Marie Ponsot

Poetessa, awtriċi u traduttura kritika Amerikana (1921-2019)

Marie Ponsot (/pɒnˈsoʊ/; xebba: Birmingham; 6 ta’ April 1921 - 5 ta’ Lulju 2019) kienet poetessa, kritika letterarja, saġġista, għalliema u traduttriċi Amerikana. L-unuri u l-premjijiet li ngħatat jinkludu n-National Book Critics Circle Award, id-Delmore Schwartz Memorial Prize, ir-Robert Frost Poetry Award, il-Medalja Shaughnessy tal-Modern Language Association, ir-Ruth Lilly Poetry Prize mill-Poetry Foundation, u l-Aiken Taylor Award for Modern American Poetry.

Marie Ponsot
Ħajja
Twelid Brooklyn, 6 April 1921
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Manhattan, 5 Lulju 2019
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Columbia
Kulleġġ ta' San Ġużepp
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
traduttur
poeta
kritiku letterarju
ġurnalist
Impjegaturi Kulleġġ ta' Queens
Università ta' New York
Premjijiet

Bijografija immodifika

Bint Marie Candee li kienet għalliema fl-iskejjel pubbliċi, u William Birmingham li kien impurtatur,[1] Ponsot twieldet fi Brooklyn ġewwa New York u trabbiet flimkien ma’ ħuha fi Queens, il-Ġamajka. Minn età żgħira hi bdiet tikteb il-poeżiji, li ftit minnhom ġew ippubblikati fil-Brooklyn Daily Eagle. Wara li ggradwat minn St. Joseph's College for Women in Brooklyn, Ponsot kisbet lawrja ta’ Masters fil-Letteratura tas-Seklu Sbatax mill-Columbia University. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, hi marret Pariġi fejn iltaqgħet u żżewġet lil Claude Ponsot,[1] pittur u student ta’ Fernand Léger. Tul it-tliet snin li għexu f’Pariġi, il-koppja kellha tifla. Kien il-ħabib tagħha, l-artist Amerikan Lawrence Ferlinghetti, li fl-1956,[2] ippubblikalha l-ewwel ktieb tal-poeżiji True Minds. Iktar 'il quddiem, il-koppja Ponsot irrilokat fl-Istati Uniti. Il-koppja kellha sitt subien qabel ma ddivorzjat. Marie Ponsot sabet ruħha trabbi sebat itfal u waqfet tippubblika l-poeżiji tagħha.[1]

Mar-ritorn tagħha minn Franza, Ponsot ħadmet għal rasha bħala kittieba ta’ skripts għar-radju u t-televiżjoni. Hi ttraduċiet 69 ktieb tat-tfal mill-Franċiż, fosthom il-ktieb The Fables of La Fontaine.

Premjijiet immodifika

Ponsot kitbet diversi ġabriet poetiċi, fosthom The Bird Catcher (1998) li kien finalist tal-Lenore Marshall Poetry Prize[3] tal-1999 u r-rebbieħ tan-National Book Critics Circle Award, u Springing: New and Selected Poems (2002), li ġie msemmi bħala "ktieb notevoli tas-sena" minn The New York Times Book Review.

Fost premjijiet oħra, Ponsot irċeviet għotja għall-kitba kreattiva min-National Endowment for the Arts, id-Delmore Schwartz Memorial Prize, ir-Robert Frost Poetry Award, il-Medalja Shaughnessy tal-Modern Language Association[2], ir-Ruth Lilly Poetry Prize mill-Poetry Foundation fl-2013,[4] u l-Aiken Taylor Award for Modern American Poetry fl-2015.[5]

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ "Marie Ponsot, Poet of Love, Divorce and Family, Dies at 98".
  2. ^ a b "About Marie Ponsot | Academy of American Poets".
  3. ^ "Marie Ponsot".
  4. ^ "Marie Ponsot Awarded $100,000 Ruth Lilly Poetry Prize".
  5. ^ "Sewanee Review announces Marie Ponsot as the recipient of Aiken Taylor Award in modern American poetry | The University of the Sout".