Oreste Calleja hu drammaturgu kontemporanju Malti. Oreste Calleja twieled il-Ħamrun (Malta) u studja fil-Liċeo u l-Kulleġġ tal-Għalliema, San Mikiel (1964-66). Ħalla Malta fl-1974 u studja l-Universita' ta' Londra, Birkbeck College, u fl-1990 attenda North Florida University, u Jacksonville University, Florida, fejn kiseb baċċellerat fl-Arti u l-Franċiż.

Oreste Calleja
Ħajja
Twelid Ħamrun, 20 Novembru 1946 (77 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater University of London
University of North Florida (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
Impjegaturi Parlament Ewropew

Calleja kien membru tal-Moviment Qawmien Letterarju fis-Sittinijiet. Fl-istess żmenijiet beda jikteb għar-radju, it-televiżjoni u l-palk. Qabel ma emigra fl-1974, ippubblika Erba’ Drammi (1972) li għadu jintuża fl-iskejjel sekondarji fil-korsijiet tal-letteratura Maltija. Wara li ġie lura Malta fl-1991 kiteb u ppubblika Għasfur taċ-Ċomb (1993), Il-Belliegħa fil-Bir (1994) u U l-Anġlu Ħabbar... (1995). L-aktar xogħlijiet reċenti ta' Calleja jidhru hawn taħt.

Is-suċċess ta' Calleja bħala drammaturgu hu dovut prinċipalment għall-integrazzjoni ta' stil realistiku ma' karatteristiċi simboliċi li jagħmlu d-drammi tiegħu universali[1].

Xogħlijiet immodifika

Drammi immodifika

  • Anestesija (1969),
  • Għargħar (1979),
  • Ċens Perpetwu (1969),
  • Satira (1970),
  • Jum Fost l-Oħrajn (1970),
  • En Passant (1970),
  • Iġsmaiħirsa (1970)
  • Għażiż Angelo (1971),
  • Erba’ Drammi (1972)
  • Għasfur taċ-Ċomb (1993)
  • Il-Belliegħa fil-Bir (1994),
  • U l-Anġlu Ħabbar...(1995)
  • Il-Festa bil-Bandieri (2002)
  • Pawlu Redux (2004)

Xeneġġjaturi immodifika

  • 1 - Skart (2015),
  • 2 - 3 Siltiet (2015),
  • 3 - Ghasfur taċ-Ċomb (verżjoni xeneġġjata) (2016).

Premji Letterarji 2002 u 2004 immodifika

Il-Festa bil-Bandieri (2002) u Pawlu Redux (2004) rebħu l-premju fis-snin rispettivi għad-drama fil-Premji Nazzjonali tal-Ktieb.

Referenzi immodifika

  1. ^ Maltese Biographies of the Twentieth Century, PIN Publications, Malta, 1997

Ħoloq esterni immodifika