Provins

komun f'Seine-et-Marne, Franza

Provins (pronunzja bil-Franċiż: [pʁɔvɛ̃]) huwa komun Franċiż fid-dipartiment ta' Seine-et-Marne fir-reġjun ċentrali u tat-Tramuntana tal-Île-de-France. Huwa magħruf għall-arkitettura Medjevali tiegħu li baqgħet ippreservata tajjeb ħafna u għall-importanza tiegħu fil-Medju Evu bħala ċentru ekonomiku li jospita fieri kummerċjali annwali. Provins sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001.[1]

Provins
Flag of France.svg Franza
0 Provins - Le centre historique de la ville basse.JPG
Blason ville fr Provins.svg
Amministrazzjoni
Stat sovranFranza
Region of FranceÎle-de-France (en) Translate
Dipartimenti ta' FranzaSeine-et-Marne (en) Translate
Kap tal-Gvern Christian Jacob (en) Translate
Isem uffiċjali Provins
Kodiċi postali 77160
Ġeografija
Koordinati 48°33′32″N 3°17′58″E / 48.5589°N 3.2994°E / 48.5589; 3.2994Koordinati: 48°33′32″N 3°17′58″E / 48.5589°N 3.2994°E / 48.5589; 3.2994
Provins is located in France
Provins
Provins
Provins (France)
Provins OSM 03.png
Superfiċjenti 14.72 kilometru kwadru
Għoli 91 m
Fruntieri ma' Rouilly (en) Translate, Chalautre-la-Petite (en) Translate, Mortery (en) Translate, Poigny (en) Translate, Saint-Brice (en) Translate, Sourdun (en) Translateu Vulaines-lès-Provins (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 12,132 abitanti (1 Jannar 2019)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Bendorf (en) Translate, Waldenbuch (en) Translateu Pingyao (en) Translate
mairie-provins.fr

StorjaImmodifika

Fiż-żona nstabu sinjali ta' okkupazzjoni umana saħansitra miż-Żmien Paleolitiku.

Żmien ir-RumaniImmodifika

Provins kienet f'salib it-toroq ta' żewġ kurituri reġjonali ewlenin fil-Gallija Rumana: wieħed minn Soissons sa Troyes u l-ieħor lejn Sens fin-Nofsinhar.[2]

Medju EvuImmodifika

 
It-Torri ta' Ċesri, Provins

Bħala evidenza tal-importanza dejjem tikber ta' Provins, sas-seklu 9 kien qed jizzekka l-munita tiegħu stess, magħrufa bħala d-denier provinois, u Karlu Manju kien bagħat il-missi dominici tiegħu fir-raħal. Taħt il-protezzjoni tal-Kontijiet ta' Champagne, Provins ospita waħda mill-ikbar fieri ta' Champagne, fiera agrikola u kummerċjali li kienet kruċjali għall-ekonomija Medjevali. Fin-naħa ta' fuq tar-raħal, il-fiera kienet issir darbtejn fis-sena, f'Mejju u f'Novembru, filwaqt li fin-naħa t'isfel tar-raħal, kien isir suq annwali f'Settembru. Dak iż-żmien, Provins kien ukoll ċentru bankarju, u d-denier kien aċċettat b'mod mifrux fl-Ewropa kollha. Il-fieri baqgħu jsiru mill-1120 sal-1320.[1]

Ir-Re Filippu IV żar Provins diversi drabi fl-aħħar tas-seklu 13, u qered ir-raħal b'taxxi kbar li temmew il-perjodu ta' prosperità tiegħu u wasslu biex ir-residenti jaħarbu. Ir-raħal ġie assedjat bosta drabi u r-riedni tiegħu għaddew minn id għall-oħra kemm-il darba fis-sekli 14 sa 16. Dan in-nuqqas ta' stabbiltà politika u ekonomika naqqas l-importanza tar-raħal.

F'wieħed mill-iżjed avvenimenti famużi fl-istorja ta' Provins, ir-Re Karlu VII li kien għadu kemm kien inkurunat, attenda l-quddies fil-Knisja Kulleġġjali ta' Saint-Quiriace, filmkien mal-qorti rjali tiegħu u l-qaddisa Joan ta' Arc fit-3 ta' Awwissu 1429.

Żmien ModernImmodifika

Peress li kollox ma' kollox ma tantx ġie affettwat mir-Rivoluzzjoni Industrijali, Provins baqa' raħal żgħir tas-suq tul is-seklu 19 kollu. Il-Ġermaniżi okkupaw ir-raħal fl-1870 matul il-Gwerra Franko-Prussjana, u sabu reżistenza biss fl-1914 matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.

Sit ta' Wirt DinjiImmodifika

Provins, ir-Raħal tal-Fieri Medjevali, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

AttrazzjonijietImmodifika

 
Il-Knisja Kulleġġjali ta' Saint-Quiriace, Provins

Provins huwa magħruf għall-fortifikazzjonijiet oriġinali tiegħu tas-seklu 12 li huma ppreservati tajjeb ħafna, fosthom it-Torri ta' Ċesri (bil-Franċiż: Tour César) u s-swar tar-raħal. Ħafna mill-binjiet residenzjali u kummerċjali fin-naħa ta' fuq tar-raħal huma wkoll mis-seklu 12; dawn il-binjiet kienu r-residenzi tal-merkanti, imħażen u djar tal-għadd. Mill-erba' rħula prinċipali fejn kienu jsiru l-fieri fil-Kontea ta' Champagne (Troyes, Lagny-sur-Marne, u Bar-sur-Aube), Provins huwa l-unika wieħed li żamm il-biċċa l-kbira tal-karattru Medjevali tiegħu.

F'Provins insibu l-Knisja Kulleġġjali ta' Saint-Quiriace. L-Imperatriċi Galla Placidia jingħad li kienet ippreżentat ir-relikwi ta' Ċirjaku ta' Ġerusalemm lil Ancona fl-Italja. Madankollu, ras il-qaddis baqgħet f'Provins, wara li nġabet minn Ġerusalemm minn Enriku I ta' Champagne, li bena l-knisja tar-raħal biex tkun esposta fiha. Fil-fatt, ir-ras għadha fil-Knisja Kulleġġjali ta' Saint-Quiriace, minkejja li x-xogħol tal-kostruzzjoni matul is-seklu 12 qatt ma tlesta minħabba diffikultajiet finanzjarji matul ir-renju ta' Philippe le Bel. Fis-seklu 17 ġiet miżjuda koppla, u l-familji antiki ta' Provins li kienu jgħixu fin-naħa ta' fuq tar-raħal kienu jissejħu "Ulied il-Koppla". Madankollu, wara ż-żieda tal-koppla, ma sar l-ebda sforz ta' restawr tal-knisja.[3] L-għassa tal-pulizija (2010) hija biċċa arkitettura kontemporanja ddisinjata mill-arkitetti Pariġini Philippe Ameller u Jacques Dubois.

Taħt ir-raħal hemm żewġ settijiet ta' għerien. L-ewwel sett x'aktarx li kienu jintużaw għall-ħżin tal-ikel fil-Medju Evu. It-tieni sett, iktar fondi, fihom graffiti ta' Żmien il-Bronż u ta' Żmien il-Ħadid.[4]

AmministrazzjoniImmodifika

 
Veduta ta' Provins minn fuq it-Torri ta' Ċesri

Bi 11,844 abitant (fl-2017), Provins mhuwiex l-ikbar raħal fl-arrondissement ta' Provins, iżda huwa s-sede (sous-préfecture). L-ikbar raħal huwa Montereau-Fault-Yonne (20,206 abitant).[5]

L-arrondissement fih 176 komun u 188,637 abitant (fl-2017). Il-kanton ta' Provins fih 81 komun u 57,947 resident.[6]

EkonomijaImmodifika

Provins huwa importanti għall-kultivazzjoni tal-ward. Jiġu prodotti bosta tipi ta' ikel mill-ward, u l-ispeċjalitajiet prinċipali huma l-ġamm mill-petali tal-ward, l-għasel mill-ward ta' Provins u l-ħelu mill-ward. Provins fl-imgħoddi kien produttur kbir tal-inbid, u sa llum il-metodi Medjevali tal-produzzjoni tal-inbid għadhom jintużaw mir-residenti u xi kantini li għadhom jipproduċu l-inbid lokali.

EdukazzjoniImmodifika

  • Skejjel preprimarji pubbliċi (maternelles): Coudoux, Raymond Louis, Terrier Rouge, Ville Haute u Voulzie.[7]
  • Skejjel primarji pubbliċi: Coudoux, Désiré Laurent, Marais, Terrier Rouge, Ville Haute u Voulzie.[8]
  • Skejjel sekondarji pubbliċi (collèges): Jules Verne, Lelorgne de Savigny, u Marie Curie.[9]
  • Skejjel postsekondarji pubbliċi (lycées): Thibaut de Champagne u Les Pannevelles.[10]
  • Hemm skola preprimarja sa postsekondarja privata: Institution Sainte-Croix.[7][8][9][10]

Nies notevoliImmodifika

Provins huwa raħal twelid:

Provins huwa r-raħal fejn jgħix:

ĠemellaġġiImmodifika

Provins huwa ġemellat ma':

ReferenziImmodifika

  1. ^ a b c d Centre, UNESCO World Heritage. "Provins, Town of Medieval Fairs". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-16.
  2. ^ Jean Mesqui (1979). Provins: la fortification d'une ville au Moyen Age. ISBN 9782600046121.
  3. ^ "Provins History". web.archive.org. 2006-05-25. Miġbur 2021-11-16.
  4. ^ Digest, The Reader's (1978). The world's last mysteries. Montréal: Reader's Digest. p. 303. ISBN 089577044X.
  5. ^ "Arrondissement de Provins". www.insee.fr.
  6. ^ "Populations légales 2018 − Ces données sont disponibles sur toutes les communes de France hors Mayotte | Insee". www.insee.fr. Miġbur 2021-11-16.
  7. ^ a b "Ecoles maternelles | Ville de Provins". www.mairie-provins.fr. Miġbur 2021-11-16.
  8. ^ a b "Ecoles primaires | Ville de Provins". www.mairie-provins.fr. Miġbur 2021-11-16.
  9. ^ a b "Les collèges | Ville de Provins". www.mairie-provins.fr. Miġbur 2021-11-16.
  10. ^ a b "Les lycées | Ville de Provins". www.mairie-provins.fr. Miġbur 2021-11-16.