Henri Frederic Amiel

filosfu u poeta Żvizzeru (1821-1881)

Henri Frédéric Amiel (pronunzja bil-Franċiż: ​[ɑ̃ʁi fʁedeʁik amjɛl]; twieled fis-27 ta' Settembru 1821 – miet fil-11 ta' Mejju 1881) kien filosfu morali, poeta u kritiku Żvizzeru.

Henri Frederic Amiel

Ritratt fotografiku minn Jean-Francois Artus.
Ħajja
Twelid Ġinevra, 27 Settembru 1821, 1821
Nazzjonalità Żvizzera
Mewt Ġinevra, 11 Mejju 1881
Post tad-dfin Cemetery of Clarens (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Ġinevra
Università Friedrich-Wilhelms
Lingwi Franċiż
Standard High German (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
filosofu
djarist
kittieb
għalliem fl-università
kritiku letterarju
traduttur
Impjegaturi Università ta' Ġinevra  (1854 -
Moviment Idealiżmu Ġermaniż

Bijografija immodifika

Imwieled f'Ġinevra fl-1821, Amiel kien dixxendent minn familja Huguenot li marret tgħix fl-Iżvizzera wara r-revoka tal-Editt ta' Nantes.

Wara li tilef lill-ġenituri tiegħu ta' età bikrija, Amiel ivvjaġġa ħafna, sar midħla mal-mexxejja intellettwali tal-Ewropa, u għamel studju speċjali tal-filosofija Ġermaniża f'Berlin. Fl-1849 huwa nħatar bħala professur tal-estetika fl-Akkademja ta' Ġinevra, u fl-1854 sar professur tal-filosofija morali.

Dawn il-ħatriet, mogħtija mill-partit demokratiku, ċaħħduh mill-appoġġ tal-partit aristokratiku, li kellhom patrunaġġ dominanti għall-kultura kollha tal-belt. Dan l-iżolament ispira ktieb li Amiel baqa' magħruf għalih, il-Journal Intime ("Ġurnal Privat"), li wara li ġie ppubblikat wara mewtu, kiseb reputazzjoni Ewropea. Ġie tradott bl-Ingliż mill-kittieba Brittanika Mary Augusta Ward fuq suġġeriment tal-akkademiku Mark Pattison.[1]

Għalkemm mudest bħala volum ta' output, il-Ġurnal ta' Amiel kiseb simpatija li l-awtur ma rnexxilux jikseb f'ħajtu. Minbarra l-Journal, huwa pproduċa diversi volumi ta' poeżija u kiteb studji dwar Erasmus, Madame de Stael u kittieba oħra. Il-korrispondenza estensiva tiegħu ma' Égérie, l-isem tal-pinna li ta lil Louise Wyder, ġiet ippreservata u ppubblikata fl-2004.[2]

 
Il-qabar fl-2024.

Huwa miet f'Ġinevra fil-11 ta' Mejju 1881 tal-età ta' 59 sena. Amiel kien midfun fiċ-ċimiterju ta’ Clarens fil-canton ta’ Vaud. Il-lapida għandha kwotazzjoni mill-Ittra lill-Galatin 6,8:

"CELUI QUI SEME POUR L'ESPRIT MOISSONERA DE L'ESPRIT LA VIE ETERNELLE." ("min jiżra' biex jogħġob lill-Ispirtu, mill-Ispirtu jaħsad il-ħajja ta' dejjem.")

Il-filosfu Franċiż Ludovic Dugas, hu u jipprova jiddeskrivi fenomenu psikoloġiku ġdid, ħa l-l-kelma "depersonalizzazzjoni" mill-Journal intime ta' Amiel, "Għalija kollox stramb, nista' noħroġ minn ġismi, tiegħi bħala individwu, jiena depersonalizzat, imbiegħed, 'il bogħod". Dugas qies din id-deskrizzjoni bħala waħda litterali, iżda ftit paragrafi iktar 'l isfel Amiel jiċċara: "jidhirli li dawn l-esperjenzi mentali (transformations mentales) mhuma xejn iktar minn esperjenzi filosofiċi. Mhux marbut ma l-ebda waħda b'mod partikolari".[3]

Xogħlijiet immodifika

  • Berlin au printemps de l’année 1848 (1849).
  • Du mouvement littéraire dans la Suisse romane et de son avenir (1849).
  • Grains de mil (1854).
  • Il penseroso (1858).
  • La Cloche (1860).
  • La Part du rêve (1863).
  • L’Escalade de MDCII (1875).
  • Charles le Téméraire (1876).
  • Les Étrangères (1876).
  • L’Enseignement supérieur à Genève depuis la fondation de l’Académie depuis le 5 juin 1559 (1878).
  • Jean-Jacques Rousseau jugé par les Genevois d’aujourd’hui (1879).
  • Jour à jour (1880).
  • Fragments d’un journal intime (1884), it-tieni edizzjoni.
  • Amiel's Journal: The Journal Intime of Henri-Frédéric Amiel (1885), traduzzjoni ta' Humphry Ward. Macmillan.
  • Philine (1927).
  • Lettres de jeunesse (1904).
  • Essais, critiques (1931).

Iktar qari immodifika

  • Arnold, Matthew (1888). "Amiel." In: Essays in Criticism. Londra: Macmillan & Co., pp. 300–331.
  • Barry, William (1909). "An Apostle of Nirvana: H.F. Amiel." In: Heralds of Revolt. Londra: Hodder & Stoughton, pp. 102–119.
  • Brooks, Van Wyck (1913). "Amiel." In: The Malady of the Ideal. Londra: A.C. Fifield, pp. 81–103.
  • Pater, Walter (1901). "Amiel's 'Journal Intime'." In: Essays from 'The Guardian'. Londra: Macmillan & Co., pp. 17–37.
  • Ward, Mary A. (1921). Introduction to Amiel's Journal. Londra: Macmillan & Co., pp. vii–xiii.

Referenzi immodifika

  1. ^ Sanders, Valerie (1996). Eve's Renegades: Victorian Anti-Feminist Women Novelists. New York: St. Martin's Press, p. 37.
  2. ^ Henri Frédéric Amiel, Louise Wyder, Louis Vannieuwenborgh - 2004 Louise Wyder, " Égérie ", est l'une d'entre elles. Proche ou lointaine, elle a accompagné Amiel pendant près de trente-trois ans.
  3. ^ Sierra, M.; Berrios, G.E. (June 1997). "Depersonalization: a conceptual history". History of Psychiatry. 8 (30): 213–229. ISSN 0957-154X.