Battir
Battir (bl-Għarbi: بتير) huwa villaġġ Palestinjan fix-Xatt tal-Punent, li jinsab 6.4 km fil-Punent ta' Bethlehem u fil-Lbiċ ta' Ġerusalemm. Fl-2017, il-villaġġ kellu popolazzjoni ta' 4,696 ruħ.[1]
Battir | |
---|---|
Palestina | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Palestina |
Occupied territory | Xatt tal-Punent |
Governorate of the State of Palestine | Governorat ta' Betlem |
Isem uffiċjali |
בתיר بتير |
Ismijiet oriġinali |
בתיר بتير |
Ġeografija | |
Koordinati | 31°43′29″N 35°08′12″E / 31.7247°N 35.1367°EKoordinati: 31°43′29″N 35°08′12″E / 31.7247°N 35.1367°E |
Superfiċjenti | 7.40 kilometru kwadru |
Għoli | 720 m |
Demografija | |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC+2u UTC+3 |
Kien abitat matul il-perjodi Biżantini u Iżlamiċi, u fiċ-ċensimenti Ottomani u tal-Mandat Brittaniku l-popolazzjoni tiegħu ġiet irreġistrata bħala primarjament Musulmana. Fl-imgħoddi, il-villaġġ kien jinsab tul ir-rotta minn Ġerusalemm għal Bayt Jibrin.[2] Battir jinsab ftit 'il fuq mir-rotta moderna tal-linja ferrovjarja Jaffa–Ġerusalemm, li kienet serviet bħala l-linja tal-armistizju bejn Iżrael u l-Ġordan mill-1949 sal-Gwerra tas-Sittin Jum, meta ġiet okkupata minn Iżrael. Fl-2007, Battir kellu popolazzjoni ta' madwar 4,000 ruħ.[3]
Fl-2014, Battir tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, bit-titlu Art taż-Żebbuġ u tal-Vinji — Pajsaġġ Kulturali tan-Nofsinhar ta' Ġerusalemm, Battir.[4]
Storja
immodifikaŻmien il-qedem
immodifikaBattir inbena lejn il-Grigal ta' Khirbet el-Yahud (bl-Għarbi: خربة اليهود, litteralment "Fdal tal-Lhud"), u huwa sit arkeoloġiku li jinkludi l-fdalijiet ta' Betar tal-qedam.[5] Ilu abitat b'mod kontinwu minn Żmien il-Ħadid sas-seklu 2 W.K., meta r-Rumani qerduh matul ir-rewwixta ta' Bar Kokhba.[6] L-isem Għarbi ta' Battir jippreserva l-isem antik tal-villaġġ.[7][8]
Skont tradizzjoni Lhudija partikolari, il-villaġġ huwa wkoll is-sit fejn hemm il-qabar tal-għaref Tannajku Eleazar ta' Modi'im.[9]
Il-Kalċi ta' Warren jingħad li nstab qrib Battir.[10][11][12]
Perjodu Biżantin
immodifikaMużajk mill-aħħar tal-perjodu Biżantin jew mill-bidu tal-perjodu Iżlamiku nstab f'Battir.[13]
Perjodu Ottoman
immodifikaFl-1596, Battir tfaċċa fir-reġistri tat-taxxa Ottomani bħala villaġġ fin-Nahiya ta' Quds fil-Liwa ta' Quds. Kellu popolazzjoni ta' 24 unità domestika u żewġ għożżieba, kollha kemm huma Musulmani, u kienu jħallsu t-taxxi fuq il-qamħ, l-għelejjel tas-sajf jew is-siġar tal-frott, kif ukoll fuq il-mogħoż jew ix-xehdiet tan-naħal; li kienu jammontaw għal total ta' 4,800 Akçe. Id-dħul kollu kien imur għand Waqf.[14]
Fl-1838 ġie mniżżel bħala Bittir, villaġġ Musulman fid-distrett ta' Beni Hasan, fil-Punent ta' Ġerusalemm.[15][16]
L-esploratur Franċiż Victor Guérin żar il-villaġġ fl-1863[17], filwaqt li lista ta' villaġġi Ottamani tal-ħabta tal-1870 indikat li Battir kellu popolazzjoni ta' 239 ruħ li kienu jgħixu f'total ta' 62 dar, għalkemm f'dak il-każ kienu jingħaddu biss l-irġiel. Ġie miktub ukoll li kellu "fawwara sabiħa tnixxi għal ġol-bitħa tal-moskea".[18][19]
Fl-1883, l-Istħarriġ tal-Punent tal-Palestina tal-PEF iddeskriva lil Battir bħala villaġġ b'daqs moderat, fuq xaqliba wieqfa ta' wied fond.[20]
Fl-1896, il-popolazzjoni ta' Bettir ġiet stmata li kienet tammonta għal madwar 750 persuna.[21]
Fis-seklu 20, l-iżvilupp ta' Battir kien marbut mal-pożizzjoni tiegħu tul il-linja ferrovjarja lejn Ġerusalemm, li kienet tagħti aċċess għas-suq kif ukoll għall-introjtu mill-passiġġieri li kienu jinżlu mill-ferrovija biex jistrieħu u biex jieklu fi triqithom lejn Ġerusalemm.[22]
Perjodu tal-Mandat Brittaniku
immodifikaFiċ-ċensiment tal-Palestina tal-1922, li twettaq mill-awtoritajiet tal-Mandat Brittaniku, Battir kellu popolazzjoni Musulmana ta' 542 ruħ[23], li żdiedet fiċ-ċensiment tal-1931 għal 758 ruħ; 755 Musulman, żewġ Kristjani u Lhudi, f'172 dar.[24]
Fl-istatistika tal-1945 il-popolazzjoni ta' Battir kienet tlaħħaq l-1,050 ruħ, kollha Musulmani[25], b'total ta' 8,028 dunam ta' art skont stħarriġ uffiċjali tal-art u tal-popolazzjoni.[26] Minn dan l-ammont, 1,805 dunam kienu pjantaġġuni u raba', 2,287 dunam kienu għaċ-ċereali[27], filwaqt li 73 dunam kienu art mibnija (urbana).[28]
Perjodu Ġordanjan
immodifikaMatul il-gwerra tal-1948, il-biċċa l-kbira tar-residenti tal-villaġġ ħarbu, iżda Mustafa Hassan u ftit oħra baqgħu hemm. Billejl kienu jixgħelu x-xemgħat fid-djar, u binhar kienu joħorġu l-bhejjem. Meta qorbu lejn il-villaġġ, l-Iżraeljani ħasbu li Battir kien għadu abitat u ma attakkawhx.[29] Il-linja tal-armistizju ġiet stabbilita qrib il-linja ferrovjarja, u Battir spiċċa ftit metri fil-Lvant tal-fruntiera bejn il-Ġordan u Iżrael. Mill-inqas 30 % tal-art ta' Battir jinsab fuq in-naħa ta' Iżrael tal-Linja l-Ħadra, kif ukoll ftit mill-binjiet tal-villaġġ, iżda r-residenti tħallew iżommu l-art bil-patt u l-kundizzjoni li ma jagħmlux ħsara lil-linja ferrovjarja, u b'hekk kienu l-unika Palestinjani li uffiċjalment tħallew jaqsmu f'Iżrael u jaħdmu l-artijiet tagħhom qabel il-Gwerra tas-Sittin Jum.[30] Il-partijiet ta' Battir fuq in-naħa ta' Iżrael tal-Linja l-Ħadra uffiċjalment jagħmlu parti mill-ġurisdizzjoni territorjali tal-Kunsill Reġjonali ta' Mateh Yehuda iżda ma għandhomx kumitat lokali tagħhom stess u l-awtorità tal-Kunsill ma tiġix eżerċitata hemmhekk.
Battir spiċċa taħt amministrazzjoni Ġordanjana wara l-gwerra tal-1948 bejn l-Għarab u Iżrael, u ġie anness mill-Ġordan fl-1950.[31]
Iċ-ċensiment Ġordanjan tal-1961 stabbilixxa li kien hemm 1,321 abitant f'Battir.[32]
Wara l-1967
immodifikaMill-Gwerra tas-Sittin Jum fl-1967 'l hawn, l-istatus ta' Battir inbidel minn okkupazzjoni u annessjoni Ġordanjana għal okkupazzjoni Iżraeljana. Fiċ-ċensiment tal-1967 il-popolazzjoni kienet tammonta għal 1,445 ruħ.[33]
Mill-iffirmar tal-Ftehim ta' Oslo II fl-1995, Battir ġie amministrat mill-Awtorità Nazzjonali Palestinjana (ANP). Kien immexxi minn kunsill tal-villaġġ li attwalment huwa amministrat minn disa' membri maħtura mill-ANP. 23.7 % tal-artijiet tal-villaġġ ġew ikklassifikati bħala Żona B, filwaqt li l-kumplament (76.3 %) ġew ikklassifikati bħala Żona Ċ.[34]
Fl-2007, Battir kellu popolazzjoni ta' 3,967 ruħ, filwaqt li fl-2012 il-popolazzjoni kienet stmata li kienet tlaħħaq madwar 4,500 ruħ.[35]
Ġeografija
immodifikaBattir jinsab 6.4 km (distanza orizzontali) fil-Majjistral ta' Bethlehem fuq għolja fuq Wadi el-Jundi (litteralment il-"Wied tas-Suldat"), li jinsab fil-Lbiċ tal-għoljiet tal-Ġudea u jibqa' sejjer sal-pjanura kostali. L-Istħarriġ tal-Punent tal-Palestina tal-PEF fl-1883 iddeskriva d-difiżi naturali tal-villaġġ, u sostna li d-djar tiegħu kienu jinsabu fuq raba' mtarraġ bil-blat, b'irdum tal-blat taħthom; u b'hekk mit-Tramuntana l-post kien b'saħħtu ħafna, filwaqt li min-Nofsinhar kien hemm daħla dejqa bejn żewġ irdumijiet ewlenin li tikkollega l-għolja mal-irdum prinċipali. F'altitudni ta' madwar 760 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, is-sjuf ta' Battir ikunu miti, filwaqt li x-xtiewi wkoll ikunu miti b'xi ftit borra okkażjonali. It-temperatura annwali medja hija 16o C.
Sistema tal-irrigazzjoni u raba' mtarraġ antiki
immodifikaBattir għandu sistema unika tal-irrigazzjoni li tuża r-raba' mtarraġ imsawwar mill-bniedem (habbai'l) u sistema ta' manipolazzjoni manwali tal-ilma permezz ta' xatbiet żgħar. In-network ta' żmien ir-Rumani għadu jintuża, u huwa alimentat minn seba' fawwariet li ilhom jipprovdu l-ilma ġieri għal 2,000 sena.[36][37] Is-sistema tal-irrigazzjoni tgħaddi minn wied wieqaf ħdejn il-Linja l-Ħadra fejn tpoġġiet sezzjoni tal-Linja Ferrovjarja ta' Hejaz ta' żmien l-Ottomani. Kuljum it-tmien klans prinċipali ta' Battir ipartu lil xulxin biex jisqu l-għelejjel tal-villaġġ. B'hekk hemm qawl lokali li jgħid li f'Battir "ġimgħa fiha tmint ijiem, mhux seba'". Skont l-antropologu Giovanni Sontana mill-UNESCO, "Jekk għad hemm, ma tantx fadal postijiet fir-reġjun tal-madwar fejn għadu jintuża metodu daqstant tradizzjonali tal-agrikoltura, li mhux biss għadu intatt, iżda għadu parti funzjonali tal-villaġġ".[38]
Fl-2007, il-villaġġ ta' Battir ħarrek lill-Ministeru għad-Difiża Iżraeljan sabiex jipprova jobbligah ibiddel ir-rotta ppjanata tal-fruntiera fiżika bejn Iżrael u x-Xatt tal-Punent li kienet tgħaddi minn parti mis-sistema tal-irrigazzjoni ta' Battir li għandha 2,000 sena u li għadha tintuża. L-Awtorità Iżraeljana għan-Natura u l-Parks (INPA), li approvat ir-rotta oriġinali tal-ħajt fl-2005, bidlet fehmitha u kitbet f'dokument ta' politika ta' 13-il paġna li r-raba' mtarraġ ta' Battir kien wirt storiku Iżraeljan ukoll u kellu jiġi ssalvagwardjat kemm jista' jkun b'attenzjoni.[39] Stqarret ukoll li r-raba' mtarraġ madwar Battir, li huwa xhieda ta' metodi ta' biedja fir-reġjun antiki millenji sħaħ, kien se jsirlu ħsara irriversibbli mill-ħajt, tkun kemm tkun dejqa r-rotta. Kienet l-ewwel darba li aġenzija tal-gvern Iżraeljan esprima oppożizzjoni għall-kostruzzjoni ta' segment tal-ħajt li ntuża bħala fruntiera. Dan l-affidavit kien waħda minn erba' opinjonijiet tal-esperti li sostnew li l-ħajt kien se jħarbat is-sistema unika tal-biedja, u fil-bidu ta' Mejju 2013, il-Qorti Suprema Iżraeljana tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Ministeru għad-Difiża jrid jispjega "għaliex ir-rotta tal-fruntiera ta' separazzjoni fiż-żona tal-villaġġ ta' Battir ma kellhiex titneħħa jew tinbidel, jew inkella għaliex ma setgħetx titfassal b'mod ieħor". Il-Ministeru għad-Difiża kellu jippreżenta pjan ġdid għas-sigurtà tal-fruntiera li ma jeqridx lil Battir sat-2 ta' Lulju 2013. Petizzjoni separata kontra l-ħajt ta' separazzjoni tressqet ukoll mill-belt Lhudija fil-qrib ta' Beitar Illit, peress li l-popolazzjoni bdiet tibża' li minħabba f'hekk iktar 'il quddiem ma kinux ikunu jistgħu jespandu l-insedjament.[40]
Fl-2011 l-UNESCO tat premju ta' $15,000 lil Battir għas-"Salvagwardja u l-Ġestjoni tal-Pajsaġġi Kulturali" talli ħa ħsieb ir-raba' mtarraġ u s-sistema tal-irrigazzjoni antiki tiegħu.[41]
F'Mejju 2012, l-Awtorità Nazzjonali Palestinjana bagħtet delegazzjoni fil-kwartieri ġenerali tal-UNESCO f'Pariġi, Franza, biex tiġi diskussa l-possibbiltà li Battir jiżdied fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4] Il-Viċi Ministru għat-Turiżmu tal-ANP, Hamadan Taha, qal li l-organizzazzjoni trid "tħarsu bħala wirt Palestinjan u dinji", b'mod speċjali r-raba' mtarraġ u s-sistema tal-irrigazzjoni antiki tiegħu. In-nominazzjoni ta' Battir ġiet imblukkata fl-aħħar minuta minħabba li l-preżentazzjoni formali saret tard wisq. F'dokument dwar il-ħsara li tikkawża l-fruntiera fiżika ta' separazzjoni, l-INPA nnutat li "l-isforz tal-ġirien tagħna biex iż-żona ssir Sit ta' Wirt Dinji tpoġġina f'pożizzjoni imbarazzanti, u għalhekk għandna naħdmu flimkien magħhom biex inħarsu l-pajsaġġ".[41]
F'Jannar 2015, skont is-sindku tal-villaġġ Akram Badir, il-Qorti Suprema Iżraeljana rrifjutat it-talba tal-IDF biex tinbena fruntiera fiżika ta' separazzjoni li tgħaddi minn ġol-villaġġ.[42]
Arkeoloġija
immodifikaBanju Ruman antik alimentat minn fawwara jinsab f'nofs il-villaġġ ta' Battir. L-arkeologu D. Ussishkin isostni li l-villaġġ imur lura għal Żmien il-Ħadid, u jistqarr li għall-ħabta tar-Rewwixta kien villaġġ ta' bejn elf u elfejn ruħ, li kien intgħażel minn Bar Kochba għall-fawwara tiegħu, għall-pożizzjoni tad-difiża fuq l-għolja, u għall-prossimità tiegħu mar-rotta prinċipali bejn Ġerusalemm u Gaza. Kitba mnaqqxa Rumana ġiet skoperta wkoll ħdejn waħda mill-fawwariet naturali tal-villaġġ, fejn jissemmew il-ħames Leġjun tal-Maċedonja u l-ħdax-il Leġjun Klawdjan, li x'aktarx li kienu ħadu sehem fl-assedju tal-villaġġ matul ir-renju tal-Imperatur Adrijanu.[43]
Ma hemm l-ebda evidenza ta' abitazzjoni fil-perjodu eżatt wara r-Rewwixta.[44]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaBattir ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, bit-titlu Art taż-Żebbuġ u tal-Vinji — Pajsaġġ Kulturali tan-Nofsinhar ta' Ġerusalemm, Battir, fl-2014.[4]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[4]
Ġemellaġġ
immodifika- Luton, ir-Renju Unit[45]
Biblijografija
immodifika- Barron, J.B., ed. (1923). Palestine: Report and General Abstracts of the Census of 1922. Government of Palestine.
- Clermont-Ganneau, C.S. (1899). [ARP] Archaeological Researches in Palestine 1873-1874, translated from the French by J. McFarlane. Vol. 1. London: Palestine Exploration Fund.
- Conder, C.R.; Kitchener, H.H. (1883). The Survey of Western Palestine: Memoirs of the Topography, Orography, Hydrography, and Archaeology. Vol. 3. London: Committee of the Palestine Exploration Fund.
- Dauphin, C. (1998). La Palestine byzantine, Peuplement et Populations. BAR International Series 726 (in French). Vol. III : Catalogue. Oxford: Archeopress. ISBN 0-860549-05-4.
- Government of Jordan, Department of Statistics (1964). First Census of Population and Housing. Volume I: Final Tables; General Characteristics of the Population.
- Government of Palestine, Department of Statistics (1945). Village Statistics, April, 1945.
- Guérin, V. (1869). Description Géographique, Historique et Archéologique de la Palestine. Judee, Vol 1, pt 2, part 1. Paris, Imprimé par autorisation de l'empereur à l'Impr. impériale.
- Hadawi, S. (1970). Village Statistics of 1945: A Classification of Land and Area ownership in Palestine. Palestine Liberation Organization Research Centre.
- Hartmann, M. (1883). "Die Ortschaftenliste des Liwa Jerusalem in dem türkischen Staatskalender für Syrien auf das Jahr 1288 der Flucht (1871)". Zeitschrift des Deutschen Palästina-Vereins. 6: 102–149.
- Hütteroth, Wolf-Dieter; Abdulfattah, Kamal (1977). Historical Geography of Palestine, Transjordan and Southern Syria in the Late 16th Century. Erlanger Geographische Arbeiten, Sonderband 5. Erlangen, Germany: Vorstand der Fränkischen Geographischen Gesellschaft. ISBN 3-920405-41-2.
- Mills, E., ed. (1932). Census of Palestine 1931. Population of Villages, Towns and Administrative Areas. Jerusalem: Government of Palestine.
- Palmer, E.H. (1881). The Survey of Western Palestine: Arabic and English Name Lists Collected During the Survey by Lieutenants Conder and Kitchener, R. E. Transliterated and Explained by E.H. Palmer. Committee of the Palestine Exploration Fund.
- Robinson, E.; Smith, E. (1841). Biblical Researches in Palestine, Mount Sinai and Arabia Petraea: A Journal of Travels in the year 1838. Vol. 2. Boston: Crocker & Brewster.
- Schick, C. (1896). "Zur Einwohnerzahl des Bezirks Jerusalem". Zeitschrift des Deutschen Palästina-Vereins. 19: 120–127.
- Socin, A. (1879). "Alphabetisches Verzeichniss von Ortschaften des Paschalik Jerusalem". Zeitschrift des Deutschen Palästina-Vereins. 2: 135–163.
Referenzi
immodifika- ^ "State of Palestine: Preliminary Results of the Population, Housing and Establishments Census, p. 76" (PDF). 2017.
- ^ "Department of Archaeology - Soundings in Betar, Bar-Kochba's Last Stronghold". www.tau.ac.il. Miġbur 2022-08-13.
- ^ "2007 PCBS Census Palestinian Central Bureau of Statistics. p. 116" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2019-04-09. Miġbur 2022-08-13.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Palestine: Land of Olives and Vines – Cultural Landscape of Southern Jerusalem, Battir". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.
- ^ Palmer, E.H. (1881). The Survey of Western Palestine: Arabic and English Name Lists Collected During the Survey by Lieutenants Conder and Kitchener, R. E. Transliterated and Explained by E.H. Palmer. Committee of the Palestine Exploration Fund. p. 312.
- ^ A. Oppenheimer, Between Rome and Babylon, 2005, 313-9.
- ^ Tamén, Conder, Claude R. (1887). Tent Work in Palestine: A Record of Discovery and Adventure (1887 ed.). R. Bentley & Son. p. 143.
- ^ K. Singer, Pottery of the Early Roman Period from Betar, Tel Aviv 20, 1993, pp. 98-103.
- ^ "אוצר מסעות - יהודה דוד אייזענשטיין (page 346 of 352)". web.archive.org. 2012-10-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-10-02. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ WILLIAMS, Dyfri (2015). "A Cantharus from Ancient Betar near Jerusalem (the So-called Warren Cup) and Roman Silver Plate". Babesch. 90: 155–198.
- ^ Castaldo, Daniela (2018-03-22). "Musical Themes and Private Art in the Augustan Age". Greek and Roman Musical Studies. 6 (1): 96–114.
- ^ Zeichmann, Christopher B. (2020-06-18). "Same-Sex Intercourse Involving Jewish Men 100 BCE–100 CE". Religion and Gender. 10 (1): 13–36.
- ^ Dauphin, C. (1998). La Palestine byzantine, Peuplement et Populations. BAR International Series 726 (bil-Franċiż). Vol. III : Catalogue. Oxford: Archeopress. ISBN 0-860549-05-4. p. 911.
- ^ Hütteroth, Wolf-Dieter; Abdulfattah, Kamal (1977). Historical Geography of Palestine, Transjordan and Southern Syria in the Late 16th Century. Erlanger Geographische Arbeiten, Sonderband 5. Erlangen, il-Ġermanja: Vorstand der Fränkischen Geographischen Gesellschaft. ISBN 3-920405-41-2. p. 115.
- ^ Robinson u Smith, 1841, vol 3, 2nd appendix, p. 123.
- ^ Robinson u Smith, 1841, vol 2, pp. 324-325.
- ^ Guérin, 1869, p. 387.
- ^ Socin, 1879, p. 148.
- ^ Hartmann, 1883, p. 122.
- ^ Conder u Kitchener, 1883, SWP III, pp. 20-21.
- ^ Schick, 1896, p. 125.
- ^ Wallach, Bret. "A Window on the West Bank" (PDF).
- ^ Barron, 1923, Table VII, Sub-district of Jerusalem, p. 14.
- ^ Mills, 1932, p. 37.
- ^ Il-Gvern tal-Palestina, id-Dipartiment tal-Istatistika, 1945, p. 24.
- ^ Il-Gvern tal-Palestina, id-Dipartiment tal-Istatistika. Village Statistics, April, 1945. Ikkwotat fil-Hadawi, 1970, p. 56.
- ^ Il-Gvern tal-Palestina, id-Dipartiment tal-Istatistika. Village Statistics, April, 1945. Ikkwotat fil-Hadawi, 1970, p. 101.
- ^ Il-Gvern tal-Palestina, id-Dipartiment tal-Istatistika. Village Statistics, April, 1945. Ikkwotat fil-Hadawi, 1970, p. 151.
- ^ Rößler, Hans-Christian; Battir. "Palästinenserdorf Battir: Widerstand durch Denkmalschutz" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-08-13.
- ^ "For First Time, Israeli State Agency Opposes Segment of West Bank Separation Fence" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.
- ^ "Jordan and the Palestinians". Jordan and the Palestinians:The Creation of the Hashemite Kingdom of Jordan and the Unification of the Two Banks. Contemporain publications. Presses de l’Ifpo. 2013. pp. 230–245. ISBN 9782351594384.
- ^ "Statistika. p. 23" (PDF).
- ^ "Perlmann, Joel (November 2011 – February 2012). "The 1967 Census of the West Bank and Gaza Strip: A Digitized Version" (PDF). Levy Economics Institute" (PDF).
- ^ ""Battir Village Profile" (PDF). The Applied Research Institute – Jerusalem. 2010" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-03-17. Miġbur 2022-08-13.
- ^ "Palestine readying to propose Battir for UNESCO protection | Maan News Agency". web.archive.org. 2013-05-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-05-17. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Kershner, Isabel (2012-06-25). "A Palestinian Village Tries to Protect a Terraced Ancient Wonder of Agriculture" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.
- ^ "Threatened village proposed as next UNESCO world heritage site | Maan News Agency". web.archive.org. 2012-12-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-12-12. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "West Bank barrier threatens villagers' way of life" (bl-Ingliż). 2012-05-10. Miġbur 2022-08-13.
- ^ "Land for Peace: The Battle Over Ancient Palestinian Farming Terraces". Tablet Magazine. 2013-06-10. Miġbur 2022-08-13.
- ^ "Historic Palestinian village fights Israel's separation wall". RFI (bl-Ingliż). 2013-03-12. Miġbur 2022-08-13.
- ^ a b "Historic Palestinian village fights Israel's separation wall". RFI (bl-Ingliż). 2013-03-12. Miġbur 2022-08-13.
- ^ "Israeli Supreme Court rules against separation wall in Battir | Maan News Agency". web.archive.org. 2015-01-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-01-09. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Clermont-Ganneau, 1899, pp. 463-470.
- ^ D. Ussishkin, Soundings in Betar, Bar-Kochba's Last Stronghold, Journal of the Institute of Archaeology of Tel Aviv University, 20, 1993, pp. 66-97.
- ^ "Reports from delegations concerning their visits to Palestinian communities". web.archive.org. 2007-09-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-27. Miġbur 2022-08-13.