Mikiel Spiteri

kittieb Malti

Mikiel Spiteri (magħruf bħala Kilin; twieled fl-20 ta' Awwissu 1917 – miet fit-8 ta' Lulju 2008) kien kittieb Malti.[1][2][3]

Mikiel Spiteri
Ħajja
Twelid 20 Awwissu 1917
Nazzjonalità Malta
Mewt 8 Lulju 2008
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb

Tfulija immodifika

Ommu u missier Kilin kienu Anna Azzopardi u Diegu Spiteri. Dawn kellhom għaxart itfal li minnhom tlieta mietu fit-tfulija. Kilin jgħid li meta kien żgħir kien se jmut b'xemxata kbira.

Kilin mill-ewwel deher li kien se jipprometti fl-iskola għax kien tifel li kellu interess f'kollox u kien determinat li ried jirnexxi. Ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Liċeo.

Servizz Pubbliku immodifika

Ħadem bħala uffiċjal tad-dwana bejn l-1935 u l-1941 u f'diversi dipartiment tal-Gvern sal-1975.

Letteratura immodifika

 
Bust ta' Kilin ir-Rabat

Il-laqam "Kilin" beda jużah meta darba sema' lil xi ħadd isejjaħ lil xi ħadd ieħor Kilin u dan l-isem għoġbu.

Kilin beda jikteb fl-1966 meta kellu 31 sena u l-aktar li kien iħobb jikteb kienet il-proża, bħal novelli, rumanzi u saġġi bil-Malti.

L-ewwel xogħlijiet tiegħu letterarji ppubblikati kienu Burdati (1970) u Burdati 71 (1971).

L-aktar xogħol magħruf ta' Kilin hu Fuq il-Għajn ta' San Bastjan (1973). Wara kiteb Wara l-Għajn ta' San Bastjan (1994) u Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996) fejn jissoktaw it-tifkiriet ta' tfulitu u żgħożitu. Imma Kilin iddikjara li l-aktar ktieb li jogħġbu kien Tlikki Tlikki ma' Wenzu.

Kilin huwa l-awtur ta' erba' rumanzi: L-Għafrid (1975), Tmint Ijiem fi Dragunara (1984), It-Tapit Imsaħħar (1995) uTinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).

Fl-1998 ġabar in-novelli fil-ktieb Għajnejn Kalanġ li jiġbru ‘kwadru morali' tal-ħajja, bil-ħelu u bil-morr tagħha.

Huwa ttraduċa L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) mill-Ispanjol u ħareġ sensiela ta' ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967), Nistqarr (1968), Djar is-Sultana (1969 u Osanna (1978).

Wayside Chapels (1966) u A Maltese Mosaic (1990) huma l-verżjoni bl-Ingliż ta' dawn il-kotba.

Kilin kiteb ukoll xi poeżiji.

Kilin baqa' jsemma' leħnu fil-ġurnali, sikwit jilmenta fuq il-bidliet li għaddej minnhom ilsienna.

Unuri immodifika

Fl-1973 rebaħ il-Premju Rothmans għal-Letteratura bid-dramm Bl-Irġulija u bl-Onestà, li deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma' ġabra ta' novelli.

Fl-1981, Tmint Ijiem fi Dragunara (ħareġ 1984) rebaħ it-tieni premju fil-Konkors Buġelli.

Fl-1999, in-novella Id-Dell tal-Fatat ġiet fit-tieni post minn fost 842 novella f'kompetizzjoni li nżammet fl-Italja. In-novella kienet bil-Malti u hu stess qalibha bit-Taljan.

Fit-13 ta' Diċembru 2000, ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika mill-President ta' Malta dak iż-żmien Guido de Marco.

Ftit xhur qabel miet f'għeluq id-90 sena l-Akkademja tal-Malti onoratu b'tifkira għall-ħidma sfiqa u bla heda tul ħajtu kollha għall-ilsien Malti.

Ħajja Personali immodifika

Kien mżżewweġ lil Ġuża Mifsud u kellhom sebat itfal. Kien nannu ta' 17 u bużnannu ta' 12 .

Għamel ħafna snin jgħix l-Imsida u għex hemm sakemm miet.

Kilin kien iħobb il-familja, tant li kemm-il darba ddikjara li biex jieħu ħsiebha sewwa ġieli kellu jagħmel sitt xogħlijiet.

Mikiel Spiteri kien ukoll iffissat fuq iċ-Ċess u kien iħobb imur għall-kwiet fil-kampanja u joqgħod ipinġi.

Xogħlijiet immodifika

Saġġi u novelli immodifika

  • Burdati (1970)
  • Burdati 71 (1971)
  • Tlikki Tlikki ma' Wenzu (1972)
  • Hawn Aħna, Wenz (1991)
  • Fuq il-Għajn ta' San Bastjan (1973)
  • Wara l-Għajn ta' San Bastjan (1994)
  • Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996)
  • Għajnejn Kalanġ (1998) ġabra ta' novelli

Drammi immodifika

  • Bl-Irġulija u bl-Onestà, deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma' ġabra ta' novelli.

Rumanzi immodifika

  • L-Għafrid (1975)
  • Tmint Ijiem fi Dragunara (1984)
  • It-Tapit Imsaħħar (1995)
  • Tinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).

Diversi immodifika

  • L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) traduzzjoni mill-Ispanjol ta' El Dios en quien no creo (1969) ta' Juan Arias.[4]
  • Sensiela ta' ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967),
  • Nistqarr (1968)
  • Djar is-Sultana (1969)
  • Osanna (1978).

Referenzi immodifika

  1. ^ "Malta titlef wieħed mill-pijunieri tal-Letteratura: Kilin imut fl-eta' ta' 90 sena". Ġrajjiet Malta. 2008-07-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-08-15.
  2. ^ "Mikiel Spiteri (Kilin)". L-Akkademja tal-Malti. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-19.
  3. ^ Vella, Fiona. "Ipitter bil-kliem u bil-kuluri". fionavella.com.
  4. ^ El Dios en quien no creo

Ħoloq esterni immodifika