Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/28 ta' April
28 ta' April:
- 1796 – Ġie ffirmat l-Armistizju ta' Cherasco minn Napuljun u Vittorio Amedeo III, ir-Re ta' Sardinja, sabiex b'hekk kiber it-territorju Franċiż max-xatt tal-Mediterran.
- 1920 – L-Ażerbajġan ġie miżjud mal-Unjoni Sovjetika.
- 1945 – Benito Mussolini u l-maħbuba tiegħu Clara Petacci ġew iffuċilati minn skwadra ta' membri tar-Reżistenza Taljana.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1838 – Tobias Michael Carel Asser (stampa), ġurista Olandiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi (m. 1913)
- 1916 – Ferruccio Lamborghini, imprenditur Taljan (m. 1993)
- 1922 – Alistair MacLean, rumanzier Skoċċiż (m. 1987)
Mietu f'dan il-jum...
- 1945 – Benito Mussolini, dittatur faxxista Taljan (t. 1883)
- 1954 – Léon Jouhaux, mexxej tal-ħaddiema Franċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi (t. 1879)
- 1992 – Francis Bacon, pittur Anglo-Irlandiż (t. 1909)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Agapitu I papa u ta' San Lwiġi-Marija Grignion de Montfort.