Julius Wagner-Jauregg

fiżiku u rebbieħ tal-Premju Nobel Awstrijak

Julius Wagner-Jauregg (twieled fis-7 ta' Marzu 1857 – miet fis-27 ta' Settembru 1940) kien fiżiku Awstrijak, li rebaħ il-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija jew għall-Mediċina fl-1927, u huwa l-ewwel psikjatra li rebaħ dan il-premju. Il-Premju Nobel tiegħu ngħata "għall-iskoperta tal-valur terapewtiku tal-inokulazzjoni kontra l-malarja fit-trattament tad-dimenzja paralitika".[1]

Julius Wagner-Jauregg
Ħajja
Twelid Wels (en) Translate, 7 Marzu 1857, 1857
Nazzjonalità Awstrija
Mewt Vjenna, 27 Settembru 1940
Post tad-dfin Ċimiterju Ċentrali ta' Vjenna
Familja
Konjuga/i Balbine Karoline Wagner-Jauregg (en) Translate
Anna Wagner-Jauregg (en) Translate
Ulied
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Vjenna
Direttur tat-teżi Salomon Stricker (en) Translate
Studenti dottorali Alexandra Adler (en) Translate
Wilhelm Reich (en) Translate
Lingwi Ġermaniż
Għalliema Salomon Stricker (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib
neurologist (en) Translate
psikjatra
professur
Impjegaturi Università ta' Vjenna
Università ta' Graz
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina]]
    (1925)
    [[Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina]]
    (1926)
    [[Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina]]
    (1927)
    [[Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina]]
    (1928)
Sħubija Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi
Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi
Austrian Academy of Sciences (en) Translate
Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
University singers and bards of Vienna (en) Translate

Ħajja bikrija immodifika

 
L-istemma araldika tal-familja Wagner-Jauregg li ngħatat fl-1883.

Julius Wagner-Jauregg twieled bħala Julius Wagner fis-7 ta' Marzu 1857 f'Wels, l-Awstrija ta' Fuq, iben Adolph Johann Wagner u Ludovika Jauernigg Ranzoni.[2] Isem il-kunjom ta' familtu nbidel u sar "Wagner von Jauregg" meta missieru ngħata t-titlu ta' "Ritter von Jauregg" (titlu ereditarju ta' nobbiltà) fl-1883 mill-Imperu Awstrijak-Ungeriż. B'hekk żamm l-isem Julius Wagner Ritter von Jauregg sal-1918 meta l-imperu ġie xolt, u n-nobbiltà ġiet abolita. Il-kunjom tal-familja tqassar għal "Wagner-Jauregg".[3] Huwa attenda x-Schottengymnasium fi Vjenna qabel ma kompla jistudja l-Mediċina fl-Università ta' Vjenna mill-1874 sal-1880, fejn studja wkoll ma' Salomon Stricker fl-Istitut tal-Patoloġija Ġenerali u Sperimentali. Huwa kiseb id-dottorat tiegħu fl-1880 bit-teżi "L'origine et la fonction du cœur accéléré". Huwa telaq mill-Istitut fl-1882.[2]

Snin ta' wara immodifika

Wara li telaq mill-klinika, huwa wettaq esperimenti fil-laboratorju fuq l-annimali, li ma tantx kienu jiġu pprattikati wisq dak iż-żmien. Mill-1883 sal-1887 huwa ħadem ma' Maximilian Leidesdorf fil-Klinika Psikjatrika, għalkemm it-taħriġ oriġinali tiegħu ma kienx fil-patoloġija tas-sistema nervuża. Fl-1889 huwa kien is-suċċessur tal-famuż Richard von Krafft-Ebing fil-Klinika Newro-Psikjatrika tal-Università ta' Graz, u beda r-riċerka tiegħu fuq il-glandola tat-tirojde, il-kretiniżmu u l-jodju. Fl-1893 huwa sar il-Professur Straordinarju tal-Mard Psikjatriku u tas-Sistema Nervuża, u d-Direttur tal-Klinika tal-Mard Psikjatriku u tas-Sistema Nervuża fi Vjenna, bħala s-suċċessur ta' Theodor Meynert. Student u assistent ta' Wagner-Jauregg matul dan iż-żmien kien Constantin von Economo.[2]

Għaxar snin wara, fl-1902, Wagner-Jauregg mar jaħdem fil-klinika psikjatrika tal-Isptar Ġenerali u fl-1911 reġa' lura fil-kariga preċedenti tiegħu. Fl-1935, huwa ngħata l-Premju Cameron għat-Terapewtika tal-Università tal-Edinburgu.[2]

Premju Nobel immodifika

Ix-xogħol prinċipali li wettaq Wagner-Jauregg matul ħajtu kien marbut mat-trattament tal-mard mentali bl-induzzjoni tad-deni, magħruf bħala piroterapija. Fl-1887 huwa investiga l-effetti ta' mard li jqabbad id-deni fuq il-psikożi, u uża l-erisipela u t-tuberkulin (skoperti fl-1890 minn Robert Koch). Peress li dawn il-metodi ta' trattament ma ħadmux tajjeb ħafna, huwa pprova fl-1917 l-inokulazzjoni tal-parassiti tal-malarja, u din kienet suċċess kbir fil-każ tad-dimenzja paralitika (imsejħa wkoll pareżi ġenerali tan-nies b'mard mentali), ikkawżata min-newrosifilide, li dak iż-żmien kienet marda terminali.[4] Kien ġie osservat li wħud li żviluppaw deni għoli setgħu jiġu mfejqa mis-sifilide.

Għalhekk, mill-1917 sa nofs is-snin 40 tas-seklu 20, il-malarja indotta bl-inqas parassita aggressiva, Plasmodium vivax, intużat bħala trattament għas-sifilide terzjarja minħabba li kienet tipproduċi deni għoli u fuq perjodu twil ta' żmien (forma ta' piroterapija). Dan kien meqjus bħala riskju aċċettabbli minħabba li iktar 'il quddiem il-malarja setgħet tiġi ttrattata bil-kinina, li kienet disponibbli dak iż-żmien. Din l-iskoperta wasslitu biex jirbaħ il-Premju Nobel għall-Mediċina fl-1927. Il-pubblikazzjoni prinċipali tiegħu kienet ktieb bit-titlu Verhütung und Behandlung der progressiven Paralyse durch Impfmalaria (Il-Prevenzjoni u t-Trattament tal-Paraliżi Progressiva bl-Inokulazzjoni tal-Malarja) fil-Volum Memorjali tal-Manwal tat-Terapija Sperimentali tal-1931. It-teknika kienet magħrufa bħala malarjoterapija; madankollu, kienet tassew perikoluża, u kienu jmutu madwar 15 % tal-pazjenti; b'hekk ma għadhiex tintuża iktar.[5]

Trattament sesswali għall-psikożi immodifika

Wagner-Jauregg ordna taħlitiet tat-tirojde u tal-ovarji lil pazjenti psikotiċi adolexxenti li kienu esperjenzaw dewmien fil-pubertà tagħhom, u dawn wasslu għall-iżvilupp tal-karatteristiċi sesswali sekondarji tagħhom u tnaqqis fil-psikożi tagħhom. Pazjenti oħra ġew meqjusa li kienu skizzofreniċi minħabba masturbazzjoni eċċessiva, u Wagner-Jauregg kien jisterilizzahom, bir-riżultat li kien jitqies bħala kundizzjoni "mtejba".[6]

Irtirar immodifika

Fl-1928, Wagner-Jauregg irtira mill-kariga tiegħu iżda baqa' attiv u f'saħħtu sa mewtu fis-27 ta' Settembru 1940. Meta kien irtirat, huwa ppubblika kważi 80 dokument xjentifiku. Bosta skejjel, toroq u sptarijiet fl-Awstrija ssemmew għalih.[2]

Ideoloġija u affiljazzjoni Nażista immodifika

Lejn l-aħħar jiem ta' ħajtu, Wagner-Jauregg kien influwenzat min-nazzjonaliżmu Ġermaniż ta' Hitler, u sar anti-Semita[7] u simpatizzant tan-Nażiżmu.[8] Evidenza dokumentarja tindika li huwa kien jappoġġa lill-Partit Nażista ftit wara l-invażjoni tal-Awstrija mill-Ġermanja fl-1938.[9][10][11][12] Madankollu, kummissjoni kontra n-Nażiżmu fl-Awstrija sabet li l-applikazzjoni tiegħu għas-sħubija fl-NSDAP kienet ġiet irrifjutata "...għal raġunijiet ta' razza", peress li martu Balbine Frumkin kienet Lhudija.[13]

Wagner-Jauregg kien favur l-ideoloġija tal-iġjene razzjali msejħa ewġenika, u influwenza studenti bħal Alexander Pilcz[13], li mbagħad sar awtur ta' manwal standard dwar il-psikjatrija razzjali li kienet tikkritika lil-Lhud li kienu suxxettibbli għall-mard mentali.[14]

Huwa kien ukoll favur l-isterilizzazzjoni sfurzata tan-nies kriminali u bil-mard mentali, u approva l-kunċett fl-1935 meta kien membru tas-Soċjetà Antropoloġika Awstrijaka.[15]

Huwa kien il-President tal-Lega Awstrijaka għar-Riġenerazzjoni u għall-Eredità Razzjali, li kienet favur l-isterilizzazzjoni ta' dawk li kellhom ġenetika inferjuri.[16]

Referenzi immodifika

  1. ^ "The Nobel Prize in Physiology or Medicine 1927". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-27.
  2. ^ a b ċ d e "Physiology or medicine, 1922-1941", Jan Lindsten. World Scientific, 1999. p. 170. ISBN 981-02-3410-4, ISBN 978-981-02-3410-2.
  3. ^ "Julius Wagner-Jauregg Biography (1857-1940)". www.faqs.org. Miġbur 2021-09-27.
  4. ^ Raju T (2006). "Hot brains: manipulating body heat to save the brain". Pediatrics. 117 (2): e320–1.
  5. ^ Gretchen Vogel (8 November 2013). "Malaria as a Lifesaving Therapy". Science. 342 (6159): 686.
  6. ^ "Endocrine Psychiatry: Solving the Riddle of Melancholia", Edward Shorter, Max Fink. Oxford University Press US, 2010. p. 23. ISBN 0-19-973746-0, ISBN 978-0-19-973746-8.
  7. ^ "Shock therapy: a history of electroconvulsive treatment in mental illness", Edward Shorter, David Healy. Rutgers University Press, 2007. p. 20. ISBN 0-8135-4169-7, ISBN 978-0-8135-4169-3.
  8. ^ "Madhouse: A Tragic Tale of Megalomania and Modern Medicine", Andrew Scull. Yale University Press, 2007. p. 86. ISBN 0-300-12670-0, ISBN 978-0-300-12670-9.
  9. ^ "The Trials of Masculinity: Policing Sexual Boundaries, 1870-1930", Angus McLaren. University of Chicago Press, 1999. ISBN 0-226-50068-3, ISBN 978-0-226-50068-3.
  10. ^ "A historical dictionary of psychiatry", Edward Shorter. Oxford University Press US, 2005. p. 299. ISBN 0-19-517668-5, ISBN 978-0-19-517668-1
  11. ^ "The complete idiot's guide to understanding the brain", Arthur Bard, Mitchell Geoffrey Bard. Alpha Books, 2002. p. 49. ISBN 0-02-864310-0, ISBN 978-0-02-864310-6.
  12. ^ Julius Wagner-Jauregg (1857-1940), Magda Whitrow. Smith-Gordon, 1993. p. 199. ISBN 1-85463-012-1, ISBN 978-1-85463-012-4.
  13. ^ a b "Vienna: a doctor's guide : 15 walking tours through Vienna's medical history", Wolfgang Regal, Michael Nanut. Springer, 2007. p. 75. ISBN 3-211-48949-5, ISBN 978-3-211-48949-9.
  14. ^ "Love+marriage: and other essays on representing difference", Sander L. Gilman. Stanford University Press, 1998. p.105-106. ISBN 0-8047-3262-0, ISBN 978-0-8047-3262-8.
  15. ^ "Interwar Vienna: Culture Between Tradition and Modernity", Deborah Holmes, Lisa Silverman. Camden House, 2009. p. 101. ISBN 1-57113-420-4, ISBN 978-1-57113-420-2.
  16. ^ "Freud's foes: psychoanalysis, science, and resistance", Kurt Jacobsen. Rowman & Littlefield, 2009. p. 105. 0742522636, 9780742522633.