Liebru tal-ġnub bojod

Il-Liebru tal-ġnub bojod li hu magħruf xjentifikament bħala Lepus callotis huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u jinsab mifrux fil-kontinent tal-Amerika ta' Fuq.

Liebru tal-ġnub bojod
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: *Lepus callotis callotis
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. callotis
Isem binominali
Lepus callotis
(Wagler, 1830)
Firxa tal-Liebru tal-ġnub bojod

Dan il-liebru huwa speċi b'distribuzzjoni limitata fin-Nofsinnhar tal-istat ta' New Mexico, fl-Istati Uniti u fil-Majjistral u fiċ-Ċentru tal-Messiku. Il-Liebru tal-ġnub bojod jippreferi artijiet b'elevazzjoni għolja miftuħa bil-ħaxix u jiskarta l-muntanji, l-għoljiet, il-foresti u l-arbuxelli.

Il-Liebru tal-ġnub bojod huwa it-tieni l-akbar speċi ta' liebru fil-kontinent tal-Amerika ta' Fuq wara l-Fenek ħmar antilop.

Klassifikazzjoni immodifika

Dan il-liebru huwa wieħed minn 8 speċijiet li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Proeulagus u l-ispeċi maqsuma minn ta' l-inqas f'żewġ sottospeċi.

Referenzi immodifika

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Lepus callotis fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006
  • Id-Databażi Palebijoloġika