James Aaron Ellul

Politiku, Ġurnalist, Kittieb

James Aaron Ellul (3 ta' Lulju, 1995) huwa politiku, ġurnalist u kittieb. Huwa Kunsillier fil-lokalità tal-Furjana. Ellul huwa l-iżgħar Kunsiller li qatt kien hemm fil-Kunsill Lokali tal-Furjana, huwa kien elett meta kellu biss 19-il sena fis-sena 2015[1]. Huwa kien appuntat Kap tal-Minoranza fil-Kunsill Lokali tal-Furjana fl-2016, u direttur tal-komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fl-2023.[2]

James Aaron Ellul
kunsillier

Ħajja
Twelid 3 Lulju 1995 (28 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ġurnalist

Studju, Ħajja Personali u Familja immodifika

Ellul studja fil-Kulleġġ Santu Wistin f'Tal-Pietà, Ġ.F. Abela Junior College, u ggradwa fil-Baċellerat tal-Arti bl-Unuri fil-Malti mill-Università ta’ Malta. It-teżi tiegħu kienet titratta l-użu tat-termini letterarji użati fid-diskorsi li għamel l-Eks Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami.[3]

In-negozju tal-familja ta' Ellul fil-Floriana twaqqaf fl-1881 mill-buż-buż-nannu ta' James Aaron Ellul, Lorenzo. Il-laqam tal-familja huwa dak ta' "Ta' Quattromani".[4]

Ġurnaliżmu immodifika

Ellul beda jaħdem bħala ġurnalist ma’ Net News fl-2014.[5] Huwa jaħdem ukoll bħala xandar tal-aħbarijiet għal Net News, kif ukoll bħala producer ta’ programm fuq Net TV bl-isem PROFILI. Qabel PROFILI kien jipproduċi u jippreżenta l-programm Magħkom.

PROFILI huwa programm ta’ intervisti, li jiltaqa’ ma’ xi uċuħ familjari li ħallew impatt fuq il-ħajja ta’ ħafna madwar l-arċipelagu u lil hinn.[6][7]

Fl-2019 Ellul ifforma wkoll parti minn programm li kien janalizza l-futbol lokali.[8]

Il-Partit Nazzjonalista ħatru fil-kariga ta' direttur tal-kommunikazzjoni fi ħdanu f'April tal-2023, minflok Simon Vella Gregory.[2]

Politika immodifika

Fis-snin meta kien student, James Aaron Ellul kien pjuttost attiv f'organizzazzjoni studenteski, bħal pereżempju fl-SDM (Studenti Demokristjani Maltin) huwa wkoll kien attiv fil-fergħa taż-żgħażagħ tal-PN, l-MŻPN (Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista). Bejn l-2018 u l-2021 huwa serva bħala Uffiċjal tal-Politika Soċjali[9][10]

Ta’ 17-il sena, Ellul involva ruħu wkoll fil-politika lokali fejn ingħaqad mal-kumitat lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Furjana. Fl-età biss ta’ 18-il sena Ellul ġie elett fil-kariga ta’ President. Huwa għadu l-iżgħar President li qatt ġie elett f’kumitat lokali fil-fergħat lokali tal-PN. James Aaron Ellul serva f'dan l-irwol għal kważi 8 snin qabel ma r-riżenja sabiex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fl-2022.

Kunsilli Lokali immodifika

Fil-11 ta’ April 2015, Ellul ġie elett bħala Kunsillier Lokali għal-lokalità tal-Floriana, u sar l-iżgħar Kunsillier Lokali elett f’din il-lokalità[11].

Sitt snin wara, fil-25 ta’ Mejju 2019, Ellul reġa’ ġie elett fil-Kunsill Lokali tal-Furjana [12] wara li kiseb l-aktar voti mill-kandidati tal-PN u kiseb ukoll 88% tal-voti mitfugħa lill-PN. Huwa serva t-tieni mandat tiegħu bħala Kap tal-Minoranza hekk kif il-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jikseb il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Kunsill Lokali tal-Furjana.

Ix-xogħol tiegħu fil-Furjana huwa ffukat prinċipalment fuq il-ħidma ta' riġenerazzjoni tal-lokalità[13]. Ilu jaħdem fuq investiment xieraq fil-Furjana, u li l-Gvern għandu jiddiskuti dak kollu li jikkonċerna lill-Furjaniżi u lill-Furjana mal-Kunsill Lokali, speċjalment fuq kwistjonijiet Nazzjonali li jolqtu lir-residenti, bħal pereżempju l-investiment fi Triq Sant’Anna fil-Furjana[14].

Sal-2022 huwa ressaq aktar minn 55 mozzjoni fil-Kunsill. Waħda minnhom kienet dwar investiment u upkeep xieraq fil-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana[15].

Unuri immodifika

James Aaron Ellul kien wieħed mill-10 żgħażagħ l-aktar li jispikkaw għall-2020. Ellul rebaħ l-unur: Il-Politika Legali u/jew Governattiva[16].

Pubblikazzjonijiet immodifika

Fl-2022, Ellul ippubblika studju dwar is-Sistema Elettorali ta' Malta, bit-tema prinċipali tkun ir-Riżultat Elettorali tal-2008[17]. Matul il-bidu tal-2023, James Aaron Ellul ħabbar li se jiġi ppubblikat studju dwar Eddie Fenech Adami[18].

Biblijografija immodifika

  • 2022 – Pioneers of Democracy: A Study of Malta’s Electoral System with a Focus On the 2008 Electoral Result[19]
  • 2023 - Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami [20]

Ħoloq esterni immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ "L-Uffiċċju Elettorali". Kummissjoni Elettorali. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  2. ^ a b "Journalist appointed PN communications director". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-26.
  3. ^ "Lista tat-teżijiet li saru fid-Dipartiment tal-Malti" (PDF). Università ta' Malta. Miġbur 2009-04-04.
  4. ^ "Rakkont dwar il-familja ta' Ellul". The People of Malta. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  5. ^ "James Aaron Ellul, Awtur NETnews" (bil-Malti). Miġbur 2023-02-01.
  6. ^ "PROFILI - Programm imxandar fuq NET Television". You Tube. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  7. ^ "PROFILI - Programm imxandar fuq NET Television". Net on Demand. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-01-29. Miġbur 2023-12-23. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |4= (għajnuna)
  8. ^ https://netnews.com.mt/2019/08/21/replay-20-sena-ta-produzzjoni/
  9. ^ "Pubblikazzjoni dwar Ellul". issuu. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  10. ^ ""Il-Partit Nazzjonalista jrid isir żagħżugħ" – Il-Kap tal-PN Adrian Delia". Net News. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  11. ^ "Ir-riżultat tal-elezzjoni". Kummissjoni Elettorali. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  12. ^ "Ir-riżultat tal-elezzjoni". Kummissjoni Elettorali. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  13. ^ "Kitba dwar l-importanza ta' riġenerazzjoni fil-lokal". Times of Malta. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  14. ^ ""Azzjoni issa qabel ikun tard wisq" – James Aaron Ellul". Net News. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  15. ^ "Jipproponi park tal-familja fil-Furjana". Newsbook. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  16. ^ https://maltabusinessweekly.com/jci-malta-awards-the-ten-most-outstanding-young-people-for-2020/11307/. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  17. ^ A_Study_of_Malta_s_Electoral_System_with_a_Focus_On_the_2008_Electoral_Result/ https://www.academia.edu/83710689/ A_Study_of_Malta_s_Electoral_System_with_a_Focus_On_the_2008_Electoral_Result/ Iċċekkja l-valur ta' |url= (għajnuna). Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  18. ^ https://maltadaily.mt/a-first-of-its-kind-il-kelma-ta-eddie-fenech-adami-soon-to-be-published//. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  19. ^ https://www.academia.edu/83710689/A_Study_of_Malta_s_Electoral_System_with_a_Focus_On_the_2008_Electoral_Result. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)/
  20. ^ https://www.midseabooks.com/shop/language-literature/il-kelma-ta-eddie-fenech-adami. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)/