Dong Fangzhuo (twieled fit-23 ta' Jannar 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Ċiniż li kien jilgħab bħala attakkant.

Dong Fangzhuo
Informazzjoni personali
Twelid23 ta' Jannar 1985 (1985-01-23) (39 sena)
DalianĊina
Tul1.83 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
2002Dalian Saidelong
2002–2004Dalian Shide
2004–2008Manchester United
2004–2006Royal Antwerp (self)
2008–2010Dalian Haichang
2010Legia Warsaw
2010–2011Portimonense
2011Mika
2012–2013Hunan Billows
2014Hebei Zhongji
Tim nazzjonali
2005–2008Ċina

Karriera immodifika

Ċina immodifika

Dong ġie fil-prominenza fis-sena 2000 meta hu ġie msejjaħ Plejer tat-Turnew f'kompetizzjoni tal-futbol għal taħt is-sbatax-il sena. Huwa ffirma mat-tim ta' Dalian Saidelong u għenhom biex jispiċċaw it-tieni post tal-kampjonat Ċiniż B fl-2002. Din tagħtu ċ-ċans fit-tim Ċiniż ta' taħt it-tlieta u għoxrin sena. Hu mexa għal mat-tim Dalian Shide, l-aktar klabb b'suċċessi fiċ-Ċina. Dong skorja l-ewwel gowl għal Dalian Shide fit-tieni partita tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-AFC Champions League 2002–03.

Ewropa immodifika

F'Jannar 2010, Dong ingħaqad mat-tim ta' Manchester United għal somma inizzjali ta' £500,000 li eventwalment setgħet titla' għal £3,500,000 skont in-numru ta' dehriet li jagħmel.[1] B'hekk hu sar l-ewwel Ċiniż li ngħaqad ma' Manchester United. Minħabba li ma kienx eleġibbli għal permess tax-xogħol, Dong ġie msellef lit-tim Belġjan ta' Royal Antwerp fil-Belġju biex jakkwista aktar esperjenza mal-ewwel tim

Fl-ewwel staġun hu skorja gowl wieħed f'disa' apparenzi. It-tieni staġun (2004–05) beda tajjeb hekk kif hu irnexxielu jsib ix-xibka sitt darbiet minn seba' dehriet (kollha bħala sostitut). Madanakollu, minħabba li kien sofra xi problemi fiżiċi u anki minħabba dmirijiet mat-tim nazzjonali taċ-Ċina taż-żgħar, il-forma tiegħu iddeterjorat fl-aħħar parti tal-istaġun hekk kif hu skorja seba' gowls fi 22 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha. Fil-bidu tal-istaġun ta' wara, hu ġie msejjaħ biex jingħaqad mat-tim ta' Manchester United għal xi logħob ta' ħbiberija ta' qabel l-istaġun li kienu se jintlagħbu ġewwa l-Asja u ngħata n-numru 43. Id-debutt wasal kontra Hong Kong XI u dan id-debutt immarkah b'gowl fir-rebħa ta' 2–0.

Fl-istaġun 2005–06 ma' Royal Antwerp, Dong impressjona hekk kif hu spiċċa l-aqwa skorer kemm għat-tim tiegħu kif ukoll fil-kampjonat Belġjan meta skorja 18-il gowl fosthom żewġ tripletti. Fl-2006, hu reġa' ngħaqad ma' Manchester United fil-logħob ta' qabel l-istaġun din id-darba fl-Afrika t'Isfel. Hu skorja l-gowl tar-rebħa kontra Kaiser Chiefs. Kien irrappurtat li Dong kellu ċ-ċans li jikseb iċ-ċittadinanza Belġjana, però din l-għażla kienet ittelfu ċ-ċittadinanza Ċiniżau b'hekk ma ġiet qatt ikkunsidrata.

Hu beda l-istaġun 2006–07 f'forma tajba ma' Antwerp hekk kif skorja ħdax-il gowl fi ħmistax-il preżenza. Fil-15 ta' Diċembru 2006, wara tliet snin mit-trasferiment għall-klabb ta' United, Dong finalment ingħata permess tax-xogħol fir-Renju Unit wara li għamel dehriet biżżejjed għat-tim nazzjonali Ċiniż fis-sentejn ta' qabel. Bl-eleġibbilità tiġi kkonfermata, hu ġie ngħata kuntratt ġdid sal-2010,[2] u ngħaqad mal-ewwel tim ta' Manchester United fis-17 ta' Jannar 2007, fejn ingħata l-flokk numru 21.

Dong iddebutta f'Old Trafford għal Manchester United f'logħba ta' karità kontra Europe XI fit-13 ta' Marzu 2007. Hu ssostitwixxa lil Alan Smith fit-72 minuta fir-rebħa ta' 4–3. Hu kien plejer regolari fit-tim tar-riservi ta' Manchester United, u fid-9 ta' Mejju 2007, Dong għamel id-debutt fil-Premier League għal United kontra Chelsea fi Stamford Bridge, fejn ma' Ole Gunnar Solskjær ifforma l-koppja offensiva tar-Red Devils.

Fit-12 ta' Diċembru 2007, Dong iddebuta fiċ-Champions League fejn daħal bħala sostitut fl-aħħar partita tal-fażi ta' kwalifikazzjoni kontra Roma, fejn ħa post l-attakkant Wayne Rooney. B'din id-dehra, Dong sar biss it-tieni plejer Ċiniż li qatt deher f'din il-kompetizzjoni tant prestiġjuża għall-klabb Ewropej; l-ewwel wieħed kien Sun Xiang.

Qabel il-bidu tal-istaġun 2008–09, Dong ma ngħatax numru tat-tim, bin-numru 21 jieħdu ż-żagħżugħ Rafael Pereira da Silva. Fit-28 ta' Awwissu 2008, Dong u Manchester United qablu unanimament li l-kuntratt jiġi mħassar biex b'hekk ikunu jista' jsib tim ieħor biex jilgħab aktar mal-ewwel tim.[3]

Lura ċ-Ċina immodifika

Fis-27 ta' Awwissu 2008, l-istampa Ċiniża ħabbret li Dong Fangzhuo kien se jingħaqad mal-klabb Dalian Haichang, fejn ingħata n-numru 9. Madanakollu l-prestazzjonijiet tiegħu ftit li xejn tjiebu, minkejja aspettattivi kbar wara l-esperjenza tiegħu fl-Ingilterra. Riżultat t'hekk spiċċa relegat mat-tim tar-riservi.

Legia Warszawa immodifika

Wara li attenda kamp ta' taħriġ mal-klabb Pollakk ta' Legia Warsaw fi Spanja u Ċipru, Dong iffirma kuntratt ta' tmintax-il xahar b'opzjoni għal sentejn oħra skont il-prestazzjonijiet mal-klabb.[4]

Portimonense immodifika

Il-klabb mit-tieni diviżjoni Portugiża, Portimonense, wara rakkomandazzjoni mill-eks-plejer ta' Manchester United Cristiano Ronaldo, iffirmaw lil Dong f'kuntratt ta' sena f'Awwissu 2010.[5]

Internazzjonali immodifika

Dong kien fit-tim Ċiniż li pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja ta' taħt l-20 sena 2005. Hu ħa sehem fi tliet partiti minn total ta' erbgħa, kollha ħala sostitut.

Dong skorja l-ewwel gowl għat-tim nazzjonali Ċiniż fit-telfa ta' 4–1 kontra l-Iżvizzera f'logħba ta' ħbiberija qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja 2006. Dong ħa sehem riċentament fl-Olimpjadi tas-sajf 2008 fejn fil-partita tal-ftuħ kontra New Zealand daħal bħala sostitut għal Han Peng fid-79 minuta, u kien hu li skorja l-gowl li kiseb pari importanti.

Pronunzja tal-isem immodifika

Il-pronunzja korretta tal-isem ta' Dong hu "Dong Fangzhuo", u mhux "Dong Fangzhou". Il-karattru Ċiniż 卓 fil-Pinyin hi zhuó. Iż-zhuo tal-Pinyin tista' tirreferi ta' wieħed min-numru ta' karattri Ċiniżi - 周 (zhōu), 軸 (zhóu), 肘 (zhǒu) jew 宙 (zhòu). L-iżball hu komunament magħmul minn aġenziji tal-aħbarijiet mill-Punent, bħal BBC u anki l-Premier League, fil-lista tal-iskwadra qabel il-logħba.

Statistika tal-karriera immodifika

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Total
App Gowls App Gowls App Gowls
Dalian Saidelong 2002 14 20 2 5 16 25
Dalian Shide 2003 8 0 0 0 8 0
Royal Antwerp 2003–04 9 1 0 0 9 1
2004–05 19 6 3 1 22 7
2005–06 28 18 1 0 29 18
2006–07 14 9 1 2 15 11
Manchester United 2006–07 1 0 0 0 1 0
2007–08 0 0 2 0 2 0
Dalian Shide 2008 5 0 0 0 5 0
Total 93 54 9 8 107 62

Referenzi immodifika

  1. ^ "Man Utd sign Shide striker Dong Fangzhuo" (bl-Ingliż). CHINAdaily. 2004-01-13. Miġbur 2007-02-28.
  2. ^ "New United deal for Dong" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2007-01-17. Miġbur 2007-02-28.
  3. ^ "Reds confirm Dong exit" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2008-08-28.
  4. ^ "Aktualności - Sylwester Czereszewski: Dong to dobry transfer" (bil-Pollakk). Legia. 2010-02-23.
  5. ^ "Ronaldo helps ex-Man Utd teammate Dong clinch Portimonense move" (bl-Ingliż). TribalFootball. 2010-08-25. Miġbur 2010-08-25.

Ħoloq esterni immodifika