Bir id-Deheb hija parti bejn il-lokalitajiet ta' Ħal-Għaxaq u ż-Żejtun. Minkejja l-isem f'dan l-inħawi jekk tmur tfittex żgur mhux ħa sib xi bir tad-deheb. Fil-fatt din il-parti fiż-żmien il-medjuevu kienet tissejjaħ il-"Qasam Ta' Dihib", b'hekk jista' jkun li ġej minn xi kunjom jew laqam tas-seklu XV.

Bir id-Deheb eżattament jinsab fin-naħa ta' fuq taż-Żejtun u fin-naħa t'isfel ta' Ħal-Għaxaq, u minn nofs ta' din il-parti tgħaddi t-triq prinċipali lejn il-kumplament ta' nofsinhar ta' Malta, it-Triq Tal-Barrani. It-Triq Tal-Barrani hi dik it-triq li tifred iż-żewġ lokalitajiet t'hawn fuq. Iżda l-ikbar parti ta' Bir id-Deheb tinsab fiż-Żejtun.

Ġewwa Bir id-Deheb insibu knisja ddedikata lil Madonna tal-Ħniena li tgħamel parti mill-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra fiż-Żejtun. Il-festa ta' din il-knisja f'ġieh il-Madonna tal-Ħniena ssir Ħadd fuq il-15 ta' Settembru,jum il-festa tad-duluri.

Qrib din l-inħawi nsibu irħula oħra żgħar li jagħmlu mall-Belt Żejtunija fosthom Ħal-Ġwann, Ħal-Bajda, Ħal-Bisbut u Ta' Tnella. Insibu wkoll diversi knejjes qrib ta' dan il-post li kollha jagħmlu mal-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra, fosthom il-Knisja ta' Sant' Anġlu, il-Knisja ta' Santa Marija u l-Knisja tal-Madonna ta' Sinjura.

Toroq f'din il-parti insibu diversi fiż-żewġ lokalitajiet u anki l-popolazzjoni mhux daqsekk żgħira li sa anki taqbeż il-popolazzjoni ta' lokalitajiet oħra Maltin u Għawdxin, fost dawn it-toroq insibu:

Ġewwa Ħal-Għaxaq immodifika

Ġewwa ż-Żejtun immodifika