Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Ġużè Muscat Azzopardi"

Fid-dawl tal-bosta kontribuzzjonijiet tiegħu b’proża u poeżija lil-[[letteratura]] Maltija, [[Franġisk Saverju Caruana]] sejjaħlu ‘Missier il-lettaratura Maltija’. Ix-xogħol letterarju tiegħu jinkludi rumanzi, poeżiji, reċti, bijografiji u traduzzjonijiet. L-ewwel kitba tal-proża tiegħu kienet ''Il-Ħajja ta’ San Ġorġ'' (1874), li kienet traduzzjoni mit-Taljan.
 
Ġużè Muscat Azzopardi kien involut b’mod attiv fil-ħajja soċjo-kulturali, tant li fl-1875, fl-età żagħżugħa ta’ 22 sena insibuh imniżżel bħala Segretarju tas-[[Soċjeta Filarmonika Pinto]] ta’ Ħal Qormi. Ħames snin wara, fl-1880, huwa kiteb il-versi ta’ l-ewwel innu f’ġieħ [[San Ġorġ]] il-Qaddis Patrun tar-Raħal. Huwa kien ukoll President ta’ l-istess Soċjeta mill-1906 sa l-1917. Il-ħeġġa u l-imħabba tiegħu lejn il-kultura, kif ukoll il-versatilità ta’ Muscat Azzopardi joħorġu ċari f’diskors li għamel nhar is-21 ta’ [[April]] 1907 meta l-Banda Pinto, li tagħha kien President, wettqet program ta’ [[mużika]] fl-okkazzjonitalokkazzjoni tal-festa ta' San Gorg. Fid-diskors Muscat Azzopardi qiegħed jindirizza lis-Surmast-Kompożitur Mro. [[Ġanni Gatt]] li kiteb il-mużika għal l-Innu hawn fuq imsemmi. Jispikka wkoll l-għażla ta’ kliem mirqum li juża Muscat Azzopardi f’dan id-diskors li deher fil-gazzetta ''Malta'' tat-22 t’April 1907:
 
''"Surmast, jien qiegħed noffrilek dawn il-[[fjuri]] mhux għax jien Qormi, għax int ħabib tiegħi jew għax int alliev ta’ Vassallo, dak li qiegħed iżid ikabbar dejjem il-ġieħ ta’ Malta Artistika; lanqas għax jien il-President ta’ din il-Banda popolari Qormija jew għax jien rappreżentant ta’ din il-Belt Pinto tagħna fil-[[Kunsill Popolari]] u wisq inqas għax jien l-awtur ta’ dawn il-[[versi]] ta’ l-Innu; le, iżda, biss noffrihomlok f’ismi, f’isem il-Banda u f’isem il-Qormin kollha dilettanti tas-sabiħa arti tal-mużika għal dak il-kbir ġenju tiegħek li bih għaraft tlibbes dawn il-versi tiegħi b’mużika tant sabiħa, ħelwa u deskrittiva tinħass ħierġa ħafifa ħafifa minn dak il-ġenju li l-Providenza għoġobha tagħnik bih."''
Utent anonimu