Prospero autumnale

speċi ta' pjanta mill-familja Asparagaceae


Il-Prospero autumnale, magħruf bħala l-Għansar tal-Ħarifa, l-Għansar tax-Xitwa jew l-Għansal tal-Ħarifa, l-Għansal tax-Xitwa, hija pjanta perenni mill-familja Asparagaceae.[1][2][3] Din l-ispeċi tinsab fir-reġjun tal-Punent tal-Mediterran mill-Portugall u l-Marokk sat-Turkija fl-Lvant tal-Mediterran.[1][4] Kif ukoll tinstab fil-Kawkasu, fi Franza, fil-Germanja u fil-Gran Brittanja.[1][4][5] Minkejja li l-Prospero autumnale hija kklassifikata bħala speċi waħda, fil-fatt tiġbor fiha ħafna speċi differenti tal-istess ġeneru li jidhru morfologikament simili.[6][7] Kif ukoll hemm diversi poplazzjonijiet tal-istess speċi tal-Prospero autumnale li huma diversi fin-numru ta' kromożomi differenti, fil-morfologija u ibridi bejniethom madwar iz-żona tal-Mediterran.[8][9][10][11]

Prospero autumnale
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuPlantae
OrdniAsparagales
FamiljaAsparagaceae
ĠeneruProspero
speċi Prospero autumnale
Speta, 1982

 Karatteristiċi Botaniċi

immodifika

Din il-pjanta twarrad minn Awissu sa Novembru hekk kif tagħmel l-ewwel xita wara n-nixfa tas-Sajf [2][3][12][13]. Fil-każ ta' Malta, itella’ l-inflorexxenza ta’ ħames fjuri bojod b’lewn vjola[3]. Dawn ma jkollhomx daqs ta’ mhux aktar minn 10-il ċentimetru. Wara li tagħmel iż-żerriegħa, jitfaċċa l-weraq irqiq 1-2mm fil-wisa’ u fit-tul[3][13][14]. F'pajjiżi differenti din l-ispeċi tvarja fin-numru ta' fjuri fl-inflorexxenza, fid-daqs tal-inflorexxenza, kif ukoll fil-kulur tal-fjuri[10][11][15][16]. Iż-żerriegħa ta’ daqs bejn 2-3mm, tkun sewda, ovali u tkun f’kapsula b’erbgħa żerriegħa li tkun saret minn kull fjura li tinfetaħ u tinxtered[2][3][17][16]. Il-parti ta’ fuq mill-ħamrija tal-prospero autumnale tinxef għal kollox hekk kif tibda n-nixfa tas-Sajf u tibqa’ protetta mill-qilla tax-xemx sajfija permezz ta’ basla li tinstab taħt il-ħamrija.[2] Din terga’ tibda itella’ permezz tal-inflorexxenza eżatti wara l-ewwel xita fl-aħħar tas-Sajf jew fil-bidu tal-Ħarifa[3].

Distribuzzjoni

immodifika

Il-Prospero autumnale hija komuni f’Malta, f’Għawdex kif ukoll f’Kemmuna[18][19][20][2]. Fejn tikber fil-ħofor u fl-irqajja mimlijin ħamrija fil-ġebel tax-xagħri, fl-isteppa, fil-makkja u fuq l-irdum[2][3][18].

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ "Prospero autumnale (L.) Speta | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-09-01. Miġbur 2024-12-27.
  2. ^ a b ċ d e f Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Prospero autumnale (Autumn Squill) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-27.
  3. ^ a b ċ d e f ġ Casha, Alex (2018). Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Alex Casha: Alex Casha. ISBN 9780244605889.
  4. ^ a b WFO The World Flora Online (2024). "Prospero autumnale (L.) Speta". worldfloraonline.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-27.
  5. ^ "Prospero autumnale | Euro+Med-Plantbase". europlusmed.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-27.
  6. ^ Hamouche, Y., Amirouche, N., Misset, MT. et al. Cytotaxonomy of autumnal flowering species of Hyacinthaceae from Algeria. Plant Syst Evol 285, 177–187 (2010). doi:https://doi.org/10.1007/s00606-010-0275-4
  7. ^ Jang, TS., Emadzade, K., Parker, J. et al. Chromosomal diversification and karyotype evolution of diploids in the cytologically diverse genus Prospero(Hyacinthaceae). BMC Evol Biol 13, 136 (2013). doi:https://doi.org/10.1186/1471-2148-13-136
  8. ^ Parker, J., Lozano, R., Taylor, S. et al. Chromosomal structure of populations of Scilla autumnalis in the Iberian Peninsula. Heredity 67, 287–297 (1991). doi:https://doi.org/10.1038/hdy.1991.92
  9. ^ Lanzas, P., Perfectti, F., Garrido-Ramos, M. A., Ruíz-Rejón, C., González-Sánchez, M., Puertas, M., & Camacho, J. P. M. (2018). Long-term monitoring of B-chromosome invasion and neutralization in a population of Prospero autumnale (Asparagaceae). Evolution; international journal of organic evolution, 72(6), 1216–1224. doi:https://doi.org/10.1111/evo.13501
  10. ^ a b "Prospero | Pacific Bulb Society". www.pacificbulbsociety.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-08. Miġbur 2024-12-27.
  11. ^ a b Jang, Tae-Soo; Parker, John S.; Emadzade, Khatere; Temsch, Eva M.; Leitch, Andrew R. (2018-04-06). "Multiple Origins and Nested Cycles of Hybridization Result in High Tetraploid Diversity in the Monocot Prospero". Frontiers in Plant Science (bl-Ingliż). 9.
  12. ^ "Scilla autumnalis [Scilla autunnale] - Flora Italiana". luirig.altervista.org. Miġbur 2025-01-30.
  13. ^ a b Hebari Virtual del Mediterrani Occidental, Area of Botany, Department of Biology, University of the Balearic Islands. "Prospero autumnale (L.) Speta". https://herbarivirtual.uib.es (bl-Ingliż). Miġbur 2025-1-30. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna); Ħolqa esterna f'|sit= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: iktar minn isem wieħed: authors list (link)
  14. ^ Lanfranco, E. Bonett, G. (2018). Nature Guide Series: Wild Flowers of The Maltese Islands. BDL Publishers.
  15. ^ "Prospero autumnale". www.cretanflora.com. Miġbur 2025-01-30.
  16. ^ a b "Scheda IPFI, Acta Plantarum Prospero_autumnale". www.actaplantarum.org. Miġbur 2025-01-30.
  17. ^ Mordak, E.V. (1984). Scilla autumnalis L. In: Davis, P.H. (ed.), Flora of Turkey and the East Aegean Islands. Edinburgh University Press, Edinburgh, 8, 223.
  18. ^ a b Haslam, S. M.; Sell, P. D.; Wolseley, P. A. (1977). A Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Malta University Press.
  19. ^ Borg, J. (1927). Descriptive Flora of the Maltese Islands: Including the Ferns and Flowering Plants (bl-Ingliż). Malta: Government Printing Office.
  20. ^ Sommier, S.; Caruana Gatto, A. (1915). Flora melitensis nova (bit-Taljan). Firenze: Stabilimento Pellas.