Diskussjoni:Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

(Rindirizzat minn Diskussjoni:L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa)
Latest comment: 13-il sena ilu by Leli Forte

Għażiż Dfalzon, Niffraħlek għall-artiklu li qed tikteb, però jidhirli li "Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa" tagħmel iżjed sens minn "Għaqda Dinjija tas-Saħħa". Għaqda ghandha tifsira idjef minn organizzazzjoni.
Awguri
Leli Forte (d) 13:01, 17 Mejju 2010 (UTC)Wieġeb

Skont riċerka ħafifa fuq Google sibt li l-"Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa" hi l-aktar użata. Madanakollu qisni nara aktar applikabbli "L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa". —Chrisportelli (d) 16:53, 17 Mejju 2010 (UTC)Wieġeb

Milli nista' nara fid-dokumenti uffiċjali tal-gvern dejjem jużaw "Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa"

[1]

[2]

[3]

[4]

Leli Forte (d) 09:52, 18 Mejju 2010 (UTC)Wieġeb

Jien il-ħaġa naraha bħala inkonklużiva minħabba li dipartimenti tal-gvern u entitajiet oħra jużaw iż-żewġ verżjonijiet tal-isem. Ma nara ebda problema li l-artiklu jitmexxa lejn l-isem it-tajjeb. Sibt li tintuża' aktar L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa milli għas-Saħħa. X'taħseb? 11:13, 18 Mejju 2010 (UTC)
Return to "Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa" page.