Edward Snowden
Edward Joseph Snowden (Elizabeth City, 21 ta' Ġunju 1983)[1] huwa informatiku Amerikan u eks-kuntrattur tekniku għall-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali (NSA) u l-Aġenzija Ċentrali tal-Intelliġenza (CIA) li ħareġ informazzjoni sensittiva tal-gvern Amerikan u Brittaniku lill-istampa.
Flimkien ma' Glenn Greenwald tal-gazzetta Ingliża The Guardian, li ppubblikat serje ta' exposés ibbażati fuq l-iżvelar ta' Snowden f'Ġunju tal-2013, Snowden żvela informazzjoni fuq varjetà ta' programmi ta' intelliġenza klassifikati, fosthom l-interċettazzjoni ta' metadati ta' telefonati Amerikani u Ewropej u l-programmi ta' sorveljanza elettronika PRISM u Tempora. Snowden irrimarka li dawn ir-rivelazzjonijiet kienu sforz "sabiex ninforma lill-pubbliku, fuq dak li jsir f'isimhom u dak li qed isir kontrihom."[2]
Nhar l-14 ta' Ġunju 2013, il-prosekuturi federali tal-Istati Uniti akkużaw lil Snowden bi spjunaġġ u serq ta' proprjetà governattiva.[3] Snowden kien ħalla l-Istati Uniti qabel il-pubblikazzjoni tar-rivelazzjonijiet tiegħu, l-ewwel lejn Ħong Kong u wara lejn ir-Russja, fejn irċieva ażil temporanju.
Referenzi
immodifika- ^ Ackerman, Spencer (2013-06-10). "Edward Snowden failed in attempt to join US army's elite special forces unit" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2013-06-10.
- ^ Gellman, Barton; Blake, Aaron; Miller, Greg (2013-06-09). "Edward Snowden comes forward as source of NSA leaks" (bl-Ingliż). The Washington Post. Miġbur 2013-06-09.
- ^ Finn, Peter; Horwitz, Sari (2013-06-21). "U.S. charges Snowden with espionage" (bl-Ingliż). The Washington Post. Miġbur 2013-06-21.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Edward Snowden |
- (EN) Dikjarazzjoni ta' WikiLeaks dwar it-tluq ta' Edward Snowden minn Ħong Kong, WikiLeaks
- (EN) Dikjarazzjoni tal-Gvern ta' Ħong Kong fuq Edward Snowden, Gvern ta' Ħong Kong