Nicolau Coelho

esploratur Portugiż (1460-1504)

Nicolau Coelho (twieled għall-ħabta tal-1460 f’Felgueiras – miet fl-1502, tul il-kosta tal-Mozambique) kien navigatur u esploratur Portugiż espert matul żmien l-iskoperti. Huwa pparteċipa fl-iskoperta tar-rotta lejn l-Indja minn Vasco da Gama fejn idderieġa l-ewwel karavella, Berrio, li rritornat; kien il-kaptan ta’ vapur fil-flotta mmexxija minn Pedro Álvares Cabral li wasal il-Brażil. Huwa miet fuq il-baħar, x’aktarx tul il-kosta tal-Mozambique, fil-vjaġġ tar-ritorn mill-Indja fil-ħames Armada Portugiża ma’ Francisco de Albuquerque.

Nicolau Coelho
Nicolau Coelho - Padrão dos Descobrimentos.png
Ħajja
Twelid Felgueiras, 1460 (Gregorian)
Nazzjonalità Portugall
L-ewwel lingwa Portugiż
Mewt Mozambique Portugiża, 1504 (Gregorian)
Edukazzjoni
Lingwi Portugiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni esploratur
maritime pilot (en) Translate

BijografijaImmodifika

Nicolau Coelho (madwar l-1460-1502) jingħad li twieled f’Felgueiras fit-Tramuntana tal-Portugall. Huwa kien iben Pedro Coelho u Luísa de Góis jew Inês de Ataíde, skont is-sors ġenealoġiku ta’ referenza. Huwa żżewweġ lil Brites Rodrigues de Brito xi żmien qabel l-1495 u kellu ħamest itfal: Nicolau, Francisco, Joana, Jorge, u Leonor.

Nicolau Coelho kien esploratur Portugiż u wieħed mit-tliet kaptana (flimkien ma’ Paulo da Gama u Gonçalo Nunes) li akkumpanjaw lil Vasco da Gama fl-iskoperta tar-rotta bil-baħar lejn l-Indja fit-8 ta’ Lulju 1497. Huwa kien il-kaptan tal-karavella Berrio matul din l-esplorazzjoni u n-navigatur tiegħu kien Pêro Escobar. Huwa kien l-ewwel wieħed mill-kaptana ta’ Vasco da Gama li wasal f’Mozambique, u stabbilixxa kuntatt mas-sultan ta’ Quiloa. Huwa kien ukoll l-ewwel wieħed mill-Armada ta’ Vasco da Gama li wasal Lisbona fl-10 ta’ Lulju 1499.[1] Ir-Re Manuel I tal-Portugall tah pensjoni ta’ 50,000 reis fis-sena, 30,000 bħala imgħax għall-artijiet tiegħu u għad-dixxendenti tiegħu u stemma araldika ġdida. Barra minn hekk għamlu Kavallier tal-Familja Rjali (bil-Portugiż: Cavaleiro da Casa Real) f’dik l-istess sena.

Fid-9 ta’ Marzu 1500, huwa akkumpanja lil Pedro Álvares Cabral fl-iskoperta tal-Brażil bħala wieħed mill-kaptana tal-flotta ta’ 13-il vapur. Wara li niżlet l-art fil-Brażil, il-flotta kompliet il-vjaġġ lejn il-Lvant fit-3 ta’ Mejju 1500 fejn iltaqgħu ma’ maltempata kbira qrib il-Kap tat-Tama t-Tajba u tilfu erba’ bastimenti. Huma komplew ibaħħru b’waqfiet fil-Mozambique, il-Kenja u t-Tanżanija, qabel ma finalment waslu Calicut fl-Indja fit-13 ta’ Settembru 1500. Il-flotta rritornat Lisbona fit-23 ta’ Ġunju 1501. Cabral wasal lura f’art twelidu b’erba’ vapuri biss minn 13-il vapur. Coelho salpa mill-Portugall għat-tielet darba fl-14 ta’ April 1503 bħala l-kaptan tal-Faial flimkien mal-Armada ta’ Afonso de Albuquerque, iżda miet fil-vjaġġ tar-ritorn lejn il-Portugall f’Jannar 1504 flimkien ma’ Francisco de Albuquerque, il-kuġin ta’ Afonso, ħdejn il-baħar baxx u l-artijiet ta’ São Lázaro, li llum jissejħu l-Gżejjer Quirimbas, il-Mozambique.[2]

ReferenziImmodifika

  1. ^ Diffie BW, Shafer BC, Winius GD (1974). Foundations of the Portuguese empire, 1415-1580. U of Minnesota Press, 1977. p. 184. ISBN 0-8166-0782-6.
  2. ^ "ShipLab - Portuguese Indiamen Shipwrecks". nautarch.tamu.edu. Miġbur 2021-07-10.