Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Maċedonja ta' Fuq

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Maċedonja ta' Fuq

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Wara l-Ftehim ta' Prespa, l-isem tal-pajjiż inbidel uffiċjalment għal Maċedonja ta' Fuq fl-2019.

Il-Knisja ta' Santa Sofija, Ohrid

Mill-2021, il-Maċedonja ta' Fuq għandha żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-sit naturali u kulturali tar-Reġjun ta' Ohrid tniżżel fil-lista fit-tielet Sessjoni tal-UNESCO fl-1979. Fl-2019, is-sit twessa' biex tiġi inkluża wkoll il-parti Albaniża tal-lag ta' Ohrid, u b'hekk sar sit transnazzjonali.[3] Fl-2021, is-sit tal-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa ġie estiż biex tiġi inkluża foresta tal-fagu fi ħdan il-Park Nazzjonali ta' Mavrovo. Dan is-sit huwa kondiviż ma' 17-il pajjiż Ewropew.

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post (muniċipalità) Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Wirt Naturali u Kulturali tar-Reġjun ta' Ohrid*   Ohrid 1979 i, iii, iv, vii (kulturali u naturali) Ir-raħal ta' Ohrid huwa wieħed mill-eqdem insedjamenti umani fl-Ewropa bi fdalijiet arkeoloġiċi minn Żmien il-Bronż sal-Medju Evu. Huwa xhieda prominenti tal-arti u tal-arkitettura Biżantina, bħall-knejjes ta' San Ġwann ta' Kaneo u ta' Santa Sofija. Ohrid fih l-iżjed monasteru Slav antik u l-ewwel università Slava fil-Balkani. Il-Lag ta' Ohrid imur lura għall-perjodu preglaċjali u jipprovdi refuġju uniku għal bosta speċijiet endemiċi u relitti ta' flora u ta' fawna tal-ilma ħelu. Is-sit ġie estiż fl-1980 u fl-2009 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit. Fl-2019, is-sit ġie estiż biex tiġi inkluża l-parti Albaniża tal-lag.[5]
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa*   Mavrovo u Rostuša 2021 ix (naturali) Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Il-wied tax-xmara Dlaboka fil-Maċedonja ta' Fuq żdied fil-lista fl-2021.[6]

Referenzi immodifika

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Natural and Cultural Heritage of the Ohrid region - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2017-12-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-12-17. Miġbur 2022-04-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Natural and Cultural Heritage of the Ohrid region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-24.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-24.