Alexis Thépot (twieled fit-30 ta' Lulju 1906 – miet fil-21 ta' Frar 1989) kien plejer tal-futbol Franċiż.

Alex Thépot

Thépot fl-1941
Informazzjoni personali
Isem sħiħAlexis Thépot
Twelid30 ta' Lulju 1906(1906-07-30)
Brest, Franza
Mewt21 ta' Marzu 1989 (82 sena)
Quiberon
Tul1.78 m
RwolGowler
Mixtliet
1922–1927Armoricaine Brest
Karriera professjonali
SninKlabb
1927–1928FEC Levallois
1928–1935Red Star
1935–1936USL Dunkerque
Tim nazzjonali
1927–1935Franza

Bijografija immodifika

Thépot twieledi fi Brest. Hu lagħab ma' Armoricaine Brest (1922–1927), FEC Levallois (1927–28), Red Star (1928–1935) u USL Dunkerque (1935–1936). Wara sena tajba ma' Levallois, hu ġie magħżul biex jilgħab fl-ewwel logħba mat-tim nazzjonali Franċiż kontra l-Ingilterra fl-1927.[1] B'kollox lagħab 31 logħba man-nazzjonal u libes il-faxxa ta' kaptan fi tlettax minnhom. Thépot deher fl-ewwel logħba ta' Franza fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Messiku fl-1930, minkejja li kellu jerħi l-logħba matul l-ewwel taqsima minħabba li kien weġġa'. Franza naqsu li jaqbżu l-fażi tal-gruppi hekk kif tilfu ż-żewġ logħbiet ta' wara kontra l-Arġentina u ċ-Ċili. Fl-aħħar logħba kontra ċ-Ċileni, Thépot salva penalty li kien l-ewwel darba li seħħ fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.[2]

Referenzi immodifika

  1. ^ "Alex Thépot". AllezRedStar.com (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-12-07. Miġbur 2022-08-21.
  2. ^ Naskrent, Gwidon S. "World Cup 1930" (bl-Ingliż). RSSSF. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-01-01. Miġbur 2022-08-21.

Ħoloq esterni immodifika