrin sena biex ifittex ħajja aħjar, u Regina María mwielda Sívori, mara tad-dar, Ġorġ Marija Bergoglio huwa wieħed minn ħames ulied. Meta kien żgħir kien imur inaddaf ġo fabbrika biex jgħin lill-familja.
 
== Studju ==
 
Studja l-kimika f'żgħożitu u għamel żmien jaħdem ubħala kelluinġinier kimiku. Kien ikellem tfajla li kien sar jafha mill-grupp ta' ħbieb li magħhom kien imur jiżfen. Huwa ggradwa mill-Università ta' Buenos Aires u ġab Masters fil-Kimika. Iżda ta' 22 sena wara li kellhom ineħħulu pulmun minħabba infezzjoni, iddeċieda li jidħol is-seminarju f'Villa Devoto u daħal mal-Ġiżwiti, jew is-Soċjetà ta' Ġesù, fil-11 ta' Marzu 1958. Bergoglio gradwa fil-Filosofija mill-''Colegio Maximo San Josè'' f'San Miguel fejn għallem il-letteratura u l-psikoloġija fil-''Colegio de la Immaculada'' f'Santa Fe u l-''Colegio del Salvador'' fi Buenos Aries.
== Saċerdot ==
Huwa kien ordnat saċerdot fit-13 ta' Diċembru 1969. Huwa kompla jistudja fejn laħaq Professur tat-Teoloġija. Is-Soċjetà ta' Ġesù ħatret lil Bergoglio bħala Provinċal għall-Arġentina bejn l-1973 u l-1979. Huwa sar Rettur fis-Seminarju ta' San Miguel fejn studja fl-1980.
 
Matul id-dittatura militari Arġentina li fiha ġew ittorturati u nqatlu madwar 30,000 ruħ, Bergoglio għamel minn kollox biex bil-moħbi isalva qassisin u ċittadini minn idejn it-torturaturi u huwa rrispettat ħafna mill-hekk imsejħa "ommijiet ta' Plaza de Mayo", li ma qagħdux lura milli jikkritikaw il-kompliċità tal-ġerarkija Kattolika mar-reġim Arġentin.
Wara li kompla l-istudji tiegħu fil-Ġermanja huwa mar lura f'pajjiżu u serva bħala direttur spiritwali ta' Cordoba.
 
Wara li kompla l-istudji tiegħu fil-Ġermanja huwaBergoglio mar lura f'pajjiżu u serva bħala direttur spiritwali ta' Cordoba.
 
== Isqof u kardinal ==
 
Fl-1998 laħaq Arċisqof fl-Arġentina. Fil-21 ta' Frar 2001 Borgoglio nħatar bħala Kardinal mill-[[Papa Ġwanni Pawlu II]]. Bħala kardinal, Bergoglio inħatar f'numru ta' pożizzjonijiet amministrattivi fil-Kurja Rumana u serva bħala membru f'numru ta' Kongregazzjonijiet. Lin-nies tal-Arġentina kien talabhom biex ma jmorrux Ruma biex jiċċelebraw il-ħatra tiegħu ta' Kardinal, iżda minflok jagħtu l-flus lill-fqar. F'Ruma "ffesteġġja" kważi waħdu. Il-bijografija tiegħu fis-Sala Stampa tal-Vatikan kienet l-iqsar waħda, nofs paġna kollox.
 
Bħala kardinal, Bergoglio kien magħruf għall-umiltà u l-impenn tiegħu għall-ġustizzja soċjali. Il-ħajja sempliċi hija xhieda tal-umiltà tiegħu. Huwa kien jgħix f'appartament żgħir minflok fil-Palazz tal-Isqof, kien juża t-trasport pubbliku flok il-karozza bix-xufier tiegħu, u jsajjar l-ikel tiegħu huwa stess. Fl-2001 ssorprenda lill-istaff tal-Isptar Muñiz Hospital ta' Buenos Aires, meta talabhom buqar ilma, u ħasel u bies riġlejn il-morda bl-[[AIDS]] b'sinjal ta' mħabba lejhom, u qal lill-ġurnalisti li "s-soċjetà tinsa lill-foqra u lill-morda". F'Settembru 2012, fi Buenos Aires, Bergoglio ċanfar ukoll lil dawk is-saċerdoti li rrifjutaw li jgħammdu tfal ta’ ''single-mothers'': "Ma nkunux ipokriti. Min jagħmel hekk ikun qed jifred lill-poplu t'Alla mis-salvazzjoni." Huwa ħadem biex jiżdiedu s-servizzi soċjali u l-evanġelizzazzjoni fl-inħawi foqra tal-belt.
Matul is-Sinodu tal-Isqfijiet tal-2005 huwa inħatar membru tal-Kunsill ta' Wara s-Sinodu u f'Novembru 2005 kien elett bħala l-President tal-Konferenza Episkopali tal-Arġentina għal terminu ta' tliet snin mill-maġġoranza tal-isqfijiet Argentini, ħatra li kienet imġedda fl-2008.
 
Bergolgio kien diġà kkunsidrat papabbli waqt il-Konklavi wara l-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II f'April 2005. Jingħad li f'dawk il-konklavi t-taqtigħa bejnu u bejn [[Papa Benedittu XVI|Ratzinger]] kienet waħda kbira, tant li finalment kien hu stess li talab lil kardinali biex ma jivvutawlux ħalli jkun elett il-[[Papa Benedittu XVI]]. Lin-nies tal-Arġentina kien talabhom biex ma jmorrux Ruma biex jiċċelebraw jekk jinħatar Papa, iżda minflok jagħtu l-flus lill-fqar.
 
F'laqgħa li kellu mal-Isqfijiet Sud Amerikani fl-2007, Bergoglio kien qalilhom li "It-tqassim inġust tal-ġid ikompli joħloq sitwazzjoni ta' dnub soċjali li jgħajjat lejn is-sema u jnaqqas il-possibiltajiet ta' ħajja sħiħa għal bosta minn ħutna."
 
Nhar it-13 ta' Marzu 2013, fis-7.06 p.m. miċ-ċumnija tas-Sistina ħarġet daħna bajda u siegħa wara tħabbar mil-Loġġa fi Pjazza San Pietru li l-Papa l-Ġdid kien Jorge Bergoglio, li kien l-ewwel Papa li għażel l-isem Franġisku. Għażel dan l-isem f'ġieħ [[San Franġisk t'Assisi]] u f'ġieħ l-imħabba tiegħu lejn il-foqra. Xi kwarta wara l-Papa ġdid ħareġ fil-Loġġa liebes biss il-Libsa bajda mingħajr l-abitu kotali u ebda tiżjin ieħor. Għamel ħin iċċassat lejn il-folla li laqgħetu b'entużjażmu kbir. Fl-ewwel indirizz tiegħu lill-folla huwa sellmilhom b'sempliċi "''buonasera''", u qalilhom li l-kardinali sabuh "mill-aħħar tad-dinja". Huwa talab għal u rringrazzja lill-[[Papa Benedittu XVI|Papa Emeritus Benedittu XVI]]. Qabel ta l-barka lill-poplu l-Papa l-ġdid baxxa rasu u talab hu l-barka mingħand il-poplu.
 
=== Reazzjonijiet għall-Ħatra ===
 
Il-President Amerikan [[Barack Obama]] sejjaħlu "paladin ta' dawk fostna li huma l-ifqar u l-iktar vulnerabbli." Kompla jgħid li "bħala l-ewwel Papa mill-Amerki, il-ħatra tiegħu hija ringrazzjament għas-saħħa u għall-vitalità ta' reġjun li iktar ma jgħaddi ż-żmien qed isir mudell għad-dinja, u flimkien ma' miljuni ta' Ispaniċi Amerikani, fl-Istati Uniti naqsmu l-ferħ magħhom f'dan il-jum storiku."
 
[[Leonardo Boff]] li kien patri Franġiskan u magħruf għat-Teoloġija tal-Liberazzjoni ikkummenta hekk fuq l-għażla ta' Bergoglio: “Din l-għażla tagħmilli kuraġġ, sinjal li l-Knisja trid tmur għas-sempliċità. Bergoglio ġej minn pajjiż li qed jiżviluppa, barra mill-ħitan ta' Ruma."
== Ħajja personali ==
 
Barra l-Ispanjol, Papa Franġisku jitkellem tajjeb l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Bħal ħafna Arġentini huwa dilettant tal-futbol u t-tim favorit tiegħu huwa tim żgħir Arġentin jismu San Lorenzo. Huwa jħobb iż-żifna tat-tango u kien jiżfinha meta kien żagħżugħ. Il-film favorit tiegħu huwa "Babette's Feast", film Daniż tal-1987. Iħobb il-poeżiji tal-poeta Ġermaniż Friedrich Hölderlin. Il-pittura favorita tiegħu hija ''White Crucifixion'' ta' Marc Chagall.
 
Huwa jsajjar għalih innifsu, u filgħaxija jiekol ftit li xejn, daqsxejn tè u frott.
 
== Ħoloq esterni ==
Utent anonimu