Cleavon Frendo
Cleavon Frendo (Pietà, 1 ta' Lulju 1985) hu plejer tal-futbol Malti.
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Cleavon Frendo | ||
Twelid | 1 ta' Lulju 1985 Pietà, Malta | ||
Tul | 1.63 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2000–2004 | Pietà Hotspurs | ||
2002–2003 | → Lija Athletic (self) | ||
2004–2008 | Marsaxlokk | ||
2008– | Valletta | ||
2010–2011 | → Qormi FC (self) | ||
2011–2012 | → Sliema Wanderers (self) | ||
2012– | Pietà Hotspurs | ||
Tim nazzjonali | |||
Malta U17 | |||
Malta U19 | |||
Malta U21 | |||
2004– | Malta |
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu. |
KarrieraEdit
Cleavon beda l-karriera professjonali tiegħu fl-2000 ma' Pieta Hotspurs, wara r-ritorn minn ma' Torino fl-Italja. Huwa kien misluf lil Lija Athletic għall-istaġun 2002–03. Huwa mbagħad issieħeb ma' Marsaxlokk, fejn magħhom rebaħ il-kampjonat tal-Premier League fl-istaġun 2006–07.
F'Ġunju 2008, Cleavon flimkien ma' sieħbu tat-tim ta' Marsaxlokk Jamie Pace telqu liċ-Ċampjins tal-istaġun 2006-07 biex issieħbu maċ-ċampjins tal-istaġun 2007-08 Valletta FC.
Frendo għamel id-debutt tiegħu fil-kampjonat ma' Valletta fil-25 ta' Awwissu 2008, meta daħal bħala sostitut fis-76 minuta flok ir- reklutaġġ ġdid Marcelo Peabirú fid-dro ta' 1-1 kontra Sliema Wanderers.
L-ewwel gowl ta' Cleavon għal Valletta skurjah ironikament kontra l-klabb preċedenti tiegħu Marsaxlokk fl-20 ta' Diċembru 2008, meta fl-44 minuta hu sfrutta xutt inizjali minn Gilbert Agius li laqat il-lasta. Dan il-gowl ta' Frendo kien determinanti għal Valletta, fejn rebħu l-logħba 1-0. Għall-istaġun 2011-12 huwa ngħaqad ma' Sliema Wanderers.
Bħalissa, Frendo qiegħed jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni Maltija ma' Pietà Hotspurs.
UnuriEdit
KlabbEdit
- Premier League Malti: 2006–07