Anderson Mendes Ribeiro (twieled fit-2 ta' Lulju 1981) huwa eks-plejer tal-futbol Brażiljan li kien jilgħab bħala attakkant.

Anderson Ribeiro
Informazzjoni personali
Isem sħiħAnderson Mendes Ribeiro
Twelid2 ta' Lulju 1981 (1981-07-02) (42 sena)
Porto AlegreBrażil
Tul1.84 m
RwolAttakkant
Mixtliet
Internacional
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2004Arsenal Kharkiv
2004Metalist Kharkiv
2005–2009Kharkiv
2009–2010Tarxien Rainbows
2010–2011Metalurh Zaporizhya
2011–2012Ħamrun Spartans
2012–2013Hibernians
2013–2014Naxxar Lions
2014Żebbuġ Rangers
2015Kerċem Ajax
2015–2017Oratory Youths

Karriera immodifika

Imwieled il-Brażil, fl-2002 il-president ta' Arsenal Kharkiv Volodymyr Chumak stiednu fil-klabb Ukren, li dakinhar kien għadu jilgħabu fit-tieni diviżjoni tal-pajjiż. Ribeiro aċċetta l-offerta, biex b'hekk sar l-ewwel Brażiljan li qatt ingħaqad mal-klabb. Wara perjodu ta' adattament fejn fost oħrajn tgħallem ir-Russu,[1] hu mal-ewwel sar favorit fost il-partitarji. Fl-ewwel u l-uniku staġun tiegħu mal-klabb, hu skorja 15-il gowl.

Fl-2005 issieħeb ma' Kharkiv, fejn għal darb'oħra sar pedina importanti tal-iskwadra. Magħhom għamel sal-2009, meta f'Lulju tal-2009 kompla t-trasferiment tiegħu mal-klabb Malti ta' Tarxien Rainbows. Iddebutta fit-22 ta' Awwissu 2009, fir-rebħa ta' 4–1 kontra Dingli Swallows, fejn skorja doppjetta.[2][3] Fl-ewwel staġun tiegħu f'Malta hu lagħab 21 logħba fil-kampjonat, u ħalla l-marka tiegħu bi ħdax-il gowl fejn ġie nominat għal erba' darbiet bħala l-plejer tal-logħba.

Fi tmiem l-istaġun iddeċieda li jirritorna lura l-Ukrajna meta iffirma kuntratt ta' sentejn ma' Metalurh Zaporizhya.[4] Madanakollu, it-tieni esperjenza tiegħu ġewwa l-Ukrajna kellha tkun waħda qarsa kemm mil-lat personali u anki min-naħa tal-klabb; Ribeiro ftit li xejn sab spazju fl-ewwel tim, partikularment minħabba l-problemi fiżiċi fil-bidu tal-istaġun, u l-klabb safa relegat għall-Persha Liha (it-tieni serje) għall-ewwel darba fl-istorja.

Magħluqa l-parentesi Ukrajna, Ribeiro irritorna Malta għal darb'oħra fejn issieħeb mal-klabb ta' Ħamrun Spartans b'kuntratt ta' sentejn.[5] Iddebutta fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat 2011–12, u skorja darbtejn fil-konfront kontra Balzan Youths fir-rebħa ta' 3–1.[6] Hu spiċċa l-istaġun bħala l-aqwa skorer tat-tim bi 15-il gowl hekk kif għen lil Ħamrun jaħarbu mir-relegazzjoni. Fis-sajf tal-2012 hu ngħaqad ma' Hibernians.

Referenzi immodifika

  1. ^ "Украина стала для меня второй родиной" [L-Ukrajna saret it-tieni dar tiegħi]. ua-football.com (bir-Russu). 2008-04-29.
  2. ^ "Dingli Swallows FC 1-4 Tarxien Rainbows FC" (bl-Ingliż). Malta Football Association. 2009-08-22. Miġbur 2011-08-22.
  3. ^ Farrugia, Carl (2009-08-22). "Tarxien Rainbows jibdew b'rebħa kbira". maltarightnow.com. Miġbur 2011-08-22.
  4. ^ "Рибейро: "Еще зимой мог вернуться в Украину"". football.ua (bir-Russu). 2010-07-18.
  5. ^ "Ħamrun unveil Ribeiro, Hibs eye Brazilian trio" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2011-06-25. Miġbur 2011-08-22.
  6. ^ "Quick goals propel Reds to victory" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2011-08-22. Miġbur 2011-08-22.

Ħoloq esterni immodifika