Marino "Mario" Evaristo (twieled fl-10 ta' Diċembru 1908 – miet fit-30 ta' April 1993) kien plejer tal-futbol Arġentin li kien jilgħab bħala midfilder. Kien imlaqqam bħala El Galgo.

Mario Evaristo
Informazzjoni personali
Isem sħiħMarino Evaristo
Twelid10 ta' Diċembru 1908(1908-12-10)
Buenos Aires, Arġentina
Mewt30 ta' April 1993 (84 sena)
Quilmes
Tul1.70 m
RwolMidfilder
Mixtliet
Sportivo Palermo
Karriera professjonali
SninKlabb
1926–1931Boca Juniors
1932Sportivo Barracas
1933–1935Independiente
1935–1936Genoa
1936–1938Antibes
1938–1939Nice
Independiente
Tim nazzjonali
1929–1930Arġentina

Karriera immodifika

Wara li beda ma' Sportivo Palermo Buenos Aires, ingħaqad ma' Boca Juniors fejn magħhom qatta' ħames staġuni bejn l-1926 u l-1931. Magħhom rebaħ żewġ kampjonati tad-dilettanti tal-1926 u l-1930, u fl-1931 rebaħ l-ewwel kampjonat professjonali li qatt sar ġewwa l-Arġentina.

Fl-1932 ħalla lil Boca sabiex jingħaqad ma' Sportivo Barracas fejn magħhom rebaħ it-tliet kampjonat professjonali. L-esperjenza tiegħu mal-klabb damet biss sena, fejn fl-aħħar issieħeb mal-Independiente. Anke mat-tim minn Avellaneda qatta' biss staġun wieħed.

Fl-1935 ittrasferixxa l-Ewropa, speċifikament l-Italja, mat-tim ta' Genoa. Magħhom lagħab 11-il darba u skorja 4 gowls. L-esperjenza mar-rossoblu kienet ukoll waħda qasira, u s-sena ta' wara mar Franza ma' Antibes. Iż-żmien fil-kontinent Ewropew spiċċat mal-klabb ta' Nizza fl-1939.

Hu temm il-karriera tiegħu lura f'art twelidu mal-Independiente.

Internazzjonali immodifika

Evaristo lagħab għall-Arġentina 9 darbiet, fejn skorja 3 gowls. Fl-1929, mat-tim nazzjonali hu rebaħ il-Copa América fejn skorja 3 gowls. Is-sena ta' wara ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saru fl-Urugwaj. Mal-albiceleste wasal sal-finali u Evaristo kien fost il-ħdax-il plejer li beda fit-telfa ta' 4–2.

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Boca Juniors
Sportivo Barracas
  • Campeonato de la AAAF: 1932

Nazzjonal immodifika

Ħoloq esterni immodifika