Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Franġisku"

852 bytes miżjuda ,  7 snin ilu
l-ebda taqsira
Fl-1998 laħaq Arċisqof fl-Arġentina. Fil-21 ta' Frar 2001 Borgoglio nħatar bħala Kardinal mill-[[Papa Ġwanni Pawlu II]]. Bħala kardinal, Bergoglio inħatar f'numru ta' pożizzjonijiet amministrattivi fil-Kurja Rumana u serva bħala membru f'numru ta' Kongregazzjonijiet.
 
Bħala kardinal, Bergoglio kien magħruf għall-umiltà u l-impenn tiegħu għall-ġustizzja soċjali. Il-ħajja sempliċi hija xhieda tal-umiltà tiegħu. - huwaHuwa kien jgħix f'appartament żgħir minflok fil-Palazz tal-Isqof u, kien juża t-trasport pubbliku flok il-karozza bix-xufier tiegħu, u jsajjar l-ikel tiegħu huwa stess. Fl-2001 ssorprenda lill-istaff tal-Isptar Muñiz Hospital ta' Buenos Aires, meta talabhom buqar ilma, u ħasel u bies riġlejn il-morda bl-[[AIDS]] b'sinjal ta' mħabba lejhom, u qal lill-ġurnalisti li "s-soċjetà tinsa lill-foqra u lill-morda". F'Settembru 2012, fi Buenos Aires, Bergoglio ċanfar ukoll lil dawk is-saċerdoti li rrifjutaw li jgħammdu tfal ta’ ''single-mothers'': "Ma nkunux ipokriti. Min jagħmel hekk ikun qed jifred lill-poplu t'Alla mis-salvazzjoni." Huwa ħadem biex jiżdiedu s-servizzi soċjali u l-evanġelizzazzjoni fl-inħawi foqra tal-belt.
 
== Il-Konklavi tal-2005 ==
 
Nhar it-13 ta' Marzu 2013, fis-7.06 p.m. miċ-ċumnija tas-Sistina ħarġet daħna bajda u siegħa wara tħabbar mil-Loġġa fi Pjazza San Pietru li l-Papa l-Ġdid kien Jorge Bergoglio, li kien l-ewwel Papa li għażel l-isem Franġisku. Għażel dan l-isem f'ġieħ [[San Franġisk t'Assisi]] u f'ġieħ l-imħabba tiegħu lejn il-foqra. Xi kwarta wara l-Papa ġdid ħareġ fil-Loġġa liebes biss il-Libsa bajda mingħajr l-abitu kotali u ebda tiżjin ieħor. Għamel ħin iċċassat lejn il-folla li laqgħetu b'entużjażmu kbir. Fl-ewwel indirizz tiegħu lill-folla huwa sellmilhom b'sempliċi "''buonasera''", u qalilhom li l-kardinali sabuh "mill-aħħar tad-dinja". Huwa talab għal u rringrazzja lill-[[Papa Benedittu XVI|Papa Emeritus Benedittu XVI]]. Qabel ta l-barka lill-poplu l-Papa l-ġdid baxxa rasu u talab hu l-barka mingħand il-poplu.
 
[[Leonardo Boff]] li kien patri Franġiskan u magħruf għat-Teoloġija tal-Liberazzjoni ikkummenta hekk fuq l-għażla ta' Bergoglio: “Din l-għażla tagħmilli kuraġġ, sinjal li l-Knisja trid tmur għas-sempliċità. Bergoglio ġej minn pajjiż li qed jiżviluppa, barra mill-ħitan ta' Ruma."
 
== Ħajja Personali ==
 
Barra l-Ispanjol, Papa Franġisku jitkellem tajjeb it-Taljan u l-Ġermaniż. Bħal ħafna Arġentini huwa dilettant tal-futbol u t-tim favorit tiegħu huwa tim żgħir Arġentin jismu San Lorenzo.
 
== Ħoloq Esterni ==
Utent anonimu