Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Franġisku"

321 bytes miżjuda ,  7 snin ilu
Nhar it-13 ta' Marzu 2013, fis-7.06 p.m. miċ-ċumnija tas-Sistina ħarġet daħna bajda u siegħa wara tħabbar mil-Loġġa fi Pjazza San Pietru li l-Papa l-Ġdid kien Jorge Bergoglio, li kien l-ewwel Papa li għażel l-isem Franġisku. Għażel dan l-isem f'ġieħ [[San Franġisk t'Assisi]] u f'ġieħ l-imħabba tiegħu lejn il-foqra. Xi kwarta wara l-Papa ġdid ħareġ fil-Loġġa liebes biss il-Libsa bajda mingħajr l-abitu kotali u ebda tiżjin ieħor. Għamel ħin iċċassat lejn il-folla li laqgħetu b'entużjażmu kbir. Fl-ewwel indirizz tiegħu lill-folla huwa sellmilhom b'sempliċi "''buonasera''", u qalilhom li l-kardinali sabuh "mill-aħħar tad-dinja". Huwa talab għal u rringrazzja lill-[[Papa Benedittu XVI|Papa Emeritus Benedittu XVI]]. Qabel ta l-barka lill-poplu l-Papa l-ġdid baxxa rasu u talab hu l-barka mingħand il-poplu.
 
[[Leonardo Boff]] li kien patri Franġiskan u magħruf għat-Teoloġija tal-Liberazzjoni ikkummenta hekk fuq l-għażla ta' Bergoglio: “Din l-għażla tagħmilli kuraġġ, sinjal li l-Knisja trid tmur għas-sempliċità. Bergoglio ġej minn pajjiż li qed jiżviluppa, barra mill-ħitan ta' Ruma."
 
[[Diego Armando Maradona]] u [[Lionel Messi]], żewġ plejers kbar Arġentini ferħu għall-ħatra ta' Arġentin bħalhom. Maradona qal li dan huwa ġieħ kbir għall-Arġentini kollha u jixtieq ħafna jkollu udjenza miegħu. Messi qal li jħossu ferħan ħafna u jixtieq jiddedikalu rebħa fit-Tazza tad-Dinja tal-2014.
 
== Ħajja Personali ==
Utent anonimu