J. A. Baker

awtur Ingliż

John Alec Baker kien awtur Ingliż magħruf l-aktar għall-ktieb The Peregrine, illi rebaħ id-Duff Cooper Prize fl-1967. Robert Macfarlane sejjaħlu "kapolavur tal-letteratura non-fiction tas-seklu 20" meta kiteb id-daħla għall-edizzjoni tan-New York Review Books.[1] Fuq il-qoxra ta' wara tal-istess edizzjoni, James Dickey jistqarr li l-ktieb "jittraxxendi kull kitba naturistika ta' żmienna," filwaqt li Barry Lopez jgħid li l-ktieb hu "wieħed fost l-aktar rakkonti dwar in-natura miktubin sabiħ, osservati b'reqqa u evokattivi." Werner Herzog qal li hu "l-ktieb waħdani li nistedinkom taqraw jekk tridu tagħmlu l-films,"[2] and said elsewhere "... it has prose of the caliber that we have not seen since Joseph Conrad."[3]

J. A. Baker
Ħajja
Twelid Chelmsford (en) Translate, 6 Awwissu 1926
Nazzjonalità Renju Unit
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda
Mewt Witham (en) Translate, 26 Diċembru 1986
Manjiera tal-mewt kawżi naturali (kanċer)
Edukazzjoni
Alma mater King Edward VI Grammar School, Chelmsford (en) Translate
Lingwi Ingliż Brittaniku
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
Impjegaturi Oxford University Press
British Museum
The Automobile Association

Il-ktieb jirrakkonta sena waħda minn Ottubru sa April (x'aktarx tal-1962/3) mill-ossessjoni tal-awtur dwar il-bies, li damet għaddejja għaxar snin sħaħ, u li kien iqatta' x-xtiewi qrib fejn kien joqgħod Baker, f'Chelmsford, Essex fl-Ingilterra tal-Lvant. Il-kitba hi lirika, u rwol l-awtur ta' osservatur ħabrieki jinbidel fuq livell personali hekk kif Baker isir, fi kliem James Dickey, "twaħħida bejn l-għasfur u l-bniedem."

Il-ktieb l-ieħor li qatt kiteb Baker kien The Hill of Summer, tal-1969, rakkont liriku u viżjonarju ta' mixjet is-sajf fl-inħawi l-aktar selvaġġi tal-Ingilterra tan-Nofsinhar. Għad illi mhux magħruf daqs The Peregrine, xorta jgawdi l-istess reputazzjoni għall-ġmiel letterarju u l-preċiżjoni naturalista.

Baker kien twieled fis-6 ta' Awwissu 1926 u għex Chelmsford, Essex. Ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-King Edward VI Grammar School, Chelmsford. Il-kotba tiegħu huma msejsin fuq l-osservazzjoni tiegħu tal-għasafar fil-kampanja ta' Essex l-aktar fl-inħawi li jibdew minn Chelmsford u jibqgħu sejrin sal-kosta. Għad illi kien jaħdem mal-Automobile Association, Baker ma kienx jista' jsuq u kien iterraq bir-rota. F'xil-1970 qabdu r-rewmatiżmu u ħariġlu l-kankru minħabba fil-pilloli li kien jieħu biex itaffi r-rewmatiżmu. Miet fis-26 ta' Diċembru 1987.

L-Università ta' Essex għandha xi oġġetti li kienu tiegħu, fosthom id-djarji, l-abbozzi tal-kotba, l-abbozzi korretti, il-korrispondenza tiegħu, u t-tagħmir ottiku li kien juża biex josserva l-għasafar. [4]

ReferenziEdit

  1. ^ The Peregrine by J.A. Baker, Introduction by Robert Macfarlane, New York Review Books 2005, ISBN 9781590171332
  2. ^ "Werner Herzog's Masterclass". Youtube.
  3. ^ "Werner Herzog's Required Reading".
  4. ^ "Launch of University of Essex J A Baker Archive".