Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Franġisku"

1 328 bytes miżjuda ,  7 snin ilu
l-ebda taqsira
'''Franġisku''' (imwieled '''Jorge Mario Bergoglio''' fis-17 ta' Diċembru 1936) huwa l-266 [[Papa]] u l-Papa attwali tal-[[Knisja Kattolika]], elett nhar it-13 ta' Marzu 2013. Franġisku huwa l-ewwel Papa [[Ġiżwita]], l-ewwel wieħed mhux mill-Ewropa wara iktar minn millennju, u l-ewwel wieħed mill-kontinent Amerikan. Mill-1998 sal-elezzjoni tiegħu bħala Papa, huwa kien Arċisqof ta' [[Buenos Aires]], fl-[[Arġentina]], u kien inħatar kardinal fl-2001.
 
Bin ħaddiem tal-ferrovija, Mario José, li emigra mill-Italja, u Regina María mwielda Sívori, mara tad-dar, Ġorġ Marija Bergoglio kienhuwa wieħed minn ħames ulied.
 
== Studju ==
 
Studja l-kimika f'żgħożitu u għamel żmien jaħdem u kellu tfajla. Huwa ggradwa mill-Università ta' Buenos Aires u ġab Masters fil-Kimika. Iżda ta' 22 sena ddeċiedawara li kellhom ineħħulu pulmun minħabba infezzjoni, iddeċieda li jidħol is-seminarju f'Villa Devoto u daħal mal-Ġiżwiti, jew is-Soċjetà ta' Ġesù, fil-11 ta' Marzu 1958. Bergoglio gradwa fil-Filosofija mill-''Colegio Maximo San Josè'' f'San Miguel fejn għallem il-letteratura u l-psikoloġija fil-''Colegio de la Immaculada'' f'Santa Fe u l-''Colegio del Salvador'' fi Buenos Aries.
== Saċerdot ==
Fl-1998 laħaq Arċisqof fl-Arġentina. Fil-21 ta' Frar 2001 Borgoglio nħatar bħala Kardinal mill-[[Papa Ġwanni Pawlu II]]. Bħala kardinal, Bergoglio inħatar f'numru ta' pożizzjonijiet amministrattivi fil-Kurja Rumana u serva bħala membru f'numru ta' Kongregazzjonijiet.
 
Bħala kardinal, Bergoglio kien magħruf għall-umiltaumiltà u l-impenn tiegħu għall-ġustizzja soċjali. Il-ħajja sempliċi hija xhieda tal-umiltaumiltà tiegħu - huwa kien jgħix f'appartament żgħir minflok fil-Palazz tal-Isqof u kien juża t-trasport pubbliku u jsajjar l-ikel tiegħu huwa stess. Fl-2001 ħasel u bies riġlejn il-morda bl-[[AIDS]] b'sinjal ta' mħabba lejhom. Bergoglio ċanfar lil dawk is-saċerdoti li rrifjutaw li jgħammdu tfal ta’ ''single-mothers''.
 
== Il-Konklavi tal-2005 ==
Matul is-Sinodu tal-Isqfijiet tal-2005 huwa inħatar membru tal-Kunsill ta' Wara s-Sinodu u f'Novembru 2005 kien elett bħala l-President tal-Konferenza Episkopali tal-Arġentina għal terminu ta' tliet snin mill-maġġoranza tal-isqfijiet Argentini, ħatra li kienet imġedda fl-2008.
 
Bergolgio kien diġà kkunsidrat papabbli waqt il-Konklavi wara l-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II f'April 2005. Jingħad li f'dawk il-konklavi t-taqtigħa bejnu u bejn [[Papa Benedittu XVI|Ratzinger]] kienet waħda kbira, tant li finalment kien hu stess li talab lil kardinali biex ma jivvutawlux ħalli jkun elett il-[[Papa Benedittu XVI]]. Lin-nies tal-Arġentina kien talabhom biex ma jmorrux Ruma biex jiċċelebraw jekk jinħatar Papa, iżda minflok jagħtu l-flus lill-fqar.
 
F'laqgħa li kellu mal-Isqfijiet Sud Amerikani fl-2007, Bergoglio kien qalilhom li "It-tqassim inġust tal-ġid ikompli joħloq sitwazzjoni ta' dnub soċjali li jgħajjat lejn is-sema u jnaqqas il-possibiltajiet ta' ħajja sħiħa għal bosta minn ħutna."
 
== Papa ==
 
Nhar it-13 ta' Marzu 2013, fis-7.06 p.m. miċ-ċumnija tas-Sistina ħarġet daħna bajda u siegħa wara tħabbar mil-Loġġa fi Pjazza San Pietru li l-Papa l-Ġdid kien Jorge Bergoglio, li kien l-ewwel Papa li għażel l-isem Franġisku. Għażel dan l-isem f'ġieħ [[San Franġisk t'Assisi]] u f'ġieħ l-imħabba tiegħu lejn il-foqra. Xi kwarta wara ħareġ ill-Papa ġdid ħareġ fil-Loġġa liebes biss il-Libsa bajda mingħajr l-abitu kotali u ebda tiżjin ieħor. Għamel ħin iċċassat lejn il-folla li laqgħetu b'entużjażmu kbir. Fl-ewwel indirizz tiegħu lill-folla huwa qallhomsellmilhom b'sempliċi "''buonasera''", u qalilhom li l-kardinali sabuh "mill-aħħar tad-dinja". Huwa talab għal u rringrazzja lill-[[Papa Benedittu XVI|Papa Emeritus Benedittu XVI]]. Qabel ta l-barka lill-poplu l-Papa l-ġdid baxxa rasu u talab hu l-barka mingħand il-poplu.
 
== Ħajja Personali ==
 
Barra l-Ispanjol, Papa Franġisku jitkellem tajjeb it-Taljan u l-Ġermaniż.
 
== Ħoloq Esterni ==
 
* [http://www.youtube.com/watch?v=v3EvvI5GgRc Bijografija ta' Jorge Mario Bergoglio]
* [http://www.youtube.com/watch?v=q8SQ23T6yO0 L-ewwel kliem tal-Papa Franġsiku]
 
 
Utent anonimu